ANNIMALI LI JINĦALBU ġ L.S.36.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.32
REGOLAMENTI DWAR ANNIMALI LI JINĦALBU 
5 ta’ Diċembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 151 ta’ l-1989.
Titolu.
Annimali li jinħalbu.
Tifsir. 
tkunx teħtieġ mod ieħor -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd u tinkludi
kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun debitament awtorizzat mid-
Direttur li jaġixxi f’ismu;
"tħaxxen" tfisser li żżomm minn żmien-il ftim sa żmien-il qatla;
"trabbi" tfisser tnissel u trabbi sa żmien-il qatla u tinkludi l-bejgħ
ta’ annimali miftuma;
"iżżomm" tinkludi trabbi, tħaxxen u taħleb;
"annimal" tfisser annimal mara jew li tinħaleb tal-ġens bovin,
ovin jew kaprin u tinkludi annimal raġel ta’ l-istess ġens, kif ukoll
nisel raġel u mara tagħhom;
"veterinaru tal-gvern" tfisser veterinarju fl-impieg tal-gvern;
"qasam" tinkludi kull dairy, razzett, maqjel, depositu tal-ħalib
nej u kull imkien fejn jinżammu annimali li jinħalbu.
Reġistru ta’ 
rziezet, eċċ.
3. (1) Għall-finijiet li jassigura il-prevenzjoni minn tixrid ta’
mard fost l-annimali, id-Direttur għandu jżomm reġistru ta’ irziezet
u ta’ kull min ikun jaħdem fihom.
(2) Kull min iżomm razzett, jew jaħdem jew ikun impjegat
f’razzett, għandu jirreġistra lilu nnifsu u r-razzett fejn ikun jaħdem,
jew li jkun iżomm, għand id-Direttur, u ħadd ma għandu jżomm
annimali, jew jaħdem, f’razzett sakemm hu u r-razzett li jkun
jaħdem fih ma jkunux hekk reġistrati.
Validità  tar-
reġistrazzjoni.
4. Reġistrazzjoni li ssir skond ir-regolament ta’ qabel dan
tkun valida sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha ssir, iżda tista’
tiġġedded minn sena għal sena skond dawk il-kundizzjonijiet li d-
Direttur jippreskrivi.
Pjanta.
ssir mid-detentur ta’ dak ir-razzett, u għandu jkollha magħha pjanta
li tkun turi s-sit u l-lokalità  ta’ madwar sa distanza ta’ mitejn metru
mill-perimetru tar-razzett.
Ċaqlieq ta’ 
annimali.
6. Ħadd ma għandu jċaqlaq jew jagħti lok li jiċċaqlaq xi
annimal minn razzett reġistrat għal x’imkien ieħor jew għal
biċċerija, sakemm ma jkunx qabel kiseb permess bil-miktub
mingħand id-Direttur għal dak l-iskop.
Ktieb tar-razzett. 
f’dik il-forma li d-Direttur ikun jeħtieġ, li fih jinkitbu dettalji tan-
2 L.S.36.32 ħ ANNIMALI LI JINĦALBU
numru u xorta ta’ annimali li jkunu qed jinżammu fir-razzett u kull
żieda jew tnaqqis fl-għadd tagħhom, kif ukoll kull dettall dwar l-
identifikazzjoni tagħhom, flimkien mad-dati relattivi.
Akkwist ta’ 
annimali.
8. (1) Min ikun reġistrat kif imsemmi qabel f’dawn ir-
Regolamenti ma jistax jakkwista annimali, għal ebda raġuni,
mingħand persuna li ma tkunx reġistrata skond ir-regolament 3 ta’
dawn ir-Regolamenti.
(2) Kull annimal li jinżamm f’razzett li jkun reġistrat skond ir-
regolamenti 7 għandu jkun identifikat permezz ta’ tpinġija bit-
tattoo, freezebranding, tqegħid ta’ lametta mal-widna, jew b’xi
metodu ieħor li jkun għas-sodisfazzjon tad-Direttur.
Reġistrajoni ta’ 
kull twelid, eċċ.
9. (1) Kull min iżomm bovini għandu jirreġistra kull twelid
tagħhom għand id-Direttur fi żmien għaxart ijiem mit-tifriħ
tagħhom.
(2) Kull min iżomm ovini jew kaprini għandu jirreġistra l-
annimali kollha li jkunu qegħdin jinżammu għat-tnissil fi żmien
tliet xhur mit-tifriħ tagħhom.
Rapport ta’ imwiet. 10. Minnufih kif tiġri l-mewt ta’ annimal reġistrat, il-mewt
għandha jew tiġi rapportata lid-Direttur, jew ċertifikata minn
veterinarju reġistrat. 
Tnissil artifiċjali. 11. (1) Ħadd ma jista’ jwettaq it-tnissil artifiċjali ta’ annimali
sakemm id-Direttur ma jkunx sodisfatt li persuna tkun kwalifikata
li twettaq tnissil u tkun reġistrata mid-Direttur għal dak l-iskop.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, persuna titqies li hi
kwalifikata jekk tgħaddi minn eżami orali u prattiku fis-suġġett
għas-sodisfazzjon tad-Direttur.
Funzjonijiet tad-
Direttur.
12. (1) Għall-finijiet tal-prevenzjoni minn tixrid ta’ mard, id-
Direttur jista’ -
(a) b’avviż fil-Gazzetta jillimita jew jipprojbixxi il-bejgħ
jew iċ-ċaqlieq ta’ annimali, lejn jew minn xi nħawi ta’
dawn il-Gżejjer; 
(b) jeħtieġ lil min ikun reġistrat kif imsemmi qabel f’dawn
ir-Regolamenti li jagħti kull tagħrif dwar iċ-ċaqlieq ta’
annimali lejn jew mir-razzett tiegħu, u ta’ kull bejgħ u
xiri tagħhom;
(ċ) f’kull ħin jidħol ġewwa kull maqjel jew imkien ieħor
fejn ikollu għaliex raġonevolment jaħseb li jkunu
qegħdin jinżammu annimali, biex -
(i) jispezzjona l-annimali li jkunu qegħdin
jinżammu f’dak l-imkien; jew
(ii) jagħmel kull eżami meħtieġ fuq l-annimali
sabiex jagħmel djanjosi ta’ mard; jew
(iii) jieħu eżemplari ta’ demm jew materjal ieħor
mill-annimali għall-finijiet ta’ djanjosi ta’ mard;
jew
(iv) jimmarka l-annimali b’dak il-mod li jkun
jikkunsidra bħala meħtieġ għall-fini ta’ l-
ANNIMALI LI JINĦALBU ġ L.S.36.32 3
identifikazzjoni tagħhom, jew kif jipprovdi r-
regolament 8(2); jew
(v) ilaqqam l-annimali.
(2) Kull min ikun reġistrat kif imsemmi qabel f’dawn ir-
Regolamenti għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa lid-Direttur
biex jwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond is-sub-regolament (1) ta’
dan ir-regolament.
Ħruġ ta’ ċertifikat 
dwar razzett.
13.  Meta d-Direttur, wara li jagħmel dik l-investigazzjoni li
iqis meħtieġa, ikun sodisfatt li razzett ikun ħieles mill-mard, huwa
jista’ joħroġ ċertifikat lid-detentur ta’ dak ir-razzett u, wara li
jinħareġ dak iċ-ċertifikat, id-detentur ma għandux idaħħal fir-
razzett xi annimal ieħor li ma jkunx ċertifikat minn veterinarju tal-
gvern bħala li hu ħieles mill-mard.
Żoni nodfa.
f’Malta jew f’Għawdex ikunu ġew ċertifikati minnu li huma ħielsa
mill-mard skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 13, id-Direttur
jista’ joħroġ avviż f’dan is-sens fil-Gazzetta.
(2) Meta jkun inħareġ l-avviż, ħadd ma jista’ jdaħħal f’dik iż-
żona xi annimal sakemm dak l-annimal ma jkunx ċertifikat minn
veterinarju tal-gvern li jkun ħieles mill-mard.
Reati.
Kap. 36.
15. Min jikser jew jonqos milli jikkonforma ruħu ma’ xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, jew ma’ xi avviż li
jingħata bis-saħħa tagħhom, jew li jtellef jew ifixkel lid-Direttur
milli jagħmel xi ħaġa li jista’ jagħmel skond il-liġi skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, ikun ħati ta’ reat kontra
t-Taqsima II ta’ l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard, u japplikaw
id-disposizzjonijiet tat-Titolu III tat-Taqsima III ta’ l-Ordinanza.
