KUMPENS GĦALL-ANNIMALI MAQTULA ġ L.S.36.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.18
REGOLAMENTI DWAR IL-KUMPENS 
GĦALL-ANNIMALI MAQTULA
26 ta’ Mejju, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1961, kif emendat bl-Avviżi Legali 62 ta’ l-
1972, 50 ta’ l-1973 u 76 ta’ l-1988.
Titolu.
Kumpens għall-Annimali Maqtula.
Tifsir. 
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1972.
2.  F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il-darba r-rabta tal-kliem
ma tfissirx xort’oħra - 
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u s-Sajd;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għad-Dipartiment ta’
l-Agrikoltura;
Kap. 36.
"veterinarju tal-gvern" tfisser veterinarju impjegat mal-gvern.
Kumpens għall-
annimali maqtula 
skond 1-artikolu 75 
ta’ l-Ordinanza.
3. (1) Il-kumpens li għandu jitħallas dwar annimali, ħlief
dawk jkunu dikjarati li jkunu morda bl-anthrax, maqtula skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 75 ta’ l-Ordinanza għandu jkun - 
(a) fil-każ ta’ annimali morda bil-pesta tal-bhejjem jew
bil-plewro-pnewmonja, il-valur fis-suq tal-karkassa
bħala tajba għall-iskopijiet industrjali biss; u
(b) fil-każ ta’ annimali morda bil-glanders, il-valur fis-
suq ta’ l-annimali jekk jinbiegħu bħala li jkunu
għadhom tajbin fl-istadju inizjali tal-marda.
(2) Ma għandux jitħallas kumpens dwar annimali li jbagħtu bl-
anthrax.
Kumpens għall-
annimali maqtula 
skond l-artikolu 76 
ta’ l-Ordinanza.
Emendat:
A.L. 62 ta’ l-1972.
4. Il-kumpens li għandu jitħallas għall-annimali maqtula
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 76 ta l-Ordinanza għandu
jkun - 
(a) fil-każ ta’ bovini morda bit-tuberkulożi jew bruċellożi,
dak il-kumpens li jiġi stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab ma dawn ir-
Regolamenti; jew 
(b) fil-każ ta’ annimali barra minn bovini morda bit-
tuberkulożi jew bil-bruċellożi l-valur sħiħ tas-suq ta’ l-
annimali:
Iżda ebda persuna ma għandha tirċievi, f’xi
perijodu ta’ tnax-il xahar, dwar annimali maqtula, iktar
minn żewġ terzi tal-valur kollu tal-merħla jew
xort’oħra ta’ annimali li hi jkollha fiż-żmien tal-qatla:
Iżda wkoll, meta d-Direttur jiddikjara li fil-pajjiż
ikun hawn epidemja ta’ xi marda ta’ l-annimali, ir-rata
tal-kumpens li għandu jitħallas għandha tiġi stabbilita
mill-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli
2 L.S.36.18 ħ KUMPENS GĦALL-ANNIMALI MAQTULA
għall-Finanzi.
Annimali ġejjin 
minn barra.
5. Ma għandux jitħallas kumpens dwar annimali mportati
minn postijiet barranin jekk xi annimal jinqatel wara li jkun instab
li jkun marid waqt li jkun taħt osservazzjoni fi stazzjon ta’
kwarantina jew egħluq għaxart ijiem mid-data ta’ l-iżbark tiegħu
f’Malta jew mit-tluq tiegħu mill-istazzjon tal-kwarantina.
Telf ta’ dritt għal 
kumpens.
Miżjud:
A.L. 62 ta’ l-1972.
6. Ebda kumpens ma għandu jitħallas skond dawn ir-
Regolamenti lil xi sid ta’ annimali jekk -
(a) fil-fehma tad-Direttur, dak is-sid ma jkunx ħa l-
prekawzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni
mill-marda; jew
(b) dak is-sid ma jkunx ġie reġistrat mad-Direttur; jew
(ċ) dak is-sid ma jkunx ta lid-Direttur, meta hekk mitlub,
prospett li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa mid-
Direttur.
KUMPENS GĦALL-ANNIMALI MAQTULA ġ L.S.36.18 3
Emendata:
A.L. 50 ta’ l-1973;
A.L. 76 ta’ l-1988.
SKEDA 
(Regolament 4)
Kumpens għall-qtil ta’ bovini morda bit-tuberkolożi jew bruċellożi
Tifsir.
xort’oħra -
"marda" tfisser tuberkolożi jew bruċellożi u "marid" tfisser
marid b’dak il-mard;
"merħla" tfisser merħla ta’ bovini u tinkludi bovin wieħed.
Kumpens bi flus 
jew in-natura.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1973;
A.L. 76 ta’ l-1988.
2. Meta bovin marid ikun maqtul skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 76 ta’ l-Ordinanza, id-Direttur jista’ jew iħallas lis-sid
kumpens finanzjarju jew jagħtih baqra tal-ħalib jew għoġla tqila,
minflok dak il-bovin.
Kumpens 
finanzjarju.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1973;
A.L. 76 ta’ l-1988.
3. Meta d-Direttur iħallas kumpens finanzjarju -
(a) dak il-kumpens ma għandu jkun f’ebda każ iżjed mill-
kost korrenti ta’ baqra tal-ħalib jew ta’ għoġla tqila; u
(b) meta l-bovin marid jew ikollu anqas minn sena jew
ikun barri, dak il-kumpens għandu jkun il-valur fis-suq
li dak il-bovin kellu fid-data tal-qatla.
Bidla ta’ bovini 
morda.
Emendat:
A.L. 50 ta’ l-1973;
A.L. 76 ta’ l-1988.
4. Meta d-Direttur jibdel baqra tal-ħalib jew għoġla tqila għal
bovin marid -
(a) dik il-baqra jew għoġla tqila ma għandhiex, mingħajr
l-awtorità  bil-miktub tad-Direttur, tiġi maqtula,
imneħħija jew b’xi mod trasferita matul it-tmintax-il
xahar li jaħbtu sew sew wara; u 
(b) id-Direttur ma jkunx responsabbli għas-saħħa tal-
baqra jew għoġla tqila wara d-data tal-bidla, jekk f’dik
id-data l-veterinarju tal-gvern jiddikjarha li tkun ħielsa
minn mard.
Meta ma jiħallas 
ebda kumpens.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din l-Iskeda ma
għandhomx jgħoddu u ebda kumpens ikun li jkun ma għandu
jitħallas -
(a) dwar il-qtil ta’ dak in-numru ta’ bovini morda li
jagħmlu parti minn merħla li jkun iżjed minn żewġ
terzi tan-numru totali ta’ dik il-merħla meta iżjed minn
żewġ terzi tal-merħla jkunu morda; u
(b) dwar il-qtil ta’ bovini morda li jagħmlu sehem minn
merħla meta bovini jitqegħdu mal-merħla -
(i) mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tad-
Direttur waqt li l-merħla tkun qiegħda tiġi
ttestjata, analizzata jew xort’oħra eżaminata bl-
iskop li jinħareġ mid-Direttur ċertifikat fis- sens
li l-merħla tkun ħielsa minn mard; jew
(ii) wara l-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat jekk il-bovini
jitqegħdu fil-merħla mingħajr ma jkunu
ċertifikati minn veterinarju tal-gvern li jkunu
ħielsa minn mard. 
