PREVENZJONI TAL-MARD TA’ 
L-ILSIEN U TAD-DWIEFER ġ L.S.36.21 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.21
REGOLAMENTI DWAR IL-PREVENZJONI 
TAL-MARD TA’ L-ILSIEN U TAD-DWIEFER
22 ta’ Diċembru, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 83 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 22 ta’ l-
1968 u 150 ta’ l-1976.
Titolu.
Prevenzjoni tal-Mard ta’ l-Ilsien u tad-Dwiefer. 
Ordni għal 
esportazzjoni mill-
ġdid.
2. Il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura jista’ jordna li
kull laħam, prodotti tal-laħam, fdal ta’ annimal jew partijiet minn
annimal importati f’dawn il-Gżejjer jiġu esportati mill-ġdid f’dak
iż-żmien li jista’ jidhirlu xieraq, meta jkun sodisfatt li fil-pajjiż ta’
orġini ta’ dak il-laħam, prodotti tal-laħam, fdal ta’ annimal jew
partijiet minn annimal ikun hemm jew kien hemm f’xi żmien matul
il-perijodu ta’ tliet xhur minnufih qabel il-ġurnata ta’ importazzjoni
f’dawn il-Gżejjer każ ta’ marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer.
Distruzzjoni ta’ 
laħam. 
3. Meta importatur jonqos milli jobdi ordni bħal dak fiż-
żmien preskritt kif intqal qabel, il-Ministru responsabbli għall-
Agrikoltura jista’ jordna li l-laħam, prodotti tal-laħam, fdal ta’
annimal jew partijiet minn annimal li dwarhom ikun sar dak l-ordni
jiġu distrutti, spejjeż ta’ l-importatur.
Projbizzjoni ta’ 
żbarkar ta’ swill.
Miżjud:
A.L. 22 ta’ l-1968.
Sostitwit:
A.L. 150 ta’ l-
1976.
4. Ebda swill ma għandu jiġi żbarkat minn xi bastiment,
yacht, inġenji tal-baħar ta’ divertiment, dgħajsa jew xi biċċa tal-
baħar simili jew minn xi inġenji ta’ l-ajru li jkunu mingħajr l-
approvazzjoni bil-quddiem tad-Direttur ta’ l-Agrikoltura u taħt
dawk il-kundizzjonijiet li l-imsemmi Direttur jidhirlu xieraq li
jimponi.
