PROJBIZZJONI TAL-BEJGĦ TA’ IKEL TAL-BAĦAR ġ L.S.36.26 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.26
REGOLAMENTI DWAR IL-PROJBIZZJONI 
TAL-BEJGĦ TA’ IKEL TAL-BAĦAR 
6 ta’ Settembru, 1973
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1973, kif emendat bl-Avviż Legali 91 ta’ l-
1973.
Titolu.
Projbizzjoni tal-Bejgħ ta’ Ikel tal-Baħar.
Tifsir. 
Emendat:
A.L. 91 ta’ l-1973.
2. F’dawn ir-Regolamenti, "ikel tal-baħar" tfisser arzell,
clams, rizzi, mussels, krustaċej u invertebrati oħra tal-baħar fi stat
nej.
Projbizzjoni ta’ 
importazzjoni, eċċ. 
3. Ebda persuna ma tista’ timporta, iġġorr minn post għall-
ieħor, tbiegħ, iżżomm għall-bejgħ, tikkonsenja, jew tagħti
b’kumpens jew xort’oħra lil xi persuna sew jekk tkun fis-servizz
tagħha jew le, xi oġġett ta’ ikel tal-baħar jekk din ma jkollhiex
permess speċjali mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika.
_
