IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.42
REGOLAMENTI DWAR L-IMPORTAZZJONI 
TA’ KLIEB U QTATES
17 ta’ Frar, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 59 ta’ l-1998.
Titolu.
Importazzjoni ta’ Klieb u Qtates.
Tifsir.
kliem ma teħtieġx xort’oħra -
"annimali" tfisser klieb u qtates;
"dipartiment" tfisser id-Dipartiment tas-servizz veterinarju;
"Direttur" tfisser id-Direttur tas-servizz veterinarju, u tinkludi
kull uffiċjal tad-dipartiment awtorizzat kif imiss minnu biex jaġixxi
f ismu;
"I.A.T.A." tfisser International Air Transport Association;
"Ministru" tfisser dak il-Ministru li minn żmien għal żmien ikun
responsabbli għad-dipartiment;
Kap. 36.
"stazzjon tal-kwarantina" tfisser il-post tal-kwarantina tal-gvern
għall-klieb f’Ħal-Luqa, jew kull post ieħor li jistabbilixxi l-
Ministru minn żmien għal żmien b’avviż fil-Gazzetta.
(2) Il-kliem u l-frażijiet li hemm fl-Ordinanza u li m’humiex
xort’oħra mfissra f’dawn ir-Regolamenti għandhom l-istess tifsir
kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza.
Importazzjoni ta’ 
annimali.
3. (1) Ebda annimal m’għandu jiġi mportat f’Malta minn xi
pajjiż li jkun, qabel ma jkun inkiseb permess bil-miktub mingħand
id-Direttur.
(2) Id-Direttur jista’ jipposponi li jikkunsidra l-applikazzjo-
nijiet li jsirulu għal xi importazzjoni, sakemm tasallu informazzjoni
uffiċjali dwar jekk ikunx hemm jew le il-marda tar-rabbja fil-pajjiż
li jkun qed jesporta l-annimal.
(3) Il-permess għall-importazzjoni maħruġ mid-Direttur u ċ-
ċertifikati li jidhru fil-paragrafi (a) sa (ċ) li ġejjin għandhom
jakkumpanjaw lill-annimali meta dawn jaslu Malta u għandhom
jimtlew kollha kemm huma mill-awtorità  kompetenti jew mill-
persuna li tkun awtorizzata biex timla dawk iċ-ċertifikati jew
dikjarazzjonijiet fil-pajjiż mnejn ikunu qed jiġu esportati l-
annimali: 
(a) ċertifikat veterinarju (l-Ewwel Skeda);
(b) dikjarazzjoni ta’ sid l-annimal/l-aġent tiegħu (it-Tieni
Skeda);
(ċ) ċertifikat tal-veterinarju tal-port (it-Tielet Skeda).
2 L.S.36.42 ħ IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES
(4) Jekk, għal xi raġuni, li ma tkunx taqa’ taħt ir-responsabbiltà
ta’ l-importatur, dawn il-ħtiġiet ta’ ċertifikazzjoni ma jkunux
jistgħu jitwettqu, għandha tiġi kunsidrata applikazzjoni għal
dispensa u din tinħareġ fid-diskrezzjoni tal-Ministru bil-parir tal-
Kunsill tas-Saħħa; iżda biss jekk din l-informazzjoni li ġejja
tingħata mill-awtoritajiet veterinarji tal-gvern tal-pajjiż mnejn tkun
qegħda ssir l-esportazzjoni:
(a) liema jkunu dawk il-klawżoli ta’ l-import  health
standard li ma jkunx hemm konformità  magħhom u
għaliex seħħ dan;
(b) ir-raġuni għaliex l-annimal/i jitqiesu li jkollhom
equivalent health status u/jew xi proposta tkun qegħda
ssir biex jitħarsu l-kundizzjonijiet tas-saħħa meħtieġa;
(ċ) ir-raguni għaliex din l-proposta għandha tkun
aċċettabbli għall-awtoritajiet ta’ Malta u r-
rakkomandazzjoni għall-aċċettazzjoni tagħhom.
Restrizzjonijiet 
dwar 
importazzjoni.
4. (1) L-importazzjoni ta’ l-annimali hija permessa biss mill-
pajjiżi u territorji speċifikati elenkati fit-tlett kategoriji li ġejjin:
(a) Pajjiżi u territorji li jkunu iddikjaraw li huma ħielsa
mill-marda tar-rabbja jew li jkollhom kontroll
effiċjenti tagħha għalkemm ma jkunux ġew
formalment rikonoxxuti minn Malta bħala pajjiżi jew
territorji ħielsa: Fiji, Greece, Hong Kong, Iceland,
Mauritius, Netherlands, Antilles and Aruba, Portugal,
Spain, Seychelles, Taiwan.
(b) Pajjiżi u territorji li Malta tirrikonoxxi bhal li
m’għandhomx il-marda tar-rabbja urbana jew li din il-
marda tinsab kontrollata sew: Austria, Belgium,
Canada, Cyprus, Denmark, France, Germany,
Greenland, Israel, Italy, Luxembourg, Netherlands,
Switzerland, United States of America.
(ċ) Pajjiżi u territorji li Malta tirrikonoxxi bħala ħielsa
mill-marda u li għandhom programm effettiv ta’
kontroll/sorveljanza: Australia, Hawaii, Republic of
Ireland, New Zealand, Norway, Singapore, Sweden,
United Kingdom.
(2) (a) L-annimal irid ikun ilu residenti fil-pajjiż ta’ l-oriġini
għal mill-inqas sitt xhur jew, fil-każ ta’ annimali
iżgħar fl-età , mit-twelid.
(b) Matul ix-xahrejn li jiġu minnufih qabel l-esportazzjoni
tagħhom għal Malta, l-annimali ma kienux residenti
f’xi bini tal-kwarantina uffiċjali.
(3) L-annimali m’għandux ikollhom iktar minn tnejn u erbgħin
jum tqala fid-data ta’ l-imbark.
(4) Meta l-annimali jkunu ġejjin minn bnadi oħra li ma jkunux
dawk elenkati taħt il-paragrafu (ċ) tas-sub-regolament (1) ta’ dan
ir-regolament, dawn għandu jkollhom età  ta’ iktar minn disa’ xhur
fid-data ta’ l-imbark.
IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 3
Identifikazzjoni ta’ 
l-annimali.
5. Kull annimal għandu jkun identifikat b’microchip u d-
dettalji ta’ l-identifikazzjoni għandhom jintwerew fuq iċ-
ċertifikazzjoni. L-importatur għandu jiżgura li jkun hemm reader
disponibbli sabiex jidentifika l-annimali li jidħlu fi stazzjon tal-
kwarantina ta’ Malta.
Eżamijiet li jsiru 
qabel l-
esportazzjoni.
6. (1) Kull annimal għandu qabel ma jiġi esportat jiġi
eżaminat u/jew jirċievi kull kura meħtieġa u kif imfisser fiċ-
ċertifikati veterinarji msemmija fl-Iskedi li jinsabu ma’ dawn ir-
Regolamenti.
(2) Kull eżami seroloġiku għandu jsir ġewwa laboratorju li
jkun approvat mill-gvern tal-pajjiż mnejn tkun qegħda ssir l-
esportazzjoni.
(3) Jekk l-awtorità  veterinarja fil-pajjiż tal-oriġini tkun tista’
turi għas-sodisfazzjon tad-Direttur li f’pajjiżu ma jkunx hemm
marda li jkun irid isir eżami dwarha, id-Direttur jista’ ma jitlobx
dan l-eżami.
Ġarr bl-arju ta’ 
annimali ġewwa 
Malta.
7. (1) L-annimali kollha li jidħlu Malta għandhom jinġarru
bl-ajru u għandhom jiġu permessi biss dawk l-annimali li jkunu
jikkwalifikaw biex jidħlu f’Malta.
(2) L-annimal għandu jinġarr f’kontenitur approvat li jkun
konformi mal-livelli tal-I.A.T.A. Dak il-kontenitur għandu jkun
hekk fabbrikat li:
-  jkun daqstant sod li ma jħallix annimal jaħrab minnu;
-  naħa waħda tkun miftuha kollha kemm hi u mgħottija
bil-vireg, xibka ħarxa jew ikollha xibka tal-metall lixx
li tkun imwaħħla sew, b’mod li jipprovdi l-fetħa
prinċipali għall-ventilazzjoni;
-  jkollu fetħiet għall-ventilazzjoni fuq kull naħa li
b’kollox ikunu jammontaw għal 16% tas-superfiċi;
-  jkollu sigurtà  fl-għeluq tiegħu, jiġifieri li jkollu biss
fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu ta’ dak id-daqs li
jkun impossibbli għall-annimal li joħroġ imnieħru,
idejh jew saqajh ’l barra mill-kontenitur;
- jkun daqstant kbir li jippermetti lill-annimal iqum fuq
saqajh fl-istat naturali tiegħu, idur u jimtedd;
- jkun fih bieqja tax-xorb imwaħħla li fiha jkun jista’
jintefa’ l-ilma mingħajr ma jinfetah il-kontenitur.
(3) Ma jistax jintuża tiben jew ħuxlief bħala firxa. Jista’ jintuża
biss peat sterilizzat, qiegħ artab jew firxa oħra li ma tiċċaqlaqx
skond ma jkun approvat.
(4) Il-bieb tal-kontenitur għandu jkun siġillat bis-siġill
approvat tal-gvern tal-pajjiż mnejn ikun qed jiġi esportat l-annimal
qabel ma l-kontenitur jitgħabba għal fuq l-inġenji ta’ l-ajru fil-
pajjiż mnejn joriġina. In-numru jew il-marka li jkun hemm fuq is-
siġill għandu jiġi reġistrat fuq id-dokumentazzjoni li tkun mal-
kontenitur. Il-kontenitur u tqegħid tas-siġill għandhom ikunu tali li
l-kontenitur ma jkunx jista’ jinfetaħ faċilment mingħajr ma jinkiser
is-siġill. Jekk il-kontenitur jinfetah waqt l-imbark dan għandu
4 L.S.36.42 ħ IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES
jerġa’ jiġi siġillat , u għandu jingħata ċertifikat minn uffiċjal
veterinarju, jew mill-kaptan ta’ l-inġenji ta’ l-ajru li jkun juri x’
kienu ċ-ċirkostanzi.
(5) Il-kontenitur m’għandux jiġi żbarkat f’nofs il-vjaġġ ħlief
matul proċeduri ta’ maniġġ ta’ bagalji normali u meta d-Direttur
ikun speċifikament awtorizza li jsir xi trasbord.
(6) It-trasportaturi bl-ajru għandhom jgħarrfu lid-Direttur,
mill-inqas tnejn u sebgħin siegħa qabel il-ħin li fih ser jasal l-
annimal bin-numru tat-titjira u l-ħin li jkun wasal.
Wasla f’Malta. 8. Malli jasal f’Malta l-annimal jiġi trasportat direttament fl-
istazzjon tal-kwarantina approvat mid-Direttur f’vettura li tkun
sorveljata minn uffiċjal tad-Dwana.
Kwarantina ta’ 
annimali.
9. (1) L-annimali msemmija fir-regolament 4(1)(a)
għandhom jinżammu kwarantina għal mill-inqas mija u tmenin
jum; l-annimali msemmija fil-paragrafu (b) ta’ l-istess sub-
regolament għandhom jinżammu kwarantina għal mill-inqas tletin
jum, filwaqt li dawk l-annimali imsemmija fil-paragrafu (ċ) ta’ l-
istess sub-regolament għandhom jinżammu kwarantina għal mill-
inqas wieħed u għoxrin jum.
(2) Jekk mal-wasla tal-kontenitur imsemmi fir-regolament
7(4), dak il-kontenitur ikun bla siġill, jew is-siġill ikun miksur, jew
jekk id-dokumentazzjoni ma tkunx sodisfaċenti, l-annimal jista’,
fid-diskrezzjoni tad-Direttur, u bi spejjeż għall-importatur, jiġi
esportat, jinqered jew ordnat li jibqa’ jinżamm kwarantina għal
żmien sa mija u tmenin jum kif jiġi stabbilit mid-Direttur.
(3) Waqt li l-annimal ikun qed jinżamm kwarantina, dan
għandu jiġi eżaminat mill-ġdid permezz ta’ neutralising antibody
titration test għal antibody tal-marda tar-rabbja. Jekk fis-serum ta’
l-annimal ma jkunx hemm antibody tal-marda tar-rabbja suffiċjenti,
l-annimal jista’ jerġa’ jiġi vaċċinat u/jew eżaminat mill-ġdid,
esportat, meqrud, jew ordnat li jibqa’ jinżamm kwarantina għal
mhux aktar minn mija u tmenin jum.
(4) Waqt li kelb importat ikun qed jinżamm kwarantina, dan
jista’ jiġi eżaminat għal heartworm li tiġi minn dirofilaria immitis,
leptospirosi li tiġi minn leptospira interrogans var. canicola,
bruċellosi tal-klieb (brucella canis) u pancytopaenia tropikali tal-
klieb (ehrlichia canis). Jekk l-annimal jinstab li għandu xi mard
minn dawn, dan jista’ jingħata kura u jerġa’ jiġi eżaminat mill-
ġdid. Jekk il-kelb wara dan jitqies li hu infettat, dan jista’ jingħata
iktar kura, jew jiġi esportat, meqrud, jew jinżamm kwarantina.
(5) Id-Direttur jirriserva l-jedd li jtawwal iż-żmien ta’
kwarantina msemmi fis-sub-regolamenti (1) u (2) ta’ dan ir-
regolament għal kull annimal li jkun:
Iżda f’dawk il-każi l-importatur jista’ jappella minn dik id-
deċizjoni lill-Kunsill tas-Saħħa.
Wasliet oħra li ma 
jkunux bil-ġarr bl-
ajru.
10. Dawk l-annimali li jaslu Malta mingħajr ma jkollhom il-
permess għall-importazzjoni meħtieġ jew li jiġu mbarkati fuq xi
vapur, yacht, pleasure craft jew inġenji oħra għat-trasport bil-
baħar, m’għandhomx jiġu permessi li jinżammu mbarkati fuq dawk
IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 5
l-inġenji iżda għandhom minnufih jittieħdu fl-istazzjon tal-
kwarantina sabiex jinqerdu malajr jew sabiex jerġgħu jiġu esportati
fi żmien ta’ mhux aktar minn ġimgħa.
Ħlasijiet dovuti.
ta’ annimali, fl-istazzjon tal-kwarantina, u d-drittijiet għal kull
eżami li jsir (sew f’Malta sew barra minn Malta) u għall-kura jkunu
dovuti mis-sid jew minn kull persuna oħra li tkun responsabbli għal
dak l-annimal.
(2) Fin-nuqqas ta’ ħlas ta’ dawk l-ispejjeż fi żmien ħmistax il-
jum mid-data minn meta jkunu dovuti, id-Direttur ikollu s-setgħa li
jordna l-qerda ta’ l-annimal jew li dan jitqiegħed x’imkien ieħor.
Responsabbiltà fl-
istazzjon tal-
kwarantina .
12. Id-Direttur ma jkunx responsabbli għal dak li jista’ jigri
lill-annimal filwaqt li jkun qed jinżamm f’xi stazzjoni tal-
kwarantina ħlief meta dak li jiġri jsir b’mod xjentement negliġenti
mill-awtorità  li tkun qed iżżomm l-annimal.
6 L.S.36.42 ħ IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3 (3) (a))
Tip ta’ suf u sinjali: .................................................................
Microchip Nru: .......... Scanner type: ......... Fejn Impjantat: ........
II. ORIĠINI TA’ L-ANNIMALI
Isem/ismijiet u indirizz/i tal-esportatur/i:.................................
................................................................................................
Lokalitaljiet mnejn l-annimali oriġinaw: .................................
(jiġifieri fejn kienu domiċiljati matul is-sitt xhur 
li jiġu qabel l-esponazzjoni tagħhom)
Ajruport fejn isir l-imbark: ......................................................
ĊERTIFIKAT VETERINARJU: KELB/QATTUS
Pajjiż ta’ Esportazzjoni: ............................................................
Permess tas-Saħħa ta’ l-Importazzjoni Nru.: ..............................
Ministeru/Dipartiment: .............................................................
Servizz: ....................................................................................
Reġjun: .....................................................................................
I. IDENTIFIKAZZJONI TA’ ANNIMALI 
Tip ta’ Annimal: Razza tal-Qattus Razza tal-Kelb
Isem ta’ l-Annimal : ....................................................................
Età  jew data tat-Twelid : .............................................................
Sess (għamel sinjal)
Maskil Femminili
ma jistax ikollha iktar minn sitt ġimgħat
tqala
Maskili imsewwi Femminili imsewwija
Razza: ......................................................................................
(Razzez li ma jistgħux jiġu mportati: pit bull terriers,
Japanese tosa, dogo Argentino, Fila Braziliero)
Lewn: ......................................................................................
IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 7
III. DESTINAZZJONI TA’ L-ANNIMALI
Isem u indirizz ta’ min jirċievi: ...............................................
................................................................................................
Mezz ta’ trasport: ....................................................................
Ajruport ta’ żbark: ..................................................................
IV. INFORMAZZJOM SANITARJA
Jien, ..................................................., Uffiċjal Veterinarju tal-
Gvern, jew veterinarju akkreditat biex nipprovdi ċertifikazzjoni ta’
esportazzjoni f’isem is-servizz Veterinarju tal-Gvern (hawn iżjed
’il quddiem imsejjaħ il-Veterinarju Akkreditat), niċċertifika dwar l-
annimali identifikati fiċ-Ċertifikat tas-Saħħa ta’ l-Annimali illi:
1. Wara li għamilt il-verifiki meħtieġa m’għandix għaliex
ikolli xi dubbju dwar id-dikjarazzjoni tas-sid/aġent.
2. Wara li għamilt il-verifiki meħtieġa ninsab sodisfatt li l-
annimal kien kontinwament residenti fil-pajjiż jew territorju mnejn
oriġina għal dawn l-aħħar sitt xhur u li ma kienx qiegħed jinżamm
kwarantina jew taħt restrizzjonijiet ta’ kwarantina matul is-60 jum
li jiġu minnufih qabel l-esportazzjoni.
3. Marda tar-rabbja.
3.1. Il-kelb jew il-qattus kien vaċċinat kontra l-marda tar-rabbja
b’vaċċin ta’ virus inattivat approvat:
- fil-każ ta’ l-ewwel vaċċinazzjoni,
fi ........................ (data) mhux inqas minn sitt xhur u mhux
iżjed minn sena qabel l-imbark, meta l-annimal kellu mill-anqas
tlett xhur età ,
JEW
- fil-każ ta’ vaċċinazzjoni booster,
fi ........................ (data), mhux iktar minn sena qabel l-
imbark.
3.2. Qegħdin jiġu annessi kopja taċ-ċertifikat ta’ vaċċinazzjoni
kontra l-marda tar-rabbja, u fil-każ meta l-iktar vaċċinazzjoni
reċenti kienet booster, kopja taċ-ċertifikat ta’ vaċċinazzjoni kontra
l-marda tar-rabbja għall-vaċċinazzjoni ta’ qabel.
3.3 L-annimal tpoġġa fi ........................... (data), li tiġi mhux
inqas minn tlett xhur u mhux iktar minn sitt xhur qabel l-imbark,
għat-test ta’ neutralising antibody titration għall-marda tar-rabbja
u dan ġewwa laboratarju uffiċjali skond wieħed mill-metodi
deskritti fil-OIE Manual of Standards għal eżamijiet dijanjostiċi u
vaċċini, u nstab li kellu mill-inqas 0.5 IU/ml ta’ antibody fis-serum
tiegħu; qed tiġi annessa kopja tar-rapport tal-laboratorju.
4. Matul it-tnax-il xahar ta’ qabel iżda mhux inqas minn 30
jum minnfih qabel ma saret l-esportazzjoni l-annimal ġie vaċċinat
kontra:
JEW, fil-każ ta’ kelb:
distempra tal-kelb, hepatite infettiva, parvovirus tal-klieb,
8 L.S.36.42 ħ IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES
para influenza.
JEW, fil-każ ta’ qattus:
enterite tal-qtates, rhinotracheitis tal-qtates u calcivirus
tal-qtates.
5. Fil-każ ta’ kelb, dan ikun ġie eżaminat u jew ingħata kura
għal Canine heartworm (Dirofilaria immitis) skond din l-iskeda li
ġejja:
5.1 F’xi żmien matul it-30 jum li jiġu wara t-tluq, xi ml jew
żewġ mls demm ikunu ttieħdu mill-kelb u nstabu li huma negattivi
meta sarilhom eżami għall-konċentrazzjoni ta’ microfilariae u
eżami tal-antigen.
5.2 F’xi żmien matul 24 siegħa mill-esportazzjoni lejn Malta l-
kelb ġie oralment trattat b’doża ta’ ivermectin b’50 mcg/kg mill-
veterinarju li joħroġ iċ-ċertifikat.
6. Fil-każ ta’ kelb, xi żmien matul 30 jum qabel iż-żmien
pjanat għall-imbark:
6.1. Il-kelb ikun sarlu slide agglutination test (eżami
mikroskopiku dwar l-agglutinazzjoni) għal Brucella canis u jkunu
nkisbu riżultati negattivi - negattiv ifisser agglutinazzjoni ta’ inqas
minn 50% f’serum dilution ta’ 1:100).
6.2. Ikun ġie eżaminat billi sarlu leptospirosis agglutination
test (serotype Leptospira canicola) u jkunu nkisbu riżultati
negattivi, (fejn negattiv ifisser agglutinazzjoni ta’ inqas minn 50%
f’ 1:100).
JEW
Il-kelb ikun ġie eżaminat b’serum agglutination tests,
għall-infezzjoni Leptospira interrogans var. canicola, fuq
kampjuni li jkunu nġabru darbtejn, f’intervall ta’ mhux anqas minn
14 il-jum f’xi żmien matul it-30 jum li jiġu qabel l-esportazzjoni,
b’titre ta’ mhux iżjed minn l:400 għal kull okkażjoni u ebda żieda
fir-titre bejn l-ewwel u t-tieni eżami u jiġi anness ir-rapport tal-
laboratorju (jew kopja iffirmata fuq wara minn veterinarju uffiċali);
Data meta jinġabar il-kampjun: ..........................................
JEW
F’xi żmien matul 30 jum qabel l-esportazzjoni il-kelb
ingħata kura ta’ kuljum bil-dihydrostreptomycin sulfate għal
ħamest ijiem b’rati ta’ doża terapewtika;
Rata ta’ doża ta’ Dihydrostreptomycin Sulfate użata
...........
mg/kg tal-piż tal-ġisem
Data ta’ l-ewwel kura: ............ Data ta’ l-aħħar kura: .........
6.3. Il-kelb ikun ġie eżaminat permezz ta’ indirect fluorescent
antibody test għal pancytopaenia tropikali tal-klieb - Ehrlichia
canis (infezzjoni) b’riżultati negattivi (ir-riżultati tal-laboratorju
jinsabu mehmuża ma’ dan iċ-ċertifikat).
7. Fil-każ ta’ kelb u/jew qattus:
IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 9
7.1. F’xi żmien matul 14 il-jum qabel id-data pjanata għall-
imbark, l-annimal ingħata kura għal nematodes permezz ta’
anthelminthic approvat li hu effettiv kontra in-nematodes:
Ingredjent attiv: .............................................................
Rata ta’ doża: ................. Data tal-kura: .........................
F’xi żmien matul 14 il-jum qabel id-data pjanata għall-
imbark, l-annimal ingħata kura għaċ-cestodes permezz ta’
anthelminthic approvat li hu effettiv kontra ċ-cestodes:
Ingredjent attiv: .............................................................
Rata ta’ doża: .................... Data meta jingħata: .............
7.2. L-annimal eżaminat huwa ħieles minn kull sinjal kliniku
ta’ mard infettiv jew kontaggjuż u minn parassiti esterni, u ġie
trattat billi tgħaddas jew ingħata bexx ta’ insettiċida li jista’ joqtol
il-qurdiena, qamel u briegħed matul is-96 siegħa ta’ qabel l-
esportazzjoni.
Ingredjent attiv: .............................................................
Data meta jingħata: ........................................................
8. L-eżamijiet fil-laboratorju kollha saru f’laboratorju tal-
Gvern jew f’laboratorju li hu approvat mis-Servizz Veterinarju tal-
Gvern f’dan il-pajjiż. 
................................. ...................................
Veterinarju Akkreditat jew  Data
Uffiċjal Veterinarju tal-Gvern 
(Ħassar fejn ma japplikax)
Jekk il-firma li tidher hawn aktar qabel hija dik ta’ Veterinarju
Akkreditat, jien hawn taħt iffirmat niċċertifika illi ......................
huwa Veterinarju Akkreditat.
................................ ....................................
Uffiċjal Veterinarju tal-Gvern Timbru Uffiċjali u data
10 L.S.36.42 ħ IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3 (3) (b))
Jien, ....................................................... is-sid/aġent tas-sid ta’
l-annimal muri fiċ-Ċertifikat Veterinarju, niddikjara li:
1. L-annimal ilu kontinwament residenti fil-pajjiż jew fit-
territorju ta’ l-oriġini għal dawn l-aħħar sitt xhur qabel ma ġie
esportat u li ma kienx f’xi stabbiliment ta’ kwarantina uffiċjali
matul is-60 jum minnufih qabel ma ġie esportat.
2. L-annimal mhux se jkollu iktar minn 42 jum tqala fiż-
żmien pjanat għall-imbark.
3. L-annimal se jkollu iktar minn disa’ xhur fiż-żmien pjanat
għall-imbark.
4. L-annimal intbagħat f’kontenitur li hu skond l-istandards
tal-I.A.T.A.
................................ ....................................
Firma tas-Sid/Aġent Data
DIKJARAZZJONI TA’ SID L-ANNIMAL/L-AĠENT TIEGĦU
IMPORTAZZJONI TA’ KLIEB U QTATES ġ L.S.36.42 11
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 3 (3) (ċ))
Jien, ......................................................, Veterinarju tal-Gvern
fl-ajruport ta’ ...................................................... niċċertifika li l-
annimal muri fit-Taqsima I taċ-Certifikat Veterinarju illi:
1. L-annimal ġie eżaminat u nstab li kien b’saħħtu u f’qagħda
li jivvjaġġa lejn Malta.
2. Id-dokumenti kollha meħtieġa ġew eżaminati u nstabu li
mtlew sew skond il-kundizzjonijiet ta’ importazzjoni ta’ Malta.
3. L-annimal tqiegħed f’kontenitur skond l-istandards tal-
I.A.T.A., u dan kien magħluq b’siġill uffiċjali li kellu fuqu l-marki:
..............................................
................................ ....................................
Uffiċjal Veterinarju tal-Gvern Timbru uffiċjali u data
ĊERTIFIKAT TAL-VETERINARJU TAL-PORT
