HATCHERIES ġ L.S.36.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.41
REGOLAMENTI DWAR IL-HATCHERIES
25 ta’ April, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-1997.
Titolu.
Hatcheries.
Tifsir.
tkunx teħtieġ mod ieħor -
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli għas-servizz
veterinarju u tinkludi kull uffiċċjal tad-dipartiment li jkun
debitament awtorizzat mid-Direttur li jaġixxi f’ismu;
"disinfettant approvat" tfisser dak id-disinfettant li jiġi approvat
mid-Direttur u li jidher fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, jew kull disinfettant ieħor li d-Direttur japprova għal
ħtiġijiet speċifiċi;
"il-liċenzjat" tfisser il-persuna li jkollha liċenza skond ir-
regolament 3 ta’ dawn ir-Regolamenti sabiex iżżomm hatchery
għall-inkubazzjoni u biex jitfaqqas il-bajd tat-tjur;
"hatchery" tfisser kull fond użat għall-inkubazzjoni u biex
jitfaqqas il-bajd tat-tjur li jkollu liċenza skond ir-regolament 3 ta’
dawn ir-Regolamenti;
"tjur" tfisser pullam, dundjani, wiżż, papri, fargħuni, ħamiem
domestiku u ħamiem tat-tiġrija, summien, faġani (gallina), u ħaġel
(perniċi), u "bajd tat-tjur" tfisser il-bajd ta’ dawn l-ispeċi.
Liċenza biex 
tinżamm hatchery.
3. (1) Kull proprjetarju, komproprjetarju jew assistent li
jżomm hatchery irid ikollu liċenza mid-Direttur.
(2) Ebda fond m’għandu jintuża bħala hatchery ħlief jekk dak
il-fond ikun liċenzjat mid-Direttur sabiex jintuża bħala hatchery.
(3) Id-Direttur jista’ biss joħroġ liċenza biex tinżamm hatchery
wara li jqis l-applikazzjoni li ssir u li kull ħtieġa oħra illi hu seta’
talab lill-applikant biex iwettaq qabel ma tinħariġlu l-liċenza, tkun
fil-fatt twettqet.
(4) Il-liċenzjat ikun responsabbli għat-tmexxija tal-hatchery
skond dawn ir-Regolamenti u d-Direttur jista f’kull żmien jirrevoka
liċenza jekk isib li xi kundizzjoni msemmija fiha ma tkunx qegħda
tinżamm, jew jekk fil-fehma tad-Direttur ikun hemm riskju ta’
imxija ta’ mard.
(5) Il-liċenzi jibqgħu iseħħu għal sena kalendarja waħda, u
jistgħu jiġġeddu minn sena għal sena.
(6) Ma tista’ ssir ebda estensjoni jew bidla fil-hatchery jekk
dan ma jkunx ġie awtorizzat minn qabel mid-Direttur.
Reġistru tal-
hatcheries.
4. Id-Direttur għandu jkollu reġistru tal-hatcheries li fih
għandu jkun hemm dan it-tagħrif:
2 L.S.36.41 ħ HATCHERIES
(a) l-isem, l-indirizz u n-numru telefoniku tal-liċenzjat;
(b) l-indirizz u n-numru telefoniku tal-hatchery;
(ċ) il-pjanta tas-sit u tal-faċċata tal-hatchery;
(d) l-isem tal-manager tal-hatchery;
(e) kemm jiflaħ bajd kull inkubatur fil-hatchery;
(f) l-għamla u l-ispeċi ta’ tjur biex jitfaqqsu.
Ħtiġiet dwar il-bini 
tal-fond.
5. (1) Il-liċenzjat ikun responsabbli għal kull żona tal-fond li
tintuża fil-hatchery, u dak il-fond għandu jinbena u jitmexxa kif
speċifikat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Hatchery li tkun inbniet u bdiet taħdem qabel ma bdew
dawn ir-Regolamenti għandha tibqa’ taħdem għalkemm din ma
tkunx konformi mal-kundizzjonijiet li hemm fl-Ewwel Skeda ta’
dawn ir-Regolamenti, iżda b’dan illi jekk dik il-hatchery ma tibqax
taħdem għal żmien kontinwu ta’ iktar minn sitt xhur, il-liċenza
maħruġa għal dik il-hatchery tintemm u dik il-liċenza m’għandhiex
tiġġedded:
Iżda dawn il-hatcheries msemmija f’dan is-sub-regolament
għandhom jingħataw fl-ewwel liċenza li tinħarġilhom għal perijodu
ta’ mhux aktar minn sentejn li matulu l-liċenzjati għandhom itejjbu
l-livell tal-fond tagħhom skond il-ħtiġiet uniformi għal hatcheries
kif jidhru fil-partijiet (1) u (3) sa (27) murija fl-Ewwel Skeda ta’
dawn ir-Regolamenti.
HATCHERIES ġ L.S.36.41 3
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
Ħtiġiet Uniformi għal Hatcheries
(1) Il-fondi li jintużaw biex isir it-tfaqqis m’għandhom
jintużaw għal xejn iżjed ħlief għall-inkubazzjoni u biex jitfaqqas l-
bajd tat-tjur.
(2) Il-hatcheries għandhom ikunu mifrudin u m’għandu
jkollhom ebda kuntatt dirett ma’ rziezet ta’ bhejjem, impjanti ta’ l-
ipproċessar ta’ prodotti ġejjin mill-annimali u żoni abitati. Il-
hatcheries għandhom ikunu mill-inqas 200 metru ’l bogħod minn
kull fond bħal dawk.
(3) Kull hatchery għandu jkollha separazzjoni fiżika ta’ kull
żona operattiva. Kull żona operattiva għandu jkollha sistemi ta’
ventilazzjoni separati jew dawk is-sistemi li permezz tagħhom il-
kurrent ta’ l-arja jkun fl-istess direzzjoni bħalma jkun il-moviment
tal-bajd u tal-flieles. Iż-żoni operattivi huma dawn li ġejjin:
(a)  fejn jiġi riċevut u maħżun il-bajd;
(b) traying tal-bajd;
(ċ) fumigazzjoni;
(d) setting jew inkubazzjoni tal-bidu;
(e) tfaqqis;
(f)  l-għazla, skond is-sess u jitqegħdu f’kaxxi;
(g) l-ħażna ta’ materjal;
(h) il-faċilitajiet għal tagħmir għall-ħasil u fejn jitneħħa ż-
żibel;
(i) il-kmamar għall-mistrieħ u l-faċilitajiet sanitarji;
(j) l-uffiċini;
(k) l-inċineratur jew fejn tiġi disinfettata l-materja
organika kimikament.
(4) Il-ħitan, is-soqfa u l-pavimenti taż-żoni operattivi
għandhom jinksew b’materjal impermejabbli, li jinħasel u li ma
jitfarrakx u ma jitqarqaċ.
(5) Il-liċenzjat għandu jipprovdi coveralls jew overalls nodfa,
kpiepel u boots li jinħaslu jew jintremew, għall-ħaddiema u
viżitaturi kollha li għandhom jidħlu fil-hatchery wara li jgħaddu
mill-kamra ta’ dekontaminazzjoni.
(6) Għandu jiġi installat banju biex jiġu disinfettati s-saqajn fl-
entratura tal-hatchery li fih jintużaw disinfettanti approvati.
(7) Il-ħaddiema f’hatchery għandhom f’kull żmien jiġu
provduti b’soluzzjoni ta’ disinfettant approvat jew b’sapun u huma
għandhom jaħslu idejhom qabel kull ħidma.
(8) Il-hatchery għandu dejjem ikollha provvista ta’ ilma sħun u
kiesaħ u t-tankijiet ta’ l-ilma għandhom ikunu nodfa u mgħottijin.
(9) Il-ħaddiema tal-hatchery ma għandu jkollhom ebda kuntatt
ma’ tjur oħra jew ma’ prodotti tat-tjur.
4 L.S.36.41 ħ HATCHERIES
(10) Il-liċenzjat għandu jfassal hatchery b’tali mod illi
titħaddem biss sistema ta’ direzzjoni unika għall-moviment ta’ bajd
u flieles.
(11) Il-fond għandu jkollu insect screens u jiġi protett kontra d-
dubbien, insetti oħra, dud u għasafar.
(12) Il-fond tal-hatchery għandu jiddawwar b’reċint għas-
sigurtà  u b’entratura biex tikkontrolla t-traffiku. Iż-żona fi ħdan ir-
reċint madwar il-perimetru għandha tinżamm ħielsa minn ġrieden u
annimali oħra, u għandu jsir kontroll fuq l-insetti, b’insettiċidi
approvati.
(13) Iż-żona tal-hatchery tinżamm nadifa mill-liċenzjat minn
kull rimi, żibel u skart tar-razzett.
(14) Il-liċenzjat għandu jipprovdi metodi ta’ rimi ta’ skart
approvati u ta’ drenaġġ adegwat.
(15) (a) Kemm il-broilers kemm il-layers għandhom jitfaqqsu
separatament.
(b) Għamra pedigree, grandparent jew parent għandhom
jitfaqqsu separatament minn xulxin u minn broilers u
layers.
(ċ) Il-bajd tat-tjur ta’ speċi differenti għandhom jitfaqqsu
separatament minn xulxin.
(16) Il-bajd tat-tjur għandhom jitnaddfu billi jiġu fumigati jew
imbexxa jew mgħaddsa ġewwa disinfettant approvat għall-qxur tal-
bajd qabel ma jiġu inkubati.
(17) Il-handlers tal-bajd tat-tjur, chick sexers u handlers oħra
għandhom jaħslu idejhom bis-sapun u l-ilma u jbiddlu lbieshom
f’wieħed protettiv filwaqt li jkunu qegħdin jittrataw kwantitajiet
diversi ta’ bajd u ta’ flieles;
(18) Kull mejda u apparat li jintuża għal chick sexing għandhom
jitnaddfu u jiġu disinfettati bejn tifqisa u oħra billi jintużaw
disinfettanti approvati.
(19) Il-flieles li jkunu ilhom li faqqsu jum wieħed biss
għandhom jinġarru f’kaxxi tal-kartun ġodda jew f’kaxxi tal-plastic
li jkunu tnaddfu u ġew disinfettati.
(20) Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr sew tal-bajd sew tal-flieles
għandhom jitnaddfu u jiġu disinfettati qabel ma tinġarr kull tifqisa.
(21) Iż-żoni operattivi kollha jitnaddfu u jiġu disinfettati bejn
tifqisa u oħra. Il-kmamar l-oħra kollha għandhom jitnaddfu u jiġu
disinfettati mill-inqas darba fil-ġimgħa.
(22) L-apparat kollu li jintuża għat-tilqim għandu jitnaddaf u
jiġi disinfettat jew sterilizzat bejn tifqisa u oħra.
(23) Il-liċenzjat li jkollu ismu reġistrat fir-reġistru tal-
hatcheries għandu jħalli sew lid-Direttur sew spettur awtorizzat
mid-Direttur li jispezzjona l-fond u li jara sew ir-reġistri jew kull
dokument ieħor li jrid u skond ma jitlob.
(24)  Meta d-Direttur jeleva xi kampjun minn ġewwa l-hatchery,
għandha tingħata lil-liċenzjat riċevuta għal dawk il-kampjuni
HATCHERIES ġ L.S.36.41 5
elevati. Kull reġistrazzjoni tal-kampjuni elevati u r-riżultati
għandhom ukoll jingħataw lil-liċenzjat.
(25) Għandhom jinżammu dawn ir-reġistri ġewwa l-hatchery:
(a) reġistru dwar l-inkubatur li jinkludi dati ta’ kull
inkubazzjoni, numri ta’ identifikazzjoni li jiddistingwu
l-produttur, il-bajd għat-tifqis, u l-għamliet u l-għadd
tal-bajd;
(b) reġistru dwar it-tindif u disinfettar;
(ċ) reġistru dwar il-ġarr u l-għadd ta’ bajd (li jidħlu) u l-
flieles (li joħorġu) mill-hatchery, li juri d-dati, mnejn
ikunu ġew il-bajd u fejn ikunu sejrin il-flieles;
(d) reġistru dwar id-dati meta jsir it-tifqis u l-għadd ta’
flieles imfaqqsa; 
(e) reġistru ta’ l-għadd ta’ bajd inkubat irtirat minn
inkubatur u fejn ikun sejjer dak il-bajd.
(26) Is-sarr (packing) tal-flieles għandu jkun konformi mar-
regolamenti li hemm għal flieles importati.
(27) Dawk il-persuni li isimhom jidher fir-reġistru tal-
hatcheries għandhom jagħmlu rapport ta’ kull xahar lid-Direttur li
jkun fih dan it-tagħrif li ġej:
(a) l-għadd ta’ bajd tat-tjur għat-tfaqqis imqiegħed fl-
inkubaturi u d-dati relattivi;
(b) l-identità  tat-tip ta’ tjur li jkunu ser jitfaqqsu;
(ċ) l-għadd ta’ tjur imfaqqsa u l-identità  tagħhom skond il-
ġeneru kif ġej:
1.  il-flieles nisa grandparent jew parent; 
2. il-layers nisa;
3. is-sriedaq żgħar għal sexing;
4. il-broilers;
5. il-papri;
6. il-wiżż;
7. il-fargħuni;
8. id-dundjani;
9. il-ħamiem domestiku;
10. il-ħamiem tat-tiġrija;
11. is-summien;
12. il-faġani (gallina);
13. il-ħaġel (perniċi);
14. oħrajn.
6 L.S.36.41 ħ HATCHERIES
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2)
Lista ta’ Disinfettanti Approvati
(1) APPARAT FIL-HATCHERY Kloru 
Jodju 
Phenol
Quaternary Ammonium Compounds 
(2) DISINFETTAR TA’ L-ILMA  Kloru
Jodju 
Quaternary Ammonium Compounds
(3) ĦADDIEMA Kloru
Jodju 
Quaternary Ammonium Compounds
(4) ĦASIL TAL-BAJD Kloru
Quaternary Ammonium Compounds
(5) ĦASIL TAL-PAVIMENT U Phenol
BANJU TAS-SAQAJN Quaternary Ammonium Compounds
(6) KMAMAR Jodju
Quaternary Ammonium Compounds
