TROBBIJA TAN-NAĦAL ġ L.S.36.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.36
REGOLAMENTI DWAR IT-TROBBIJA 
TAN-NAĦAL
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 110 ta’ l-1992.
Titolu.
Trobbija tan-Naħal.
Tifsir. 
tkunx teħtieġ mod ieħor - 
"Direttur" tfisser id-Direttur ta’ l-Agrikoltura u Sajd u tinkludi
kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun debitament awtorizzat mid-
Direttur li jaġixxi f’ismu;
"trabbi" tfisser trabbi għall-produzzjoni ta’ l-għasel, tax-xama
tan-naħal, u prodotti sussidjarji oħra u li ddakkar bil-pollen ta’
siġar tal-frott, tal-fjuri u tal-ħxejjex.
Reġistrazzjoni ta’ 
bejtiet tan-naħal.
3. Kull sid ta’ xi għadd ta’ bejtiet tan-naħal, jew ikun
jikkontrollhom, jew ikun jaf li hemm naħal qed ibejjtu fuq il-
proprjetà  tiegħu, għandu jirreġistra dak il-għadd ta’ bejtiet tan-
naħal għand id-Direttur.
Post fejn jinżammu 
l-bejtiet tan-naħal.
4. Id-Direttur jista’ f’kull żmien jidħol f’kull post fejn
jinżammu jew hemm stabbiliti bejtiet tan-naħal, jew fejn ikollu
suspett li jkunu qed jitrabbew in-naħal, jew fejn ikun hemm xehdiet
tan-naħal, sabiex jispezzjona dawk il-bejtiet.
Ċaqlieq ta’ bejtiet 
morda.
5. Ħadd ma jista’ jċaqlaq bejtiet morda minn xi ġarra tan-
naħal jekk ma jkollux permess bil-miktub mingħand id-Direttur. 
Qirda ta’ bejtiet 
morda. 
6. Id-Direttur jista’ jordna li tinqered kull bejta tan-naħal li
tkun marida.
