TROBBIJA TA’ BROILERS ġ L.S.36.33 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.33
REGOLAMENTI DWAR IT-TROBBIJA
TA’ BROILERS
19 ta’ Diċembru, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-1989.
Titolu.
Trobbija ta’ Broilers.
Tifsir.
tkunx teħtieġ mod ieħor -
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd u tinkludi
kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun debitament awtorizzat mid-
Direttur li jaġixxi f’ismu;
"broiler" tfisser pullam li jitkabbar għall-produzzjoni tal-laħam u
li fi żmien il-qatla ma jkunx laħaq il-maturità  riproduttiva;
"produttur" tfisser persuna li trabbi u żżomm broilers maħsubin
għall-bejgħ għall-konsum tal-bniedem.
Liċenza għat-
tiżmim ta’ broilers 
maħsubin għall-
bejgħ.
3. (1) Ebda produttur ma għandu jrabbi u jżomm iktar minn
għoxrin broilers sakemm ma tinħariġlux liċenza f’ismu mid-
Direttur. 
(2) Il-liċenza għandha tispeċifika l-ikbar numru ta’ broilers li
jistgħu jinżammu minn produttur partikolari f’post speċifiku, u ma
tistax tiġi trasferita minn produttur għal ieħor mingħajr l-awtorità
speċifika tad-Direttur:
Iżda d-Direttur jista’ perjodikament inaqqas matul is-sena
in-numru ta’ broilers li jinżammu fi żmien partikolari skond kwota
li tiġi stabbilita fid-diskrezzjoni tiegħu u li tiġi notifikata bil-
miktub lill-produttur.
(3) Il-liċenza tista’ tinħareġ biss mid-Direttur fuq talba tal-
produttur li ssir fuq il-formola maħruġa mid-Direttur.
(4) Il-iċenza tkun valida għal sena, u tista’ tiġġedded mid-
Direttur minn sena għal sena.
(5) Ma tinħareġ jew tiġġeded ebda liċenza sakemm id-Direttur
ma jkunx sodisfatt li l-post fejn ikunu qegħdin jinżammu broilers
ikun xieraq għal dak il-għan, u ebda estensjoni jew bidla strutturali
ma tista’ ssir f’xi post liċenzjat sakemm din ma tkunx qabel ġiet
awtorizzata mid-Direttur.
Post fejn jinżammu 
broilers.
4. Id-Direttur jista’ f’kull ħin jidħol f’kull post fejn jinżammu
broilers, jew fejn ikollu għaliex jaħseb li jkunu qegħdin jinżammu
broilers, ikun kemm ikun in-numru tagħhom u jekk humiex
miżmumin minn produttur jew minn xi persuna oħra, biex
jispezzjona l-post u l-broilers li jkunu qegħdin jinżammu
hemmhekk.
