MIN IŻOMM IL-MAJJALI ġ L.S.36.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.28
REGOLAMENTI DWAR MIN IŻOMM IL-MAJJALI
10 ta’ Ottubru, 1980
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-1980, kif emendat bl-Avviż Legali 156 ta’ l-
1991.
Titolu.
Iżomm il-Majjali.
Tifsir.
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura, u tinkludi kull
uffiċjal tad-dipartiment awtorizzat minnu biex jaġixxi minfloku;
"issemmen" tfisser li żżomm qżieqeż miftuhma sakemm jaslu
għall-qatla.
"iżżomm" tinkludi kemm li trabbi u li ssemmen;
"trabbi" tfisser li tnissel u trabbi sa l-istadju tas-simna; u tinkludi
wkoll il-bejgħ ta’ qżieqeż miftuhma;
Kap. 36.
Liċenza biex 
iżżomm, trabbi jew 
issemmen majjali.
3. Ebda persuna ma tista’ mingħajr liċenza jżżomm, trabbi
jew issemmen majjali, sew bħala proprjetarju, proprjetarju f’parti
jew bħala li tagħti għajnuna.
Formula ta’ 
applikazzjoni.
4. Liċenza kif provdut fir-regolament 3 tista’ tingħata mid-
Direttur fuq applikazzjoni fuq il-formula xierqa maħruġa minnu.
Irziezet tal-majjali.
majjali f’xi post kemm-il darba dak il-post ma jkollux liċenza bħala
razzett tal-majjali għal kull wieħed minn dawk l-għanijiet speċifiċi.
Ħtiġiet għal-
liċenza. 
6. Ebda liċenza għal razzett tal-majjali ma tista’ tinħareġ
kemm-il darba l-ħtiġiet stabbiliti fil-formula ta’ applikazzjoni ma
jkunux sodisfatti.
Revoka ta’ liċenza.
liċenzjat jinsab li ma jkunx qed jissodisfa xi waħda mill-
kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenza, jew jekk fil-fehma tad-
Direttur ikun hemm riskju li jixxerred mard.
Validità  ta’ liċenzi.
ħruġ, u jistgħu jiġġeddu minn sena għal sena. 
Kwota ta’ qtil.
Miżjud:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
9. Id-Direttur jista’ jalloka kwota ta’ qtil ta’ majjali għal kull
min irabbi l-majjali, u dik il-kwota, jew sehem minnha, ma tistax
tingħata minn persuna li trabbi l-majjali lil persuna oħra jekk ma
jkollhiex approvazzjoni tad-Direttur:
Iżda d-Direttur jista’ jibdel il-kwota imsemmija skond il-
ħtiġiet tal-industrija tal-majjali, jew fil-każ li detentur ta’ liċenza
ma jkunx ikkonforma ruħu mal-kundizzjonijiet imposti fl-istess
liċenza.
2 L.S.36.28 ħ MIN IŻOMM IL-MAJJALI
Distanza bejn 
rziezet.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
10.  (1) Persuna jista’ jkollha liċenza biex iżżomm majjali
f’razzett self-contained sakemm dan ikun qiegħed għall-inqas mitt
metru ’1 bogħod minn kull razzett tal-majjali, jew f’mhux iktar
minn żewġ postijiet, li post minnhom ikollu liċenza għat-trobbija
biss u l-ieħor ikollu liċenza għas-simna biss hekk iżda fil-każ ta’ l-
aħħar il-post fejn issir it-trobbija ikun qiegħed f’distanza ta’ mhux
inqas minn mitt metru ’1 bogħod minn kull razzett tal-majjali jkun
li jkun, u suġġett għal kull kundizzjonijiet speċjali oħra li d-
Direttur jista’ jimponi.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, razzett self-contained
tfisser razzett fejn la darba jkunu nġiebu fih l-bhejjem u jkun beda
jitmexxa x-xogħol fih, ikunu jistgħu jsiru hemmhekk kemm it-
tnissil u t-trobbija u ma jkunx hemm ħtieġa li jidħlu aktar majjali
ħlief il-majjali li kull tant jinġiebu għar-refgħa sabiex jinbidel jew
jittejjeb it-tnissil.
Pjanta tal-post. 
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
11. Kull applikazzjoni biex tingħata liċenza għal post għandu
jkollha magħha pjanta tal-post miksuba mingħand l-Awtorità  ta’ l-
Ippjanar li turi l-post u l-lokal ta’ madwaru sa distanza ta’ mitejn
metru.
Estensjonijiet u 
alterazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
12. Ma jistgħu jsiru ebda estensjonijiet jew alterazzjonijiet f’xi
post li jkollu liċenza kemm-il darba ma jkunx hemm awtorizzaz-
zjoni bil-quddiem tad-Direttur u kemm-il darba id-detentur tal-
liċenza ma jkollux permess maħruġ mill-Awtorità  ta’ l-Ippjanar. 
Trasferiment ta’ 
majjali.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
13. Ebda persuna, sew jekk għandha liċenza jew le skond dawn
ir-regolamenti, ma għandha tittrasferixxi jew iġġiegħel li jiġu
trasferiti majjali minn post li jkollu liċenza għal xi post ieħor jew
għal biċċerija, sakemm ma tkunx ħadet permess bil-miktub biex
hekk tagħmel mingħand id-Direttur.
Distanza minn area 
ta’ abitazzjoni.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
14. Ebda post ma jingħata liċenza biex jinżammu, għat-
trobbija jew għas-simna ta’ majjali jekk dan ma jkunx qiegħed
għall-inqas mitejn metru ’1 bogħod minn area ta’ abitazzjoni.
Ktieb tal- merħla.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
15. Kull detentur ta’ liċenza għandu jżomm ktieb tal-merħla
f’dik lil-forma li d-Direttur jista’ jeħtieġ.
Ġbir u ġarr ta’ 
swill.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
16. Ebda persuna ma tista’ tiġbor jew iġġorr swill jekk ma
tkunx awtorizzata mid-Direttur, lanqas ma tista’ xi persuna titma’
swill lil majjali jew lil xi annimali oħra sakemm ma jkunx swill
imsajjar li jista’ jiġi provdut lilha mid-Direttur.
Vettura li ġġorr 
swill.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
17. Ebda vettura ma tista’ tintuża għall-ġbir jew għall-ġarr ta’
swill jekk ma tkunx awtorizzata għal hekk mid-Direttur, u meta
tkun hekk awtorizzata dik il-vettura ma għandhiex tgħaddi minn xi
post li ma jkunx imniżżel f’dik l-awtorizzazzjoni.
Detentur ta’ 
liċenza għal 
impjant li 
jipproduċi għalf 
jew li jipproċessa 
laħam.
18. Id-detentur ta’ liċenza għal impjant li jipproduċi l-għalf
jew għal impjant li jipproċessa laħam ma jkunx skwalifikat milli
jkollu liċenza skond dawn ir-Regolamenti sakemm ma jħallix lil xi
persuna li tkun taħdem fir-razzett tal-majjali li tagħmel xogħol
f’dak l-impjant. 
Mitħna tal-ġwież. 19. Persuna li jkollha liċenza biex iżżomm, trabbi jew is-
semmen majjali tista’ titħalla li jkollha mitħna tal-ġwież fuq ir-
MIN IŻOMM IL-MAJJALI ġ L.S.36.28 3
razzett tal-majjali tagħħa sakemm l-għalf jintuża kollu għar-razzett.
Distanza minn 
impjant li 
jipproduċi għalf.
20. Ma għandha toħroġ ebda liċenza għal razzett tal-majjali
kemm-il darba r-razzett ma jkunx qiegħed f’distanza ta’ mill-anqas
mitejn metru ’1 bogħod minn kull impjant li jipproduċi għalf.
Akkwist ta’ 1-
ewwel majjali 
għar-refgħa.
21. Ebda persuna li għandha liċenza biex iżżomm majjali ma
għandha takkwista l-ewwel majjali tagħħa għar-refgħa u wara xi
oħrajn minflokhom jekk mhux minn stazzjon tat-tnissil approvat
mid-Direttur.
Akkwist ta’ 
qżieqeż miftuhma.
22. Ebda persuna li għandha liċenza biex iżżomm majjali ma
għandha takkwista qżieqeż miftuhma għas-simna mingħand
persuna li tkun fix-xogħol tat-tnissil tal-majjali jekk dik il-persuna
ma tkunx hekk liċenzjata, u kemm-il darba dawk il-qżieqeż
miftuhma ma jkollhomx tatoo sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati.
Tiżmim ta’ ifħla 
għar-refgħa.
23. Ħlief kif provdut b’dawn ir-Regolamenti, ebda persuna ma
għandha żżomm xi ifħla għar refgħa.
Distanzi.
Emendat:
A.L. 156 ta’ l-
1991.
24. Id-distanzi meħtieġa b’dawn ir-Regolamenti biex jitwaqqfu
rziezet tal-majjali m’għandhomx japplikaw għal xi rziezet bħal
dawk li kienu jeżistu qabel l-1 ta’ Lulju, 1991.
Ħtiġiet ta’ xi liġi 
oħra.
25. Detentur ta’ liċenza skond dawn ir-Regolamenti ma jkunx
eżentat milli jħares xi liġi oħra jew regolament ieħor li jkun fis-
seħħ minn żmien għal żmien.
