BREEDING STOCK TAT-TJUR ġ L.S.36.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.40
REGOLAMENTI DWAR BREEDING STOCK 
TAT-TJUR
25 ta’ April, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1997.
Titolu.
Breeding Stock tat-Tjur.
Tifsir.
tkunx teħtieġ mod ieħor -
"breeding stock" tfisser ġemgħa tjur imrobbija f’razzett għall-
produzzjoni kummerċjali ta’ razez partikolari jew varjetajiet
tagħhom;
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għas-servizz
veterinarju u tinkludi kull uffiċjal tad-dipartiment li jkun
debitament awtorizzat mid-Direttur li jaġixxi f’ismu;
"disinfettant approvat" tfisser dak id-disinfettant li jiġi approvat
mid-Direttur u li jidher fit-Tieni Skeda ta’ dawn ir-Regolamenti,
jew kull disinfettant ieħor li d-Direttur jista’ japprova għal ħtiġijiet
speċifiċi;
"fellus" tfisser il-ferh ta’ tjur li jkollu inqas minn tliet ijiem ħajja
u li jkun jiżen inqas minn 185 gramma u li ma jkunx mitmugħ;
"ġemgħa" tfsser miġemgħa tjur ħajjin li jkollhom l-istess saħħa u
stat ta’ immunità , li trabbew fl-istess fond jew fl-istess qasam u li
jagħmlu għaqda zooteknika waħda;
"ġemgħa għal parent stock" tfisser tjur li jinżammu għall-
produzzjoni kummerċjali ta’ bajd biex jitfaqqas;
"kamra tat-tjur" tfisser kamra jew kmajra għat-tjur li jkollha
liċenza skond ir-regoli fl-Ewwel Skeda ta’ dawn ir-Regolamenti
fejn min għandu liċenza jżomm il-breeding stock;
"marda li trid tiġi denunzjata" tfisser marda li tidher fit-Tielet
Skeda ta’ dawn ir-Regolamenti;
"razzett" tfisser razzett għall-breeding stock, magħmul minn
kamra jew kmamar tat-tjur flimkien ma’ l-istrutturi kollha
msemmija f’dawn ir-Regolamenti u li fih jitrabbew breeding stock
tat-tjur;
"trabbi" tfisser li tkabbar razza ta’ tjur ta’ għamliet differenti
b’mod partikolari bit-taħlit ta’ speċi jew varjetà  tagħha ma’ speċi
oħra jew varjetà  oħra, u tinkludi li żżomm, it-trobbija, t-tħaxxin u l-
bejgħ ta’ tjur u ta’ flieles;
"tjur" tfisser pullam, dundjani, wiżż, papri, fargħuni, summien,
gamiem, faġani (gallina) u ħaġel (perniċi).
Liċenza għat-
tkabbir ta’ tjur.
3. (1) Ħadd ma jista’ jkabbar tjur, sew bħala proprjetarju,
komproprjetarju jew assistent jekk ma jkollux liċenza maħruġa lilu
mid-Direttur.
2 L.S.36.40 ħ BREEDING STOCK TAT-TJUR
(2) Kull fond li jiġi wżat biex jitkabbar it-tjur irid ikun
liċenzjat mid-Direttur.
(3) Id-Direttur jista’ biss joħroġ liċenza wara li jgħarbel l-
applikazzjoni li kull ħtieġa oħra illi hu talab lill-persuna li tkun
applikat sabiex din twettaqha qabel ma’ tinħarġilha l-liċenza, tkun
fil-fatt twettqet. Fil-każ ta’ rziezet li diġà  jeżistu, id-Direttur
għandu jippermetti perjodu ta’ sitt xhur sabiex il-liċenzjat ikun
jista’ jtejjeb il-livell tar-razzett.
(4) Il-liċenzjat ikun responsabbli li jmexxi r-razzett skond ir-
Regoli dwar Breeding Stock Lokali li jidhru fl-Ewwel Skeda u d-
Direttur jista’ f’kull żmien jirrevoka liċenza jekk isib li xi
kundizzjoni msemmija fiha ma tkunx qegħda tinżamm fir-razzett
tat-tjur, jew jekk fil-fehma tad-Direttur ikun hemm riskju ta’ imxija
ta’ mard.
(5) Il-liċenzi jibqgħu jseħħu għal sena kalendarja waħda, u
jistgħu jiġġeddu minn sena għal sena.
(6) Ma tista’ ssir ebda estensjoni jew tibdil f’razzett li jkollu
liċenza ħlief jekk dan ikun qabel ġie awtorizzat mid-Direttur.
Reġistru tal-
breeding stock. 
4. Id-Direttur għandu jkollu reġistru tal-breeding stock li fih
għandu jinżamm dan it-tagħrif:
(a) l-isem, l-indirizz u n-numru telefoniku tal-liċenzjat;
(b) l-indirizz, in-numru telefoniku, l-pjanta tas-sit u tal-
faċċata tar-razzett;
(ċ) l-għamla u l-ispeċi ta’ tjur miżmuma; 
(d) l-isem tal-manager tar-razzett;
(e) kemm tiflaħ tjur kull kamra tat-tjur jew sezzjoni
minnha.
Ħasil u disinfettar. 5. Għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti l-espressjonijiet
"ħasil" u "disinfettar" ifissru: 
(a) it-tbaħbiħ sew bid-disinfettant ta’ bedding u litter kif
ukoll oggetti mċappsin bi ħmieġ naturali;
(b) il-ħasil u t-tindif bit-tagħrik u xkupiljar sew tat-terran,
tal-ħajt u tal-paviment;
(ċ) iktar ħasil bid-disinfettant;
(d) il-ħasil u d-disinfettar tal-body ta’ vetturi b’mod illi
tali ħasil għandu jsir b’likwidi li jintefgħu bi pressjoni.
BREEDING STOCK TAT-TJUR ġ L.S.36.40 3
L-EWWEL SKEDA
Regoli dwar Breeding Stock Lokali
(1) Razzett ma għandux jintuża għal skop ieħor ħlief it-
trobbija ta’ breeding stock tat-tjur.
(2) Dawk il-persuni li jkunu reġistrati fir-reġistru tal-breeding
stock għandhom jippermettu l-ispetturi tad-dipartiment li jidħlu u
jispezzjonaw ir-razzett u d-dokumenti u reġistrazzjonijiet tiegħu
meta hekk jeħtieġu.
(3) Min ikun reġistrat fir-reġistru tal-breeding stock għandu
jinnota dawn id-dettalji dwar it-trasferiment ta’ tjur, flieles, pullam
ieħor u bajd:
(a) id-data tat-trasferiment;
(b) in-numru trasferit;
(ċ) f’liema razzett jew irziezet ikunu ġew trasferiti it-tjur,
flieles, pullam jew bajd;
(d) minn liema razzett jew irziezet ikunu ġew trasferiti it-
tjur, flieles, pullam jew bajd;
(e) l-indirizz tal-fond minn fejn joriġinaw il-flieles, tjur,
pullam jew bajd;
(f) l-indirizz tad-destinazzjoni tal-flieles, tjur, pullam jew
bajd.
(4) Liċenzjat li jkun reġistrat fir-reġistru tal-breeding  stock
għandu jżomm tagħrif dwar kull vaċċinazzjoni li ssir jew
mediċinali li jingħataw. Programm ta’ vaċċinazzjoni għandu jiġi
approvat mid-Direttur.
(5) Id-Direttur għandu jkun debitament responsabbli għal
screening ta’ breeding stock kontra kull mard li jintgħaraf u s-
salmonellożi u kull marda oħra skond il-ħtieġa, u m’għandu jsir
ebda test privat sakemm dan ma jkunx awtorizzat mid-Direttur.
(6) Id-Direttur għandu jżomm reġistru fuq kull breeding stock
li jkun fiha dan it-tagħrif li ġej:
(a) id-data meta ttieħdu l-kampjuni;
(b) in-numru u t-tip ta’ kampjuni meħudin;
(ċ) it-tests magħmulin;
(d) ir-riżultati.
Dan ir-reġistru għandu jkun għad-disposizzjoni tal-
liċenzjat li jkun reġistrat fir-reġistru tal-breeding stock malli dan
jitolbu.
(7) Sew il-kmamar tat-tjur u l-kmamar fejn jinħażen il-bajd
għandhom jiġu protetti mill-insetti, l-għasafar u annimali oħra.
(8) Ebda annimal ieħor ma għandu jitħalla jidħol ġewwa l-
kmamar tat-tjur.
(9) Banjijiet għad-disinfettar tas-saqajn li jkun fihom
disinfettant approvat għandhom jinżammu fl-entratura ta’ kull
kamra tat-tjur.
4 L.S.36.40 ħ BREEDING STOCK TAT-TJUR
(10) Ħadd ma jista’ jidħol ġewwa l-kmamar tat-tjur jekk ma
jkunx liebes ilbies protettiv.
(11) Ħadd ma jista’ jidħol jew joħroġ minn kamra tat-tjur qabel
ma jnaddaf u jiddisinfetta ż-żarbun tiegħu u jaħsel idejh bis-sapun
u ilma. Dawk il-faċilitajiet għandhom ikunu disponibbli fl-
entratura ta’ kull kamra tat-tjur.
(12) Malli kamra tat-tjur titbattal mill-popolazzjoni kollha
tagħha kull ħmieġ u skart għandu jitneħħa minn ġewwa fiha u l-
kamra titnaddaf u tiġi disinfettata b’disinfettanti approvati.
(13) Il-bajd għandhom jinġabru mill-anqas darbtejn kuljum
minn fejn tkun qed tinżamm il-ġemgħa. Dak il-bajd li jkun miksur,
mifsuq jew maħmuġ għandu jinġabar f’kontenituri separati minn
bajd ieħor u m’għandux jiġi inkubat.
(14) Dak il-bajd kollu ntiż għalbiex jiġi nkubat għandu jiġi
sanitizzat fir-razzett sakemm dan ma jkunx ġie trasportat fi żmien
tnax-il siegħa għal ġewwa razzett biex jitfaqqas u għandu jinħażen
fi kmamar fejn ma jkunx hemm trab u li fihom ma jitħallewx jidħlu
pullam, insetti, tjur oħra u annimali. Dawn il-kmamar għandhom
jintużaw esklusivament għall-ħażna tal-bajd u għandhom jinżammu
f’temperatura ta’ bejn 13º  u 15º  Ċentigradi w umdità  relattiva ta’
bejn 70% u 80%.
(15) It-tagħmir kollu biex jinqabad u jinġarr il-pullam għandu
jitnaddaf u jiġi disinfettat b’disinfettanti approvati qabel ma dan
jintuża.
(16) Iż-żona tar-razzett għandu jkollha fil-perimetru tagħha ħajt
ta’ konfini jew fence u d-dhul għal ġewwa r-razzett għandu jsir
minn rixtellu ta’ sigurezza.
(17) Iż-żona tar-razzett għandha tintasab mill-anqas 200 metru
’l bogħod minn kull razzett ieħor ta’ l-annimali, bini abitabbli jew
impjanti ta’ l-ipproċessar.
(18) L-ippakkjar tal-bajd għandu jkun skond ma hemm
f’regolamenti dwar bajd biex jitfaqqas importat.
(19) Għandu jkun hemm ukoll dawn l-istrutturi:
(a) maħżen għall-ġwież fejn ma jidħlux ġrieden;
(b) inċineraturi jew post approvat fejn materjal organiku
jista’ jiġi disinfettat u dekontaminat;
(ċ) kamra tal-ħasil għad-disinfettar tan-nies;
(d) kamra għad-disinfettar tat-tagħmir u ilbies protettiv.
Din il-kamra għandha tkun mal-ħajt jew fence li jkun
hemm fil-perimetru u tkun provvista b’ilma ġieri sħun
u kiesaħ;
(e) kamra fejn isiru il-post-mortem li tkun ukoll provvista
b’ilma ġieri sħun u kiesah;
(f) maħżen w uffiċċju provvisti b’armadju tal-mediċinali
li jassakkar;
(g) faċilitajiet sanitarji u kamra fejn wieħed ibiddel;
(h) sistema tad-drenaġġ li taħdem sew.
BREEDING STOCK TAT-TJUR ġ L.S.36.40 5
(20) Id-Direttur għandu jiġi infurmat b’kull mediċinali li
jingħataw lil ġemgħa.
(21) Il-liċenzjati li jkollhom breeding stock għandhom jagħmlu
rapport ta’ kull xahar lid-Direttur li jkun fih dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-għadd ta’ bajd imfaqqas kemm prodott u kemm
distrutt; 
(b) l-identifikazzjoni tat-tip ta’ tjur;
(ċ) numri tal-batch;
(d) destinazzjoni.
(22) Id-Direttur għandu jkun debitament mgħarraf bid-data tal-
qatla ta’ kull ġemgħa għal parent stock.
IT-TIENI SKEDA
Lista ta’ Disinfettanti Approvati
(1) APPARAT FIL-HATCHERY Kloru 
Jodju 
Phenol
Quaternary Ammonium Compounds 
(2) DISINFETTAR TA’ L-ILMA  Kloru
Jodju 
Quaternary Ammonium Compounds
(3) ĦADDIEMA Kloru
Jodju 
Quaternary Ammonium Compounds
(4) ĦASIL TAL-BAJD Kloru
Quaternary Ammonium Compounds
(5) ĦASIL TAL-PAVIMENT U Phenol
BANJU TAS-SAQAJN Quaternary Ammonium Compounds
(6) KMAMAR Jodju
Quaternary Ammonium Compounds
IT-TIELET SKEDA
Lista ta’ Mard li trid tiġi denunzjata
1. Newcastle Disease.
2.  Fowl Plague.
