PREVENZJONI TAL-KOLERA TAL-MAJJALI ġ L.S.36.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.19
REGOLAMENTI DWAR IL-PREVENZJONI
TAL-KOLERA TAL-MAJJALI
9 ta’ Novembru, 1965
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1965.
Titolu.
Prevenzjoni tal-Kolera tal-Majjali.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u tinkludi kull
uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura awtorizzat minnu biex
jaġixxi f’ismu;
"majjali" tfisser kull numru ta’ majjali u tinkludi majjal wieħed;
"mard" tfisser kolera tal-majjali;
"min irabbi majjali" tfisser persuna li jkollha, tieħu ħsieb jew
tinnegozja f’majjali.
Tilqim kontra 
kolera tal-majjali, 
reġistrazzjoni tal-
majjali, eċċ.
3. (1) Għall-prevenzjoni ta’ mard, id-Direttur jista’ -
(a) jordna lil dawk kollha li jrabbu l-majjali jew li
jkollhom taħt il-kura tagħhom xi majjali ta’ aktar minn
xahrejn biex ilaqqmu kull majjal kontra l-kolera tal-
majjali mingħajr ħlas permezz tas-servizz veterinarju
tal-gvern skond dawk l-arranġamenti li jistgħu jsiru
mid-Direttur minn żmien għal żmien;
(b) jordna r-reġistrazzjoni ta’ majjali ta’ kull età  jew ta’
ċerta età  speċifikata f’kull lokalità  jew lokalitajiet fil-
forma u bil-mod u fiż-żmien li jidhrulu xierqa;
(ċ) jordna lil kull min irabbi majjali biex jagħtih it-tagħrif
kollu dwar il-movimenti, inkluż bejgħ u xiri, tal-
majjali tal-merħla tiegħu;
(d) jipprojbixxi d-dħul ta’ majjali ġodda f’post jew
postijiet reċentement infetti b’mard; 
(e) jidħol f’ħin xieraq f’kull gorboġ jew post ieħor fejn
raġjonevolment jaħseb li qed jinżammu annimali,
sabiex -
(i) jispezzjona il-majjali miżmuma hemm hekk;
(ii) ilaqqam dawk il-majjali li jidhirlu li jeħtieġu
tilqim biex ma jħallix it-tixrid ta’ mard;
(iii) jimmarka il-majjali b’dak il-mod li jidhirlu
xieraq għall-iskop ta’ l-identifikazzjoni tagħhom
anki wara li jkunu maqtula u mismuta.
(2) Min irabbi l-majjali għandu jagħti l-għajnuna kollha
meħtieġa lid-Direttur għall-qadi tal-funzjonijiet tiegħu skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
2 L.S.36.19 ħ PREVENZJONI TAL-KOLERA TAL-MAJJALI
(3) Dawk li jrabbu il-majjali li jkollhom taħt il-kura jew
pussess tagħhom majjali ta’ bejn xahrejn u erba’ xhur, għandhom
javżaw lid-Direttur sabiex jiġu mlaqqma.
Pieni.
Kap. 36.
4. Kull min irabbi l-majjali li f’xi stadju jikser jew jonqos
milli jħares id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jew ifixkel
jew jostakola lid-Direttur milli jagħmel xi haġa li jista’ jagħmel
legalment skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti jkun
ħati ta’ reat skond it-Taqsima II ta’ l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-
Mard. 
