KONTROLL TAL-MARD TAT-TJUR ġ L.S.36.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.22
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TAL-MARD 
TAT-TJUR
29 ta’ Marzu, 1968
L-AVVIŻ LEGALI 29 ta’ l-1968.
Titolu.
Kontroll tal-Mard tat-Tjur.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u tinkludi kull
uffiċjal tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura awtorizzat minnu biex
jaġixxi f’ismu;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura;
Kap. 36.
it-Tħaris mill-Mard.
Trasport mhux 
awtorizzat ta’ tjur 
huwa projbit.
3. (1) It-trasport ta’ kwalunkwe tjur minn xi persuna jew
persuni għall-Gżira ta’ Malta jew ġewwa fiha jew għal barra
minnha huwa projbit jekk ma jkunx awtorizzat f’kull każ mid-
Direttur.
(2) Id-Direttur jista’ jagħti awtorizzazzjoni għall-iskop tas-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament suġġetta għall-kundizzjonijiet
li jidhirlu xieraq li jimponi.
(3) Kull persuna jew persuni li jutilizzaw awtorizzazzjoni
mogħtija mid-Direttur mingħajr ma jħarsu xi waħda mill-
kundizzjonijiet li għaliha dik l-awtorizzazzjoni tkun suġġetta
għandhom jitqiesu li jkunu kisru s-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament.
Setgħa tad-Direttur 
li jordna t-tilqim 
ta’ tjur.
4. Id-Direttur jista’ jordna t-tilqim ta’ kull tajra f’saħħitha
b’dak il-mod li jidhirlu xieraq.
