PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI 
TA’ IKEL U ĦWEJJEĠ OĦRA ġ L.S.36.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.24
REGOLAMENTI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
L-IMPORTAZZJONI TA’ IKEL U ĦWEJJEĠ OĦRA
29 ta’ Awissu, 1970
L-AVVIŻ LEGALI 84 ta’ l-1970, kif emendat bl-Avviżi Legali 101 ta’ l-
1970, 54 u 70 ta’ l-1971, 87 ta’ l-1973 u 63 ta’ l-1974.
Titolu.
Projbizzjoni ta’ l-Importazzjoni ta’ Ikel u Ħwejjeġ Oħra. 
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni ta’ 
ikel u ħwejjeġ 
oħra.
2. (1) Ebda persuna ma tista’ timporta f’Malta xi ikel, ħut jew
għasafar, kemm permezz ta’ xi bastiment jew permezz ta’ xi
ajruplan minn xi pajjiż muri fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, jew xi ikel, ħut jew għasafar miġjuba permezz ta’
bastiment jew ajruplan li jkun mar f’xi pajjiż minn dawk, kemm-il-
darba t-Tabib Prinċipali tal-Gvern u Suprintendent tas-Saħħa
Pubblika ma jkunx sodisfatt li dak l-ikel, ħut jew għasafar ikun
ħieles jew ġie magħmul ħieles minn kontaminazzjoni jew
infezzjoni.
(2) F’dan ir-regolament, "ikel" tinkludi kull oġġett użat għall-
ikel jew għax-xorb mill-bniedem, kull oġġett biex jintuża fil-
kompożizzjoni jew preparazzjoni ta’ ikel u kull ħaġa li tagħti t-
togħma jew kondiment.
(3) Id-disposizzjoni tas-sub-regolament (1) ta’ dan ir-
regolament għandha tapplika għall-ħwejjeġ second hand jew użati,
ċraret, ħuxlief u tiben.
Emendata:
A.L. 101 ta’ l-
1970;
A.L. 54 ta’ l-1971;
A.L. 70 ta’ l-1971;
A.L. 87 ta’ l-1973;
A.L. 63 ta’ l-1974.
SKEDA
(Regolament 2)
L-Alġerija
Ir-Reġjoni ta’ l-Astrakhan (ex-U.S.S.R.)
Ir-Republika Ċeka
L-Eġittu
Il-Ġordanja
L-Indja
L-Iran
L-Iraq
L-Italja
L-Iżrael
Il-Jugoslavja
Il-Lebanon
Il-Libja
2 L.S.36.24 ħ
PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI 
TA’ IKEL U ĦWEJJEĠ OĦRA
Il-Marokk
Il-Pakistan
Il-Portugall
Is-Sirja
Spanja
It-Tajlandja
It-Tuneżija
It-Turkija
