PESTA TAL-BAQAR ġ L.S.36.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.14
REGOLAMENTI DWAR IL-PESTA 
TAL-BAQAR
18 ta’ April, 1947
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 169 ta’ l-1947, kif emendata bin-
Notifikazzjonijiet tal-Gvern 293 u 380 ta’ l-1947.
Titolu.
Pesta tal-Baqar.
Tifsir.
Tlaqqim ta’ l-ifrat.
Sostitwit:
N.G. 293 ta’ l-
1947.
3. L-ifrat kollha għandhom ikunu mlaqqmin kontra l-pesta
tal-baqar.
Vaċċin li għandu 
jintuża.
Sostitwit:
N.G. 380 ta’ l-
1947.
4. ll-vaċċin li jintuża għal dan it-tilqim għandu jkun wieħed
mill-vaċċini li jkunu approvati mill-veterinarju tal-gvern.
L-ifrat imlaqqma 
għandhom ikunu 
ttimbrati.
5. L-ifrat kollha li jitlaqqmu kontra l-pesta tal-baqar
għandhom ikunu ttimbrati b’mod illi għal quddiem ikunu jistgħu
jingħarfu.
Mewt.
4, jingħata kumpens lis-sid kemm-il darba l-veterinarju tal-gvern
ikun sodisfatt illi l-mewt hi riżultat dirett tat-tilqima.
Kumpens.
(a) il-valur kollu tas-suq tal-bhima ħajja mnaqqas il-valur
tal-laħam jekk il-karkassa jingħata permess biex
tingħata bħala ikel għan-nies;
(b) il-valur kollu tal-bhima ħajja jekk ma jingħatax il-
permess biex tingħata l-karkassa bħala ikel għan-nies.
Projbizzjoni li 
jinbiegħu frat li ma 
kienux tlaqqmu.
8. Ħatt ma għandu ibigħ jew jixtri frat li ma kienux tlaqqmu
kontra l-pesta tal-baqar.
Frat li jinġiebu 
minn barra.
9. L-ifrat kollha li jinġiebu minn barra għandhom, meta jaslu,
jitlaqqmu kontra l-pesta tal-baqar, b’riskju u bi spejjeż tas-sid.
Permess bil-
miktub.
Sostitwit:
N.G. 380 ta’ l-
1947.
10. L-ifrat impurtati li jkunu tlaqqmu għall-pesta tal-baqar ma
għandhomx jitwarrbu mingħajr l-permess bil-miktub mingħand il-
veterinarju tal-gvern li, qabel ma joħroġ dan il-permess, għandu
jkun żgur li l-annimali saru immuni.
Frat għandhom 
jittieħdu fiċ-ċentri 
tat-tilqim.
11. Is-sidien jew in-nies li għandhom frat fil-pussess tagħhom
għandhom jeħduhom fiċ-ċentri tat-tilqim kif u meta jkunu mitluba
biex jagħmlu hekk b’avviż ġenerali maħruġ mill-veterinarju tal-
gvern u maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern jew b’avviż speċjali
mibgħut lis-sid jew lil min ikollu frat fil-pussess tiegħu għalbiex l-
ifrat jitlaqqmu kontra l-pesta tal-baqar.
2 L.S.36.14 ħ PESTA TAL-BAQAR
Projbizzjoni ta’ 
ġarr ta’ baqar, 
mogħoż, eċċ., 
minn Malta għal 
Għawdex.
12. Ħadd ma għandu jġorr jew iġiegħel li jinġarru baqar,
mogħoż, ngħaġ jew ħnieżer minn Malta għal Għawdex.
Ġarr minn 
Għawdex għal 
Malta.
Emendat:
N.G. 293 ta’ l-
1947.
13. Ħadd ma għandu jġorr jew iġiegħel li jinġarru baqar minn
Għawdex għal Malta:
Iżda jista’ jingħata permess bil-miktub maħruġ mill-
veterinarju tal-gvern lil min irid iġorr jew iġiegħel li jinġarru baqar
minn Għawdex għal Malta għalbiex dawn il-baqar jinqatlu fil-
biċċerija ta’ Malta:
Iżda wkoll dan ir-regolament ma jgħoddx għall-ifrat li
dwarhom wieħed juri ċertitikat ta’ immunizzazzjoni kontra l-pesta
tal-baqar maħruġ mit-tabib veterinarju tal-gvern.
