KONTROLL TA’ SWILL ġ L.S.36.37 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.37
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ SWILL
24 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 125 ta’ l-1993.
Titolu.
Kontroll ta’ Swill.
Tifsir.
ma tentieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għas-servizz
veterinarju u tinkludi kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun
debitament awtorizzat mid-Direttur li jaġixxi f’ismu;
Kap. 197.
"produtturi ta’ swill nej" tfisser lukandi u stabbilimenti li
jipprovdu ikel li għandhom l-istess tifsira kif mogħtija lil dawn il-
lokali fl-Att dwar it-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel, u
tinkludi villaġġi turistiċi, kumplessi għal btala, aparthotels, guest
houses, snack bars, lokali tat-take-away u kjoskijiet mobbli u fissi
u kull outlet ieħor ta’ produzzjuni ta’ swill, bħal minn awtoritajiet,
istituzzjonijiet, sptarijiet, biċċeriji, impjanti fejn jitqatta’ u jiġi
proċessat laħam u ħut u rziezet fejn ifaqqsu t-tjur.
Ġbir u tmigħ ta’ 
swill.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tiġbor jew iġġorr swill kemm-il
darba ma tkunx hekk awtorizzata mid-Direttur. 
(2) Ebda persuna ma tista’ titma’ swill lill-annimali kemm-il
darba ma jkunx swill imsajjar provdut minn impjant awtorizzat biex
isajjar is-swill.
Liċenza għall-ġbir 
jew ġarr ta’ swill.
4. (1) Liċenza għall-ġbir u l-ġarr ta’ swill tista’ tingħata mid-
Direttur wara li jirċievi formula ta’ l-applikazzjoni maħruġa minnu. 
(2) L-imsemmija liċenza tkun valida għal sena kalendarja u
tista’ tiġi mġedda kull sena.
(3) Id-Direttur jista’ f’kull żmien jirrevoka l-liċenza jekk min
jiġbor jew iġorr is-swill jinstab li kiser xi waħda mill-
kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat il-liċenza jew li kiser dawn
ir-Regolamenti.
Kontroll ta’ swill.
tikkunsinna swill lil xi razzett ta’ l-annimali jew xi post ieħor ħlief
lill-impjant awtorizzat biex isajjar is-swill, jew lil post indikat lilha
mid-dipartiment jew l-awtorità  responsabbli għall-ambjent.
(2) Ebda vettura ma tista’ tintuża biex jinġabar jew jinġarr
swill jekk ma tkunx awtorizzata mid-Direttur, u meta tkun
awtorizzata dik il-vettura ma għandhiex tgħaddi minn xi post li ma
jkunx imniżżel f’dik l-awtorizzazzjoni.
(3) Vettura li tintuża għall-ġbir ta’ swill għandu jkollha l-bieb
tal-gabina miżbugħ griż ċar, b’"S" safra kbira fin-nofs tiegħu. Din
il-vettura ma għandhiex tintuża għall-ġarr ta’ l-annimali jew ta’ l-
għalf.
2 L.S.36.37 ħ KONTROLL TA’ SWILL
(4) Il-kontenituri li jintużaw għall-ġbir ta’ swill bħalma huma
bins, skips, eċċ., għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bl-ittra "S"
ta’ daqs mhux iżgħar minn tletin ċentimetru għoli bi tletin
ċentimetru wisa’.
Persuni 
skwalifikati milli 
jżommu liċenza.
6. Persuna tkun skwalifikata milli jkollha liċenza skond dawn
ir-Regolamenti jekk hija jew xi ħadd fid-dar tagħha tqandel il-
laħam f’biċċerija, jew ikollha liċenza biex iżżomm u ssemmen il-
bhejjem. 
Detenturi tal-
liċenza tal-
produtturi ta’ swill 
nej.
7. Id-detenturi tal-liċenza tal-produtturi ta’ swill nej
għandhom jippermettu biss lill-kolletturi liċenzjati li jiġbru swill
mil-lokal tagħhom.
Żbarkar ta’ swill. 8. Ebda swill ma għandu jiġi żbarkat minn xi bastiment,
yacht, inġenji tal-baħar ta’ divertiment, dgħajsa jew xi biċċa tal-
baħar simili jew minn xi inġenji ta’ l-ajru mingħajr l-approvazzjoni
bil-quddiem tad-Direttur u taħt dawk il-kundizzjonijiet li d-Direttur
jidhirlu xieraq li jimponi.
Reati. 9. Jekk xi persuna tikser xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
Regolamenti hija tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, dawn
il-pieni li ġejjin -
(a) fil-każ ta’ l-iżbark ta’ swill minn xi bastiment, yacht,
inġenji tal-baħar ta’ divertiment, dgħajsa jew xi biċċa
tal-baħar simili jew minn xi inġenji ta’ l-ajru, multa ta’
mhux inqas minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn
elf lira jew priġunerija għal żmien ta’ mhux inqas
minn tliet xhur iżda mhux iżjed minn sitt xhur;
(b) meta jinkisru l-kundizzjonijiet tal-liċenza jew ta’ l-
awtorizzazzjoni tad-Direttur, multa ta’ mhux inqas
minn ħames mitt lira iżda mhux iżjed minn elf lira;
(ċ) fil-każ ta’ kontravvenzjoni ta’ xi disposizzjoni oħra ta’
dawn ir-Regolamenti barra minn dawk imsemmija fil-
paragrafi (a) u (b) ta’ hawn fuq, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn u ħamsin lira iżda mhux iżjed minn elf
lira.
