PREVENZJONI TAL-MARD FOST L-ANNIMALI ġ L.S.36.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.20
REGOLAMENTI DWAR IL-PREVENZJONI 
TAL-MARD FOST L-ANNIMALI
6 ta’ Ottubru, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 63 ta’ l-1967, kif emendat: bl-Avviż Legali 52 ta’ l-
1972; bl-Att XIII ta’ l-1983; u bl-Avviż Legali 59 ta’ l-1998.
TAQSIMA I 
PRELIMINARI
Titolu.
Prevenzjoni tal-Mard fost l-Annimali.
Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"dipartiment" tfisser id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura; 
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura, u tinkludi kull
uffiċjal tad-dipartiment awtorizzat kif imiss minnu biex jaġixxi
f’ismu;
"Ministru" tfisser il-Ministru li minn żmien għal żmien ikun
inkarigat mid-Dipartiment;
"moll għall-annimali ġejjin minn barra" tfisser il-moll ta’ Ras
Ħanżir fil-Port il-Kbir jew dak il-post l-ieħor kif il-Ministru jista’
minn żmien għal żmien jistabbilixxi b’avviż fil-Gazzetta;
Kap. 36.
"osservazzjoni" tfisser l-iżolazzjoni ta’ annimali fl-istazzjon tal-
kwarantina;
"stazzjon tal-kwarantina" (ħlief fit-Taqsima III) tfisser il-
Lazzarett fil-Port ta’ Marsamxett, il-Moll għall-Annimali ġejjin
minn barra jew dak il-post l-ieħor li jiġi stabbilit mill-Ministru
minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta.
(2) Il-kliem u l-frażijiet li hemm fl-Ordinanza u li ma humiex
xort’oħra mfissra f’dawn ir-Regolamenti għandu jkollhom 1-istess
tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza.
TAQSIMA II 
ANNIMALI ĠEJJIN MINN BARRA
Informazzjoni. 
ajruplan li jasal Malta għandu jwieġeb bil-verità  u bil-miktub,
dawk id-domandi kollha għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti li
jiġu magħmula lilu mill-uffiċjal mediku tal-port, minn xi tabib
veterinarju tal-gvern jew minn uffiċjal tat-taxxi.
Permessi għall-
esportazzjoni. 
4. (1) Ebda annimal ma għandu jiġi mportat f’Malta minn xi
pajjiż ikun li jkun mingħajr il-permess minn qabel bil-miktub tad-
Direttur.
2 L.S.36.20 ħ PREVENZJONI TAL-MARD FOST L-ANNIMALI
(2) Id-Direttur jista’ jipposponi il-konsiderazzjoni ta’
applikazzjonijiet ta’ importazzjoni, sabiex jikseb informazzjoni
uffiċjali dwar l-eżistenza jew le ta’ mard fil-pajjiż ta’
esportazzjoni.
Projbizzjoni u 
restrizzjonijiet ta’ 
importazzjoni. 
5. (1) L-importazzjoni ta’ annimali minn xi pajjiż ikun li jkun
li fil-fehma tad-Direttur ikun hemm anthrax, pesta tal-bhejjem
(rinderpest), epizootic lymphangitis, mard ta’ l-ilsien u tad-dwiefer,
glanders u farcy, pleuropnewmonja kontaġġuża tal-bovini, mard
tar-rabja, ġidri tan-nagħaġ, kolera tal-majjali, Newcastle disease,
jew myxomatosis hija projbita.
(2) L-importazzjoni ta’ ħnieżer li jkollhom aktar minn tliet
xhur minn pajjiżi li safejn ikun jaf id-Direttur ikun hemm
cysticercosis (cyst cellulosae infestation) trichinellosis fost il-
ħnieżer, hija wkoll projbita.
(3) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-sub-
regolamenti (1) u (2) ta’ dan ir-regolament, id-Direttur jista’ -
(a) jagħti permess għall-importazzjoni ta’ annimali
meħtieġa għall-iskopijiet ta’ trobbija, suġġett għal
dawk il-miżuri prekawzjonarji biex jiġi evitat li jidħol
il-mard kif jidhirlu meħtieġ, u
(b) jagħti permess għall-importazzjoni ta’ annimali minn
pajjiżi fejn l-anthrax mhijiex epidemika, suġġett għal
dawk ir-restrizzjonijiet li jista’ jimponi.
(4) Meta d-Direttur ikollu raġuni li jaħseb li hemm perikolu li
tinġieb f’Malta infezzjoni tat-tuberkulożi minn bhejjem importati
minn xi pajjiż, huwa jista’, b’avviż pubblikat fil-Gazzetta -
(a) jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ annimali ta’ kull speċi,
razza u sess speċifikati minn xi pajjiż; jew
(b) jeħtieġ li kull annimal importat minn xi pajjiż speċifikat
ikollu miegħu ċertifikat mill-pajjiż ta’ l-oriġini fis-
sens li dak l-annimal ikun ġie eżaminat u misjub ħieles
minn tuberkolożi għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  li
toħroġ iċ-ċertifikat.
Ċertifikazzjoni ta’ 
annimali.
6. L-annimali mportati f’Malta għandu jkollhom magħhom
ċertifikat minn rappreżentant diplomatiku jew konsulari tal-Gvern
ta’ Malta fil-pajjiż ta’ l-oriġini jew minn persuna li tkun isservi
f’servizz diplomatiku, konsulari jew servizz ieħor stranġier ta’ kull
pajjiż li, b’arranġament mal-Gvern ta’ Malta, tkun obbligat ruħha li
tirrappreżenta l-interessi ta’ dak il-gvern f’dak il-pajjiż, jew minn
persuna awtorizzata għal hekk mill-Prim Ministru, jew, fl-assenza
ta’ dawk il-persuni, mill-awtorità  kompetenti tal-gvern lokali, bil-
lingwa Ingliża, Taljana jew Franċiża, fejn jgħid liema mard ta’
annimali, jekk ikun hemm, ikun hemm fil-pajjiż ta’ l-oriġini, in-
numru eżatt u l-istat ta’ saħha ta’ l-annimali mbarkati u d-data ta’ l-
imbark.
Osservazzjoni w 
elenkar ta’ 
annimali.
7. Id-Diretrur jista’ jassoġġetta, għall-osservazzjoni u għal
kull proċess jew eżami meħtieġ, kull annimal ġej minn barra malli
jasal, biex jiżgura jekk dak l-annimal huwiex infettat b’marda;
spejjeż ta’ sidu.
PREVENZJONI TAL-MARD FOST L-ANNIMALI ġ L.S.36.20 3
Żbarkar ta’ 
annimali.
8. (1)  Annimali ġejjin minn barra b’saħħithom għandhom
jiġu żbarkati fil-Moll għall-Annimali ġejjin minn Barra.
(2) Annimali ġejjin minn barra nfettati jew suspettati
għandhom jiġu żbarkati fl-istazzjon tal-kwarantina.
(3) Żwiemel, bgħula u ħmir importati minn pajjiżi fejn safejn
jaf id-Direttur tkun prevalenti marda fost iż-żwiemel għandhom
jiġu żbarkati fl-istazzjon tal-kwarantina u għandhom jinżammu taħt
osservazzjoni sakemm it-tabib veterinarju tal-gvern ikun soddisfatt
li ma humiex infettati minn mard.
Tmigħ ta’ annimali 
wara żbark.
9. Id-Direttur jista’ jeħtieġ lill-importaturi ta’ l-annimali li
jisqu u jitimgħu l-annimali mportati kif jidhirlu meħtieġ wara li
jiġu żbarkati.
Applikazzjonijiet.
ta’ annimali skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 4 għandhom
isiru fuq formuli provduti mid-dipartiment u għandu jkollhom
magħhom dik il-prova dokumentarja kif id-Direttur jista’ jeħtieġ
b’appoġġ tad-dikjarazzjoni.
(2) Din id-disposizzjoni għandha tapplika wkoll għall-
applikazzjonijiet għat-tiġdid ta’ permessi ġa mogħtija.
Permessi.
u jkunu iffirmati mid-Direttur u kontrofirmati mill-persuna li lilha
jkun ġie mogħti l-permess.
(2) Il-permessi ta’ l-importazzjoni mhumiex trasferibbli.
Qtil ta’ annimali.
osservazzjoni: 
Iżda - 
(a) id-Direttur jista’ jippermetti li annimali jiġu maqtula
minħabba raġunijiet urġenti, u
(b) id-Direttur, għal xi raġuni tajba u soddisfaċenti, jista’
jordna lis-sid biex, għas-spejjeż tiegħu, joqtol xi
annimal.
Aċċess għall-
annimali taħt 
osservazzjoni.
13. Ebda persuna ħlief persuna li tkun attwalment imqabbda
biex tieħu ħsieb annimali jew biex tnaddaf il-maqjel jew il-postijiet
ta’ osservazzjoni tagħhom ma tista’ tidħol f’dak il-maqjel jew
postijiet ta’ osservazzjoni:
Iżda d-Direttur jista’ jippermetti lill-importaturi ta’ l-
annimal li jkunu taħt osservazzjoni li jidħlu ħdejn l-annimali
tagħhom fil-ħin li jiġi stabbilit minnu.
Diżinfettar ta’ 
persuni li jkunu 
jistgħu jidħlu ħdejn 
l-annimalt taħt 
osservazzjoni.
14. Kull min jitlaq minn maqjel jew post fejn ikun hemm jew
kien hemm annimali reċentement miżmuma taħt osservazzjoni
għandu jitnaddaf u jiddiżinfetta ruħu bil-mod preskritt mit-tabib
veterinarju tal-gvern.
Għalf u firxa ta’ 1-
annimali, eċċ.
15. (1) L-għalf u l-firxa ta’ l-annimali miġjubin fl-istess
bastiment ma’ l-annimali ma għandhomx jiġu żbarkati.
(2) Ebda għalf, firxa ta’ l-annimali, żibel jew demel
4 L.S.36.20 ħ PREVENZJONI TAL-MARD FOST L-ANNIMALI
parzjalment konsumat jew imqatta’, ma jista’ jiġi mneħħi mill-
istazzjon tal-kwarantina jekk ma jkunx ġie mħallat sewwa bil-ġir u
jekk it-tabib veterinarju tal-gvern ma jkunx sodisfatt li malli
jitneħħa jinżamm b’mod effettiv ’l bogħod minn kuntatt ma’
annimali.
(3) Jekk fil-fehma tat-tabib veterinarju tal-gvern dawk l-
oġġetti, jekk jittieħdu barra mill-istazzjoni tal-kwarantina, jistgħu
jkunu l-kawża ta’ mard, sidhom għandu jittrattahom skond l-
istruzzjonijiet u għas-sodisfazzjon tat-tabib veterinarju tal-gvern.
TAQSIMA III 
PREVENZJONI BIEX MA JINXTERIDX IL-MARD
Iżolazzjoni ta’ 
postijiet infettati.
16. Kull meta tabib veterinarju tal-gvern jidhirlu li teżisti
marda f’xi stalla, għalqa jew post ieħor, huwa għandu jordna
minnfih li dak il-post jiġi iżolat u jista’ jiddettalja gwardjan tas-
saħħa jew gwardjani għal dak l-iskop.
Disposizzjonijiet 
konsegwenzjali fuq 
ordni dwar 
infezzjoni.
17. Meta post jiġi ddikjarat infettat b’marda skond id-
dispozizzjonijiet ta’ l-artikolu 71 ta’ l-Ordinanza -
(i) il-post infettat bil-mard għandu jibqa’ iżolat;
(ii) ħadd ma għandu jħalli dak il-post, u ebda
annimal jew oġġett ieħor ma għandu jitneħħa
minn hemm, mingħajr il-permess tat-tabib
veterinarju tal-gvern;
(iii) kull annimal li jkun tneħħa minn dak il-post
infettat jew li jitħalla joħroġ minnu jista’
jintbagħat fl-istazzjoni tal-kwarantina;
(iv) kull minn iħalli dak il-post mingħajr il-permess
tat-tabib veterinarju tal-gvern ikun jista’ jiġi
mibgħut minnufih fl-istazzjon tal-kwarantina
biex jiġu diżinfettati, jew jekk ikun hekk ordnat
mill-Ministru, għandu jinżamm hemm taħt
osservazzjoni għal dak il-perijodu kif id-Direttur
jidhirlu xieraq.
Taħt osservazzjoni 
fl-istazzjon tal-
kwarantina.
18. Kull annimal li jkun infettat jew suspettat li jkun infettat
b’marda, jew li t-tabib veterinarju tal-gvern isib li jkun direttament
jew indirettament f’kuntatt ma’ marda jew ma’ annimali suspetti,
jista’ jiġi meħud fl-istazzjon tal-kwarantina u miżmum hemm taħt
osservazzjoni għal dak il-perijodu kif id-Direttur jista’ jqis meħtieġ
jew sakemm jiġi dispost xort’oħra skond il-liġi:
Iżda fil-każ li xi annimal jinsab li jkun direttament jew
indirettament f’kuntatt ma’ marda jew ma’ annimali suspetti, dak l-
annimal jista’ jiġi iżolat f’dak il-post ieħor kif id-Direttur jordna.
Dfin ta’ ċerti 
karkassi.
19. Karkassi ta’ annimali ta’ l-ispeċje tal-bovini, ovini,
kaprini, jew ekwini jew ta’ l-ispeċje tal-ħnieżer ma jistgħux jiġu
midfuna, mingħajr permess tat-tabib veterinarju tal-gvern, anqas
ma jista’ jitneħħa, mingħajr permess xi għalf, firxa ta’ l-annimali,
utensili jew ħwejjeġ oħra minn xi post li fih ikun miet xi annimal
ta’ l-ispeċje msemmija f’dan ir-regolament.
PREVENZJONI TAL-MARD FOST L-ANNIMALI ġ L.S.36.20 5
Disponiment, eċċ, 
ta’ karkassi.
20. Id-Direttur jista’ jagħti dawk l-ordnijiet li jidhrulu xierqa
għat-tneħħija, dfin jew kif jiddisponu mill-karkassi ta’ kull
annimal.
Tnaddif u 
diżinfettar.
21. Id-Direttur jista’ jordna t-tindif u d-diżinfettar ta’ kull
bastiment, ajruplan, post jew lokal infettat jew xi parti jew partijiet
minnhom, u d-diżinfettar ta’ kull persuna li tiġi f’kuntatt ma’
annimali morda jew suspetti jew li jkunu jaħdmu in konnessjoni
magħhom.
TAQSIMA IV 
ĠENERALI
Drittijiet u ħlasijiet 
ta’ manutenzjoni. 
Emendat:
XIII.1983.5.
22. (1) Id-dritt għall-iskorta, 1-ispejjeż għall-ġarr ta’ annimali
għall-istazzjon tal-kwarantina u l-manutenzjoni tagħhom
hemmhekk ikunu għas-spejjeż tas-sid jew ta’ xi persuna oħra li
tkun f’dak iż-żmien inkarigata minn dawk l-annimali.
(2) Il-ħlas għall-manutenzjoni fl-istazzjon tal-kwarantina jkun
minn għaxar ċenteżmi sa ħamsa w tletin ċenteżmu kull jum għal
kull annimal kif jiġi mitlub mid-Direttur wara li jittieħed kont tad-
daqs ta’ l-annimal, liema ħlas għandu jitħallas kull ħmistax-il
ġurnata.
(3) F’nuqqas ta’ ħlas ta’ dak id-dritt fi żmien erbat ijiem mid-
data li fiha jkun dovut, id-Direttur ikun jista’ jordna li l-annimal
jiġi distrutt.
Responsabbiltà  
tad-Direttur dwar l-
annimali 
f’kwarantina.
23. Id-Direttur ma jkunx responsabbli għal xi ħaġa li tista’ tiġri
lill-annimal waqt li jkun fl-istazzjon tal-kwarantina ħlief għal
raġunijiet dovuti għan-negliġenza volontarja mill-awtorità
detentriċi.
