IMPORTAZZJONI TA’ FLIELES 
TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS ġ L.S.36.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.39
REGOLAMENTI DWAR L-IMPORTAZZJONI TA’ 
FLIELES TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS
22 ta’ April, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1995.
Titolu.
Importazzjoni ta’ Flieles tat-Tjur u Bajd biex jitfaqqas.
Tifsir.
tkunx teħtieġ mod ieħor - 
"bajd biex jitfaqqas" tfisser bajd maħsub biex jitfaqqas u li jkun
bajd tat-tjur;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għas-servizz
veterinarju u tinkludi kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun
debitament awtorizzat mid-Direttur li jaġixxi f’ismu;
"fellus tat-tjur" tfisser il-wild tat-tjur ta’ inqas minn tliet ijiem u
li jkollu piż ta’ inqas minn 185 gramma u ma jkunx intama’;
"tjur" tfisser pullam, dundjani, wiżż, papri, fargħuni, ħamiem
domestiku u ħamiem tat-tiġrija, summien, faġani (gallina), u ħaġel
(perniċi).
Avviż lid-Direttur.
flieles tat-tjur ġewwa Malta għandu, mhux aktar tard minn erbgħa u
għoxrin siegħa qabel il-ħin propost għall-importazzjoni, jagħti lid-
Direttur avviż bil-miktub fil-formula murija fit-Tieni Skeda ta’
dawn ir-Regolamenti.
(2) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaċċetta avviż fi
żmien iqsar kif jidhirlu raġonevoli.
(3) Id-Direttur jista’ wkoll jordna li l-kwantità  ta’ bajd biex
jitfaqqas u flieles tat-tjur li għandhom jiġi mportati għandha tkun
limitata għal dak l-għadd li huwa jistabbilixxi wara li jqis kemm
tiflaħ tiehu l-hatchery ta’ l-importatur jew ir-razzett għat-tnissil.
(4)  L-importatur jista’ jimporta kwantità  iżgħar minn dik
murija fl-avviż imsemmi fil-paragrafu (5) ta’ l-Ewwel Skeda ta’
dawn ir-Regolamenti.
Kategoriji ta’ 
flieles.
4. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, flieles għandhom
jitqassmu f’dawn il-kategoriji:
(a) flieles għall-ikel (flieles li jitħaxxnu u jinqatlu qabel
ma jaslu fl-istat riproduttiv);
(b)  flieles għall-produzzjoni tal-bajd (flieles li jitrabbew
għall-produzzjoni ta’ bajd għall-konsum);
(ċ) flieles għal dawn iż-żewġ għanijiet;
(d) flieles parent stock (maħsubin għall-produzzjoni
kummerċjali ta’ bajd biex jitfaqqas);
(e) flieles grandparent stock (jew flieles li ma jkunux
2 L.S.36.39 ħ
IMPORTAZZJONI TA’ FLIELES 
TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS
għall-produzzjoni kummerċjali jew flieles parent
stock).
Reati u pieni.
Kap. 36.
5. Kull min jimporta jew jittanta jimporta f’Malta, jew ibigħ,
jesponi, iżomm jew joffri għall-bejgħ jew xort’oħra jikkummerċa
jew jagħti lid-dipendenti tiegħu b’obbligu ta’ kuntratt, bajd biex
jitfaqqas jew flieles tat-tjur u jinkisru dawn ir-Regolamenti, jew
ifixkel jew ma jħallix li ssir l-ispezzjoni jew il-verifika jew li
jittieħdu kampjuni jew jirrifjuta jagħti informazzjonijiet jew li juri
d-dokumenti li jitolbu l-uffiċjali tal-kontroll jew xort’oħra jikser
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, ikun hati ta’ reat
kontra d-disposizzjonijiet tat-Taqsimiet II u III ta’ l-Ordinanza
dwar it-Tħaris mill-Mard.
Kundizzjonijiet 
għall-
importazzjoni.
6. Bajd biex jitfaqqas u flieles ta’ ġurnata għandhom
jissodisfaw, għall-importazzjoni, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-
Ewwel Skeda.
IMPORTAZZJONI TA’ FLIELES 
TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS ġ L.S.36.39 3
L-EWWEL SKEDA
Regoli li jirregolaw l-Importazzjoni ta’ Bajd biex jitfaqqas u 
Flieles ta’ ġurnata
(1) Il-bajd biex jitfaqqas għandu jkun immarkat
individwalment mill-produttur b’inka sewda indelibbli. Il-marka
għandha tindika l-istabbiliment ta’ oriġini u l-batch numher
b’figuri li ta’ mill-inqas għandhom ikunu 2 millimetri f’dak li hu
għoli u millimetru f’dak li hu wisa’.
(2) Il-bajd biex jitfaqqas għandu jkun ippakkajt f’pakki nodfa
għal kollox li jkun fihom biss bajd biex jitfaqqas ta’ l-istess speċi,
kategorija u tip ta’ tjur li joriġina fi stabbiliment wieħed u li
fuqhom għall-inqas ikollhom stampati b’inka sewda indelibbli l-
kliem "EGGS FOR HATCHING". L-ittri għandhom ta’ l-inqas
ikunu għoxrin (20) millimetru f’dak li hu għoli u għaxar (10)
millimetri f’dak li hu wisa’.
(3)  Il-bajd biex jitfaqqas li ma jkunx immarkat jista’ jiġi
aċċettat jekk dan ikun ippakkjat f’pakki nodfa għal kollox li jkunu
ssiġillati b’tikketta tamper-proof. It-tikketta għandha tkun
immarkata bl-użu ta’ inka sewda indelibbli b’figuri li ta’ mill-inqas
għandhom ikunu għoxrin (20) millimetru f’dak li hu għoli u għaxar
(10) millimetri f’dak li hu wisa’ u għandu jkun fihom dan it-tagħrif
li ġej:
(a) l-għadd ta’ bajd biex jitfaqqas;
(b) l-ispeċi;
(ċ) in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ l-istabbilimenti ta’
oriġini;
(d) l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment;
(e) id-data ta’ l-ippakkjar.
(4) Il-pakki wżati għat-trasport tal-flieles għandu jkun fihom
flieles ta’ l-istess speċi, kategorija u tip ta’ tjur prodotti fl-istess
razzett. Kull pakk għandu jkun immarkat b’dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-ispeċi;
(b) il-pajjiż ta’ oriġini;
(ċ) l-isem u l-indirizz tal-fornitur.
(5) Ma’ kull konsenja ta’ bajd biex jitfaqqas jew flieles għandu
jkun hemm liċenza ta’ importazzjoni u dokument li ta’ mill-inqas
għandu juri dawn id-dettalji li ġejjin:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment;
(b) in-numru ta’ reġistrazzjoni tiegħu;
(ċ) l-għadd ta’ bajd jew flieles mibgħuta, klassifikati bl-
ispeċi, kategorija u tip;
(d) id-data meta mibgħuta;
(e) l-isem u l-indirizz tal-kunsinnatarju.
(6) Kull konsenja għandu jkollha magħha international zoo
sanitary certificate li għandu jkollu fih dawn id-dettalji u kull
dettal ieħor u garanzija kif jitolbu s-servizzi veterinarji tad-
4 L.S.36.39 ħ
IMPORTAZZJONI TA’ FLIELES 
TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS
dipartiment.
(Dan iċ-ċertifikat, fil-forma li ġejja, għandu jiġu konsenjat
lit-taqsima tas-servizzi veterinarji malli jaslu).
I. Isem tal-pajjiż li jesporta
Ministeru ta’
Dipartiment ta’
Provinċja, Distrett, eċċ.
II. Identifikazzjoni tal-flieles tat-tjur jew bajd biex jitfaqqas
Għadd 
Marka 
Speċi 
Razza
III.  Oriġini
L-isem u l-indirizz ta’ l-istabbiliment jew razzett ta’ oriġini
tal-baid biex jitfaqqas.
L-isem u l-indirizz ta’ l-esportatur
IV.  Destinazzjoni
Pajjiż 
L-isem u l-indirizz tal-kunsinnatarju
Ix-xorta u l-identifikazzjoni tal-mezz ta’ trasport 
Tip ta’ kontenitur
V. It-tagħrif sanitarju meħtieġ huwa ċertifikazzjoni minn
veterinarju uffiċjali illi l-flieles jew bajd ikunu ġejjin minn
stabbiliment jew razzett tat-tifqis li jiġu regolarment
spezzjonati u li jissodisfaw dawn il-ħtiġiet li ġejjin:
(a) illi r-razzett ta’ oriġini kien ħieles mill-kolera tat-tjur,
mycnplasmosis u salmonellnsis matul id-90 jum qabel
l-esportazzjoni;
(b) illi ma kienx hemm każi ta’ Newcastle disease u pesta
ta’ tjur fir-razzett minn fejn ġew il-flieles jew bajd jew
f’distanza ta’ 10 kilometri mir-razzett matul is-sitt
xhur qabel l-esportazzjoni;
(ċ) illi l-bajd ġie diżinfettat skond il-proċeduri ta’ l-
O.I.E.;
(d) illi l-parent stock gie vaċċinat bl-użu ta’ programm ta’
vaċċinazzjoni approvat mill-awtoritajiet veterinarji
tal-pajjiż ta’ oriġini;
(e) data u lokalità  tal-ħruġ;
(f) l-isem u l-indirizz tal-veterinarju;
(g) firma u timbru.
IMPORTAZZJONI TA’ FLIELES 
TAT-TJUR U BAJD BIEX JITFAQQAS ġ L.S.36.39 5
IT-TIENI SKEDA
(I) Avviż tal-Ħsieb għall-Importazzjoni ta’ Bajd biex
jitfaqqas jew Flieles għat-Tjur
Isem ta’ l-importatur ..........................................................
Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment ......................................
..........................................................................................
Numru ta’ Reġistrazzjoni ...................................................
(II) Avviż dwar il-Bajd biex jitfaqqas (Imla din il-parti jekk
dan japplika) 
Għadd li għandu jiġi mportat .......................................... 
Speċi:  Tiġieġ  Papri 
Kategorija: ..................................................................... 
Tip: ................................................................................
(III) Avviż dwar Flieles tat-Tjur (Imla din il-parti jekk dan
japplika) 
Għadd li għandu jiġi mportat .......................................... 
Speċi:  Pullam  Papri
Dundjan  Fargħuni 
Wiżż
Kategorija
AFlieles għall-ikel
BFlieles għall-produzzjoni tal-bajd 
CFlieles għal dawn iż-żewġ għanijiet 
DFlieles Parent Stock
EFlieles Grandparent Stock 
Tip: ..................................................................................
(IV) (Biex timtela il-każ il-wieħed u l-ieħor)
Pajjiż ta’ oriġini: ............................................................ 
Isem u indirizz tal-kunsinnatarju: ...................................
Dettalji tal-Vapur/Ajruplan li permezz tiegħu għandha
ssir l-importazzjoni ..........................................................
(V) Firma ta’ l-importatur ..................................................... 
Data u ħin ......................................................................
