KONTROLL TAL-MARDA TA’ L-ILSIEN U DWIEFER ġ L.S.36.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.27
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL 
TAL-MARDA TA’ L-ILSIEN U DWIEFER
20 ta’ Ġunju, 1975
L-AVVIŻ LEGALI 74 ta’ l-1975.
Titolu.
Kontroll tal-Marda ta’ l-Ilsien u d-Dwiefer.
Ċaqliq mhux 
awtorizzat ta’ ċerti 
annimali hu 
pprojbit.
2. (1) Ebda persuna ma tista’ ġġiegħel, tħalli jew tippermetti
ċ-ċaqliq ta’ xi bovini, ovini, kaprini jew majjali, li jkunu tagħha
jew li jkunu taħt il-ħarsien jew il-kontroll tagħha għal post jew area
f’Malta jew ġo fihom jew barra minnhom jekk ma tkunx hekk
awtorizzata bil-miktub mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura, jew minn xi
persuna delegata mill-imsemmi Direttur, li, f’kull każ, fl-ġħoti ta’
dik l-awtorizazzjoni, jista’ jimponi kull kondizzjoni li jidhirlu li
tkun xierqa.
(2) Kull  persuna li tagħmel użu minn awtorizzazzjoni mogħtija
kif intqal hawn fuq taħt is-sub-regolament (1) ta’ dan ir-regolament
mingħajr ma tħares xi waħda mill-kundizzjonijiet li għalihom tkun
suġġetta dik l-awtorizzazzjoni titqies li kisret is-sub-regolament (1)
ta’ dan ir-regolament.
Setgħa tad-Direttur 
ta’ l-Agrikoltura li 
jordna 
vaċċinazzjoni.
3. (1)  Id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’ jordna l-
vaċċinazzjoni ta’ kull bovini, ovini, kaprini u majjali b’dak il-mod
u f’dak il-ħin jew ħinijiet li jidhirlu xieraq. 
(2) Kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha jew li tkun qed
tieħu ħsieb jew tikkontrolla xi bovini, ovini, kaprini jew majjali li
għandhom jiġu hekk vaċċinati għandha tħalli li ssir dik il-
vaċċinazzjoni u għandha tagħti l-faċilitajiet kollha meħtieġa mill-
persuna awtorizzata bil-miktub mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura biex
tagħmel dik il-vaċċinazzjoni.
Direttivi mid-
Direttur ta’ l-
Agrikoltura.
4. Id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’ joħroġ direttivi maħsuba
għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, kif
ukoll kull prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu, u kull persuna li
għaliha tapplika dik id-direttiva għandha tobdiha.
