BIĊĊERIJI TAT-TJUR ġ L.S.36.38 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.38
REGOLAMENTI DWAR IL-BIĊĊERIJI TAT-TJUR
1 ta’ Lulju, 1995;
1 ta’ Lulju, 1998.
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1995.
Titolu.
Biċċeriji tat-Tjur. 
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra:
"assistant staff’ tfisser persuni mħarrġa nominati uffiċċjalment
mid-Direttur;
"biċċerija approvata" tfisser biċċerija li tkun ġiet spezzjonata u
approvata mid-Direttur skond dawn ir-Regolamenti;
"detentur ta’ liċenza" tfisser persuna li jkollha liċenza skond ir-
regolament 3 ta’ dawn ir-Regolamenti biex iżżomm biċċerija tat-
tjur;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għas-servizzi
veterinarji;
"fdal" tfisser laħam frisk li ma jkunx dak tal-karkassa kif
hawnhekk imfissra;
"ġewwieni" tfisser fdal mill-kavitajiet toraċiċi, addominali u
pelviċi, inklużi t-trakea, l-esofagu u l-ħawsla;
"ilma tax-xorb" tfisser ilma ta’ kwalità  li jkun tajjeb għall-
konsum mill-bniedem;
"karkassa" tfisser il-ġisem sħiħ tat-tjur wara li jkun ġie skarnat,
imnittef u mnaddaf mill-ġewwieni; iżda t-tneħħija tal-kliewi, tas-
saqajn fit-tarsus jew tar-ras mhix obbligatorja;
"laħam frisk tat-tjur" tfisser il-partijiet kollha ta’ l-annimal li
huma tajbin għall-konsum mill-bniedem u li ma jkunux għaddew
minn xi proċess ta’ konservazzjoni ħlief ġew imkessħa jew iffriżati;
"tjur" tfisser pullam, dundjani, wiżż, papri, fargħuni, ħamiem
domestiku u ħamiem tat-tiġrija, summien, faġani (gallina) u ħaġel
(perniċi);
"spezzjoni sanitarja ta’ qabel il-qatla" tfisser l-ispezzjoni siegħa
qabel il-qtil ta’ tjur ħajjin minn veterinarju uffiċjali;
"spezzjoni sanitarja ta’ wara l-qatla" tfisser l-ispezzjoni ta’ tjur
maqtula fil-biċċerija minnufih wara l-qtil skond ir-regolamenti
korrenti;
"veterinarju uffiċjali" tfisser il-veterinarju maħtur mid-Direttur.
Liċenza biex 
wieħed iżomm 
biċċerija tat-tjur.
3. (1) Ħadd ma jista’ jżomm biċċerija tat-tjur kemm bħala
sid, komproprjetarju jew ajjutant kemm-il darba ma jkollux liċenza
mid-Direttur.
2 L.S.36.38 ħ BIĊĊERIJI TAT-TJUR
(2) Ebda post ma jista’ jintuża bħala biċċerija tat-tjur kemm-il
darba dak il-post ma jkunx liċenzjat mid-Direttur biex jintuża bħala
tali.
(3) Id-Direttur jista’ jagħti liċenza lil min japplika għal
biċċerija tat-tjur wara li jkun aċċerta ruħu li l-ħtiġiet kollha elenkati
f’dawn ir-Regolamenti u kull ħtiġiet oħra li huwa jkun talab lill-
applikant ikunu ġew issodisfatti.
(4) Id-detentur tal-liċenza ikun responsabbli għat-tmexxija tal-
biċċerija tat-tjur skond dawn ir-Regolamenti u d-Direttur jista’
f’kull żmien jirrevoka l-liċenza jekk jinstab li l-biċċerija ma tkunx
tikkonforma ma xi waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fil-
liċenza jew jekk fil-fehma tad-Direttur ikun hemm riskju li
jinxtered il-mard.
(5) Il-liċenzi jkunu validi għal sena kalendarja waħda u jistgħu
jiġu mġedda minn sena għal sena wara li tkun saret ispezzjoni minn
veterinarju uffiċjali.
(6) Il-veterinarju uffiċjali, jew kull spettur sanitarju maħtur
mid-Direttur, għandu s-setgħa li jidħol biex jispezzjona l-biċċerija
tat-tjur kull meta d-Direttur jara li dan huwa meħtieġ.
(7) Ebda estensjonijiet jew alterazzjonijiet ma jistgħu jsiru f’xi
biċċerija tat-tjur jekk ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni minn qabel
tad-Direttur.
(8) Id-Direttur għandu jżomm reġistru tal-biċċeriji tat-tjur li fih
għandu jkun hemm din l-informazzjoni:
(i) in-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja;
(ii) l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon tad-
detentur tal-liċenza;
(iii) l-isem, l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-
manager;
(iv) l-indirizz u n-numru tat-telefon tal-biċċerija tat-
tjur;
(v) il-pjanta tas-sit, il-pjanta ta’ l-elevazzjoni, il-
pjanta tat-tqassim tal-bini u l-pjanta tat-tqassim
tat-tagħmir tal-biċċerija tat-tjur.
(9) Id-detentur tal-liċenza ikun responsabbli għal kull post użat
fil-biċċerija tat-tjur u dak il-post għandu jew ikun kostruwit jew
imneħħi kif speċifikat f’dawn ir-Regolamenti.
Lok tal-biċċerija. 4. Il-biċċerija tat-tjur għandha tkun mill-anqas mitejn metru ’l
bogħod minn arei abitati, irziezet ta’ l-annimali u kull struttura
industrijali jew struttura oħra li ddaħħan ikun xi jkun il-materjal li
jista’ jikkontamina l-laħam tat-tjur. Kull biċċerija li diġà  teżisti li
ma hix skond din il-kundizzjoni titħalla taħdem: iżda jekk dik il-
biċċerija twaqqaf ix-xogħol għal perijodu ta’ sitt xhur sħaħ jew
iżjed, il-liċenza tagħha ma terġax tiġi mġedda.
Arei fil-biċċerija. 5.  (1) Biċċerija tat-tjur għandha tkun imdawwra b’irpar jew
ħajt ta’ sigurtà  u purtuni għall-kontroll tat-traffiku. L-area ta’
ġewwa l-ħajt ta’ madwar il-biċċerija għandha tinżamm ħielsa mill-
ġrieden u annimali oħra.
BIĊĊERIJI TAT-TJUR ġ L.S.36.38 3
(2) Il-biċċerija tat-tjur għandha tkun maqsuma f’area maħmuġa
u f’area nadifa.
(3) It-trasport u l-ħatt ta’ tjur ħajjin, il-ġbir u l-eliminazzjoni
ta’ kull oġġett ta’ skart għandu jsir fl-area maħmuġa.
(4) Il-proċeduri kollha tal-qtil ta’ tjur, il-ħażna, it-tagħbija u t-
trasport ta’ laħam tat-tjur għandhom isiru fl-area nadifa.
(5) Ebda vetturi ma għandhom jitħallew jidħlu fl-area nadifa
kemm-il darba dawn ma jkunux ġew imnaddfin u diżinfettati minn
qabel.
Ħtiġiet dwar il-
bini.
6. Il-biċċeriji tat-tjur għandu jkollhom: 
(a) kamra jew spazju mgħotti li jkunu kbar biżżejjed li
jistgħu jiġu mnaddfa u diżinfettati bla tbatija, għall-
ispezzjoni tat-tjur qabel il-qatla;
(b) kamra speċjali li tkun tista’ tiġi mnaddfa u diżinfettata
bla tbatija, esklussivament għat-tjur morda jew tjur
suspettati li jkunu morda;
(ċ) kamra tal-qtil kbira biżżejjed fejn min-naħa ’1 waħda
t-tjur jiġu storduti u skarnati u min-naħa l-oħra jiġu
mnittfin u mismutin, liema xogħol għandu jsir
f’postijiet separati:
Iżda kull komunikazzjoni bejn il-kamra tal-qtil u
l-kamra msemmija fil-paragrafu (a) ta’ hawn fuq, ħlief
għal fetħa dejqa li minnha jistgħu jgħaddu biss tjur
maqtula, għandu jkollha bieb li jingħalaq
awtomatikament;
(d) kamra fejn jitneħħa u jiġi ppreparat il-ġewwieni li tkun
kbira biżżejjed u mbegħda biżżejjed minn stazzjonijiet
oħra tax-xogħol, jew separata minnhom b’partition,
sabiex ma jkunx hemm kontaminazzjoni. Kull
komunikazzjoni bejn il-kamra msemmija u l-kamra
tal-qtil, ħlief għall-fetħa dejqa li minnha jistgħu
jgħaddu biss tjur maqtula, għandu jkollha bieb li
jingħalaq awtomatikament;
(e) kamra ta’ dispaċċ, jekk ikun meħtieġ;
(f) kamra waħda jew iżjed li jkunu kbar biżżejjed għat-
tkessieħ u/jew refriġerazzjoni;
(g) cold stores. Meta l-cold stores ikunu sitwati fuq barra
tal-biċċerija tat-tjur, dawn iridu jkunu liċenzjati u
għandhom jiġu ssorveljati minn veterinarju uffiċjali.
Id-Direttur ikun responsabbli li japprova dawk il-cold
stores u li jirtira dik l-approvazzjoni. Il-cold stores
għandhom ikunu mgħammra b’thermograph issiġillat
mid-Direttur jew minn uffiċjali delegati minnu. Il-post
ikun suġġett għall-ispezzjoni f’kull ħin, mingħajr
avviż, mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika jew minn
uffiċjal awtorizzat f’ismu;
(h) kamra jew spazju għall-ġbir fejn jinġabru r-rix kemm-
il darba r-rix ma jiġix trattat bħala skart;
4 L.S.36.38 ħ BIĊĊERIJI TAT-TJUR
(i) post li jissakkar, sitwat separatament mill-kmamar l-
oħra fl-area ta’ l-ipproċessar, li jkollu temperatura
kontrollata u riżervat għall-ħażna separata ta’ laħam
tat-tjur li jkun ġie temporanjament miżmum u ta’
laħam mhux tajjeb għas-saħħa li jkun ġie dikjarat
mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem u skart, meta
dak il-laħam u skart ma jiġux imneħħija kuljum mill-
biċċerija tat-tjur;
(j) kamra, li jkollha temperatura kontrollata u sitwata
separatament mill-kmamar l-oħra fl-area ta’ l-
ipproċessar esklussivament għat-trattament tekniku
jew distruzzjoni ta’ laħam tat-tjur dikjarat mhux tajjeb
għall-konsum mill-bniedem, laħam li jiġi eskluż mill-
użu għall-konsum mill-bniedem u skart u sottoprodotti
mill-qatla, maħsubin għal skopijiet industrijali, jekk
dak it-trattament tekniku jew distruzzjoni jsiru fuq il-
post;
(k) kmamar fejn wieħed ibiddel, friskaturi, doċoċ u flush
lavatories; dawn ta’ l-aħħar ma għandhomx jiftħu
direttament għall-kmamar tax-xogħol; il-friskaturi
għandhom ikunu ħdejn il-flush  lavatories u għandu
jkollhom ilma sħun u ilma kiesaħ, ikunu provduti
b’materjal ta’ tindif u diżinfettar ta’ l-idejn u
disposable hand towels;
(l) faċilità  jew arranġament approvati mid-Direttur biex
jitneħħa l-ħmieġ tat-tjur kemm-il darba dak il-ħmieġ
ma jiġix imneħħi minnufih u b’mod iġjeniku;
(m) post u faċilitajiet adegwati għat-tindif u d-diżinfettar
tal-gaġeġ u tal-vetturi;
(n) kamra mgħammra kif għandha tkun u li tissakkar
għall-użu esklussiv tas-servizzi veterinarji;
(o) fil-kmamar tax-xogħol, tagħmir adegwat għat-tindif u
ddiżinfettar ta’ l-idejn u ta’ l-għodod; dan it-tagħmir
għandu jkun qrib kemm jista’ jkun ta’ l-istazzjonijiet
tax-xogħol, il-viti ma għandhomx jitħaddmu bl-idejn,
u dawn il-faċilitajiet għandu jkollhom ilma sħun u
ilma kiesaħ, prodotti għat-tindif u d-diżinfettar u
disposable hand towels; għall-istrumenti tat-tindif it-
temperatura ta’ l-ilma ma għandhiex tkun inqas minn +
82 grad Celsius;
(p) faċilitajiet li bihom l-ispezzjonijiet veterinarji li hemm
provdut għalihom f’dawn ir-Regolamenti jkunu jistgħu
isiru b’mod effiċjenti f’kull ħin;
(q) ħajt adegwat ta’ madwar jew mezz ieħor ta’ egħluq;
(r) mingħajr preġudizzju għall-paragrafi (a), (b), (ċ) u (d)
ta’ hawn fuq, separazzjoni adegwata ta’ l-area n-nadifa
mill-partijiet kontaminati tal-bini;
(s) fil-kmamar imsemmija fil-paragrafi (a) sa (i) ta’ hawn
fuq:
- art waterproof; li tkun tista’ titnaddaf u tiġi
BIĊĊERIJI TAT-TJUR ġ L.S.36.38 5
diżinfettata faċilment, u hekk imqiegħda li l-
ilma jkun jista’ jgħaddi ’l barra faċilment;
-  ħitan lixxi b’kisja jew żebgħa ta’ kulur ċar li
tista’ tinħasel sa għoli ta’ għall-inqas żewġ
metri, bl-ixfra u l-irkejjen ġejjin fit-tond;
(t) dawl naturali jew artifiċjali adegwat li ma jagħtix
dehra differenti lill-kuluri fil-kmamar imwarrbin għat-
tjur ħajjin u tjur maqtula;
(u) provvista adegwata ta’ ilma tax-xorb sħun u kiesaħ
taħt pressa u sistema ta’ rimi ta’ l-ilma li tissodisfa l-
ħtiġijiet iġjeniċi;
(v) tagħmir tajjeb għal1-protezzjoni kontra kull ħaġa Ii
tista’ tagħmel ħsara, bħalma huma l-insetti u l-ġrieden;
(w) strumenti u kull tagħmir ii jiġi f’kuntatt mat-tjur waqt
l-ipproċessar u l-ħażna li jkunu ta’ materjal li ma
jitherriex u li jkunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati
faċilment;
(x) kontenituri speċjali li ma jitherrewx li minnhom la
tgħaddi l-arja u lanqas l-ilma u li ma jkunux jistgħu
jinfetħu bil-forza, biex jinġabar il-laħam li jkun ġie
dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.
Indafa. 
istrumenti għandha tkun assoluta, kif ġej:
(a) il-ħaddiema għandhom b’mod partikolari jilbsu
ħwejjeġ tax-xogħol u xedd tar-ras nodfa li għandhom
ikunu ta’ lewn ċar u li jistgħu jinħaslu faċilment. Il-
ħaddiema li joqtlu l-annimali u li jaħdmu u jmissu l-
laħam għandhom jaħslu u jiddiżinfettaw idejhom
diversi drabi waqt kull ġurnata tax-xogħol u kull darba
li jerġgħu jaqbdu x-xogħol. Il-persuni li jkollhom
kuntatt ma’ annimali morda jew ma’ laħam infettat
għandhom minnufih wara jaħslu jdejhom u dirgħajhom
bir-reqqa f’ilma sħun u mbagħad jiddiżinfettawhom.
It-tipjip huwa projbit fil-kmamar tax-xogħol u fl-
istorerooms;
(b)  ma għandu jitħalla jidħol ebda kelb, qattus jew
annimal ieħor ħlief it-tjur miġjubin għall-qatla ġewwa
l-biċċeriji tat-tjur. Għandhom jiġu sistematikament
meqruda l-ġrieden, l-insetti u parassiti oħra;
(ċ) il-kmamar imsemmija fil-paragrafi (a), (b), (ċ), (d), u
(e) tar-regolament 6 għandhom jitnaddfu u jiġu
diżinfettati kif ikun meħtieġ u fuq kollox fi tmiem ix-
xogħol tal-ġurnata;
(d) il-gaġeċ li fihom jiġu konsenjati t-tjur għandhom
ikunu ta’ materjal li ma jitherriex, ikunu jistgħu
jitnaddfu u jiġu diżinfettati faċilment u jkollhom il-
qiegħan tagħhom waterproof. Dawn għandhom
jitnaddfu u jiġu diżinfettati kull darba li jiġu żvujtati;
(e) it-tagħmir u l-istrumenti wżati għall-qtil, għax-xogħol
6 L.S.36.38 ħ BIĊĊERIJI TAT-TJUR
fuq il-laħam u għall-ħażna tal-laħam għandhom
jinżammu ndaf u fi stat tajjeb. Dawn għandhom jiġu
mnaddfa u diżinfettati kif għandu jkun diversi drabi
matul kull ġurnata tax-xogħol, fi tmiem ix-xogħol tal-
ġurnata u qabel ma jerġgħu jintużaw jekk ikunu ġew
kontaminati;
(f) il-kontenituri għal-laħam li mhux tajjeb għall-konsum
mill-bniedem u għall-fdal għandhom jiġu żvujtati wara
l-użu u għandhom jiġu mnaddfa u diżinfettati kull
darba li jiġu żvujtati.
Ħtiġiet oħra. 8. Id-detentur tal-liċenza huwa meħtieġ li josserva wkoll dan
li ġej:
(a) Il-post, l-istrumenti, it-tagħmir tax-xogħol u l-impjant
użati għax-xogħol tal-qtil u għall-ħażna tal-laħam
għandhom jintużaw unikament għal hekk.
(b) Il-laħam tat-tjur u l-kontenituri tiegħu ma għandhomx
jiġu f’kuntatt dirett ma’ l-art.
(ċ) Ir-rix għandu jitneħħa minnufih wara li jitnittef.
(d) L-użu ta’ diżinfettanti, deterġenti u pestiċidi ma
għandux jaffettwa t-tjubija tal-laħam għall-konsum.
(e) Persuni li jistgħu jikkontaminaw il-laħam għandhom
ikunu projbiti milli joqtlu t-tjur jew imissuh,
partikolarment jekk dawk il-persuni -
- ikunu morda jew ikunu suspettati li jkunu morda
bit-tifojde, paratyphoid A u B, salmonellożi,
disenterija, epatite, gastro-enterite, skarlatina
jew ikunu jġorru dan il-mard;
-  ikunu morda jew ikunu suspettati li jkunu morda
b’tuberkulożi attiva;
- ikunu morda jew ikunu suspettati li jkunu morda
b’mard tal-ġilda kontaġġuż jew infettiv;
- ikunu fl-istess ħin jeżerċitaw attività  li tista’
tikkaġuna li jiġu trasmessi mikrobi fuq il-laħam;
- ikunu lebsin faxxa fuq idejhom, ħlief għal
waterproof dressing li tkun qed tipproteġi ġerħa
mhux infettata.
(f) lkun meħtieġ ċertifikat tat-tabib minn kull persuna li
taħdem fuq il-laħam tat-tjur. Dan jiċċertifika li ma
jkun hemm ebda impediment għal dak l-impieg; iċ-
ċertifikat għandu jiġġedded kull sena u kull meta l-
veterinarju uffiċjali hekk jitlob; iċ-ċertifikat imsemmi
għandu jkun dejjem disponibbli għall-veterinarju
uffiċjali.
Id-detentur tal-liċenza għandu jiżgura li l-
impjegati kollha fl-istabbiliment tiegħu ikunu
infurmati sew fuq l-importanza ta’ l-iġjene personali u
l-prinċipji bażiċi għall-ħarsien ta’ l-ikel. Id-detentur
tal-liċenza ikun ukoll responsabbli li jżomm lill-
impjegati tiegħu mgħarrfa b’kull kundizzjoni medika
BIĊĊERIJI TAT-TJUR ġ L.S.36.38 7
possibbli li tista’ tiżviluppa u li tista’ tolqot l-impieg
tagħhom.
(g) It-tjur għall-qatla għandhom jiġu spezzjonati qabel il-
qatla erbgħa u għoxrin siegħa wara li jaslu fil-
biċċerija. L-ispezzjoni għandha tiġi ripetuta minnufih
qabel il-qatla jekk ikunu għaddew aktar minn erbgħa u
għoxrin siegħa mill-ispezzjoni ta’ qabel. L-ispezzjoni
ta’ qabel il-qatla tista’ tiġi ristretta għal xi ġrieħi li t-
tjur ikunu setgħu ġarrbu waqt it-trasport jekk it-tjur
ikunu ġew spezzjonati fir-razzett ta’ l-oriġini fi żmien
l-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa u jkunu nstabu
f’saħħithom. B’żieda ma’ dan l-identità  tat-tjur
għandha tiġi ppruvata mal-wasla fil-biċċerija.
(h) L-ispezzjoni ta’ qabel il-qtil għandha ssir taħt dawl
tajjeb u għandha tistabbilixxi:
- jekk it-tjur ikunux qed ibatu minn xi marda li
tista’ tiġi trasmessa lill-bnedmin jew lill-
annimali, jekk ikunux juru sintomi ta’ dik il-
marda jew jekk il-kundizzjoni ġenerali tagħhom
tkunx tali li tindika li jista’ jkun hemm dik il-
marda;
- jekk it-tjur jurux sintomi ta’ xi diżordni li
taffettwa l-kundizzjoni ġenerali tagħhom li tista’
tagħmel il-laħam mhux tajjeb għall-konsum
mill-bniedem.
(i) It-tjur li jinstabu morda bil-pesta tat-tjur, bin-
Newcastle disease, bir-rabies, bis-salmonellożi, bil-
kolera jew bl-ornithosis għandhom jiġu dikjarati mhux
tajbin għall-konsum mill-bniedem.
(j) It-tjur ma jistgħux jiġu maqtula għall-konsum mill-
bniedem bħala laħam frisk meta -
- mill-preżenza ta’ tjur morda fil-biċċerija, u
- mill-informazzjoni sanitarja dwar l-oriġini
tagħhom,
jiġi stabbilit li huma kienu f’kuntatt ma’ tjur morda
bil-pesta tat-tjur, bin-Newcastle disease, bir-rabies,
bis-salmonellożi, bil-kolera jew bl-ornithosis f’tali
ċirkostanzi li setgħu ġew infettati b’xi waħda minn dan
il-mard.
(k) It-tjur imsemmija fil-paragrafi (h), (i) jew (j) ta’ hawn
fuq għandhom jiġu maqtula separatament u wara l-
qatla ta’ kull tajra oħra.
(1) It-tjur miġjuba fil-post tal-biċċerija għandhom jinqatlu
minnufih wara li jiġu storduti.
(m) L-iskarnar għandu jkun komplet u għandu jsir b’tali
mod li d-demm ma jkunx jista’ jikkaġuna
kontaminazzjoni barra l-post tal-qatla.
(n) It-tjur maqtula għandhom jitnittfu minnufih u
kompletament.
8 L.S.36.38 ħ BIĊĊERIJI TAT-TJUR
(o) Il-ġewwieni għandu jitneħħa minnufih. Il-karkassa
għandha tinfetaħ b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu
spezzjonati l-kavitajiet u l-ġewwieni kollha. Għal dan
il-għan, il-fwied, il-milsa u t-tratt diġestiv għandhom
jitneħħew mill-karkassa b’tali mod li ma tiġix
kontaminata u li l-konnessjonijiet naturali ta’ dak il-
ġewwieni jibqgħu sa’ l-ispezzjoni.
(p) Wara l-ispezzjoni, il-ġewwieni li jkun tneħħa għandu
jiġi separat minnufih mill-karkassa, u l-partijiet li ma
jkunux tajbin għall-konsum mill-bniedem għandhom
jitneħħew mill-ewwel. Il-ġewwieni u l-partijiet mill-
ġewwieni li jibqgħu fil-karkassa għandhom, bl-
eċċezzjoni tal-kliewi, jitneħħew għal kollox, jekk
possibbli taħt kundizzjonijiet iġjeniċi sodisfaċenti.
(q) Huwa projbit li jintefaħ il-laħam tat-tjur, it-tindif
tiegħu biċ-ċraret u li l-karkassa timtela’ b’xi ħaġa li
ma jkunx fdal li jittiekel minn tjur maqtula fil-
biċċerija. Il-partijiet tat-tjur u l-fdal għandhom jiġu
ppakkjati bil-mod deskritt fil-paragrafi (y) u (z) ta’ dan
ir-regolament.
(r) Huwa projbit li wieħed iqatta’ l-karkassa jew ineħħi
jew jittratta l-laħam tat-tjur qabel ma tkun tlestiet l-
ispezzjoni. Il-veterinarju uffiċjali jista’ jippreskrivi
kull maniġġ ieħor li jkun meħtieġ għall-ispezzjoni.
(s) Laħam dikjarat mhux tajjeb għall-konsum mill-
bniedem, ir-rix u l-iskart għandhom jitqiegħdu malajr
kemm jista’ jkun fil-kmamar, spazji jew kontenituri
msemmija fil-paragrafi (h), (i) u (j) tar-regolament 6, u
għandhom jiġu hekk maniġġati li kemm jista’ jkun ma
jkunx hemm kontaminazzjoni.
(t) Wara l-ispezzjoni u wara li jitneħħa l-ġewwieni, il-
laħam frisk tat-tjur għandu jiġi mnaddaf minnufih u
mkessaħ b’tali mod li jiġi żgurat li jinżamm livell
għoli kontinwu ta’ iġjene.
(u) II-partijiet kollha ta’ l-annimal għandhom jiġu
spezzjonati minnufih wara l-qatla. L-ispezzjoni ta’
wara għandha ssir f’dawl tajjeb.
(v) Il-veterinarju uffiċjali huwa responsabbli li jimmarka
l-laħam u għalhekk għandu jkollu u jieħu ħsieb -
- l-istrumenti li jagħmlu l-marka sanitarja fuq il-
laħam, liema strumenti għandhom jiġu
mgħoddija lill-assistant staff biss fil-ħin attwali
u sakemm isiru l-marki;
- it-tikketti u r-wrappers fejn dawn ikunu diġà
jkollhom il-boll jew marka u s-siġilli msemmija
fil-paragrafu (w) ta’ hawn taħt. Dawn it-tikketti,
wrappers u siġilli għandhom jiġu mgħoddija
skond in-numru meħtieġ lill-assistant staff f’dak
il-ħin li jkun hemm bżonn li jintużaw.
(w) Il-marka sanitarja għandha tkun tikkonsisti f’dan li
ġej:
BIĊĊERIJI TAT-TJUR ġ L.S.36.38 9
(i) is-siġill għandu jkun tali li ma jkunx jista’ jerġa’
jintuża: dan għandu jkun ta’ materjal reżistenti li
jissodisfa l-ħtiġijiet kollha ta’ l-iġjene u għandu
jkun kbir biżżejjed sabiex fuqu jkun jista’ jidher
it-tagħrif obbligatorju li ġej b’karattri li jkunu
jistgħu jinqraw perfettament:
- fiċ-ċentru, in-numru ta’ l-approvazzjoni
veterinarja tal-biċċerija;
- id-data tal-qatla jew il-batch number li
jindika dik id-data.
L-ittri u l-figuri għandhom ta’ mill-anqas ikunu
żewġ millimetri f’dak li hu għoli;
(ii) għal karkassi u partijiet tal-karkassi ppakkjati,
marka stampata fuq ir-wrapper, li għandu jkun
magħluq b’tali mod li ma jkunx jista’ jerġa’
jintuża wara li jinfetaħ. Ir-wrapper għandu jkun
ta materjal b’saħħtu biżżejjed li jissodisfa l-
ħtiġijiet iġjeniċi kollha, u li jkun trasparenti u li
ma jistax jittrasmetti lill-laħam sustanzi li
jistgħu jbiddlu n-natura, s-sustanza jew il-
kwalità  ta’ l-ikel jew li huma ta’ ħsara għas-
saħħa tal-bniedem; il-marka għandha tagħti l-
istess tagħrif bħal dak li huwa meħtieġ għas-
siġill u għandha tkun stampata b’karattri ta’ l-
istess daqs;
(iii) għall-fdal li ma jkunx fil-karkassa, għandu jkun
hemm marka stampata fuq ir-wrapper, li għandu
jkun magħluq, kif deskritt fis-sub-paragrafu (ii)
ta’ hawn fuq, jew boll impressat fuq tikketta li
tkun tidher sewwa u mwaħħla sewwa mal-pakk.
It-tikketta għandha tkun imwaħħla b’tali mod li
din tiġi distrutta meta 1-pakk jinfetaħ. Il-boll
għandu jkun boll ovali tal-linka wiesa’ sitta punt
ħamsa ċentimetri u għoli erbgħa punt ħamsa
ċentimetri. Dan it-tagħrif li ġej għandu jidher
fuqu b’karattri li jkunu jistgħu jinqraw
perfettament:
- in-numru ta’ l-approvazzjoni veterinarja tal-
biċċerija;
-  il-batch number.
L-ittri għandhom ikunu ta’ għoli ta’ żero punt
tmienja ċentimetri u l-figuri għandu jkollhom
għoli ta’ wieħed punt wieħed ċentimetri.
(x) Wara li l-laħam frisk tat-tjur jiġi mkessaħ kif hemm
imsemmi fil-paragrafu (t), għandu jinżamm
f’temperatura li ma tistax f’xi ħin teċċedi + 4 gradi
Celsius.
(y) L-ippakkjar (per eżempju, kaxex ta’ l-ippakkjar, kaxex
tal-kartun) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet kollha ta’
l-iġjene, b’mod partikolari:
- huma ma jkunux jistgħu jaffettwaw il-karattru
10 L.S.36.38 ħ BIĊĊERIJI TAT-TJUR
oganoleptiku tal-laħam;
- huma ma jistgħux jittrasmettu lill-laħam sustanzi
li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem;
- huma għandhom ikunu sodi biżżejjed biex
jipproteġu l-laħam kif meħtieġ waqt it-trasport u
l-immaniġġar.
L-ippakkjar jista’ jerġa’ jintuża biss meta dan ikun
magħmul minn materjal li ma jitherriex li jista’
jitnaddaf faċilment u li qabel l-użu jkun ġie mnaddaf u
diżinfettat.
(z) Meta laħam frisk tat-tjur jiġi ppakkjat f’materjal ta’ l-
ippakkjar (per eżempju, folji tal-plastic) li jkun
f’kuntatt dirett miegħu, dan għandu jsir skond il-
ħtiġijiet ta’ l-iġjene. Dan l-ippakkjar għandu jkun
trasparenti u mingħajr kulur u għandu jissodisfa l-
ħtiġiet tal-paragrafu (y) ta’ hawn fuq; dan l-ippakkjar
ma jistax jerġa jintuża għall-ippakkjar tal-laħam. Il-
partijiet tat-tjur jew il-fdal separati mill-karkassa
għandhom dejjem jiġu mgeżwra f’kisi protettiv
issiġillat sewwa b’mod li jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ hawn
fuq.
Ġarr ta’ laħam. 9. (1) Il-laħam frisk tat-tjur għandu jinġarr f’vetturi u/jew
kontenituri maħsubin, mgħammra u miżmuma b’tali mod li t-
temperatura speċifikata fil-paragrafu (x) tar-regolament 8 tkun
assigurata matul il-trasportazzjoni kollha. Il-persuna responsabbli
għal din it-trasportazzjoni għandha tiżgura li t-temperatura tibqa’
il-ħin kollu taħt + 4 gradi Celsius.
(2) Il-vetturi u l-kontenituri użati għall-ġarr ta’ laħam frisk tat-
tjur ma jistgħux jintużaw għal xi skop ieħor u għandhom jinżammu
fi stat iġjeniku li ma jħallix li jkun hemm kontaminazzjoni ta’ l-ikel
mill-irwejjaħ jew xort’oħra. Wara li jinħattu dawn il-prodotti, il-
vetturi u l-kontenituri għandhom jiġu mnaddfa għal kollox,
diżinfettati u, fejn ikun hemm bżonn, deodorizzati.
(3) Il-laħam frisk tat-tjur jista’ biss jinġarr fl-istess ħin ma’
sustanzi li x’aktarx jistgħu jaffettwawh jew jagħtuh xi riħa jekk
jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa.
(4) Il-laħam frisk tat-tjur ma jistax jiġi trasportat f’vetturi u/
jew kontenituri li ma jkunux indaf u diżinfettati.
(5) Il-veterinarju uffiċjali għandu qabel it-tagħbija jiżgura li l-
vetturi tat-trasport u/jew kontenituri kif ukoll il-kundizzjonijiet tat-
tagħbija jissodisfaw il-ħtiġiet iġjeniċi ta’ dawn ir-Regolamenti.
