TISQIJA TAL-ĦXEJJEX 
(PREKAWZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA) ġ L.S.36.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.30
REGOLAMENTI DWAR IT-TISQIJA TAL-ĦXEJJEX 
(PREKAWZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA)
16 ta’ Settembru, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 71 ta’ l-1988.
Titolu.
Tisqija tal-Ħxejjex (Prekawzjonijiet dwar is-Saħħa).
Projbizzjoni ta’ 
tisqija b’ilma tad-
drenaġġ.
2. Ħadd ma jista’ jsaqqi xi għalqa fejn il-ħxejjex maħsubin
għall-konsum mill-bniedem ikunu qegħdin, jew jistgħu jitkabbru,
b’xi ilma tad-drenaġġ jew b’ilma kontaminat b’ilma tad-drenaġġ. 
Qbid u 
distruzzjoni.
3. Is-Suprintendent tas-Saħħa għandu dritt jordna l-qbid u/
jew id- distruzzjoni ta’ ħxejjex li jkunu ssaqqew b’ilma tad-drenaġġ
jew b’ilma kontaminat b’ilma tad-drenaġġ.
Riżerva.
Regolamenti ma japplikawx għal xi għalqa msoqqija b’ilma ġej
minn ilma tad-drenaġġ li jkun ġie proċessat u purifikat f’impjant
ta’ l-ipproċessar ta’ l-ilma tad-drenaġġ li jkun immexxi mill-gvern
dwar dawk il-ħxejjex li s-Suprintendent ikun approva bħala li jkunu
jistgħu jitkabbru f’dik l-għalqa.
