SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ġ L.S.36.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.43
REGOLAMENTI DWAR SKEMA TA’ L-
IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
13 ta’ Lulju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 169 ta’ l-2001.
Titolu, 
applikazzjoni u 
skop.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regolamenti hu Regolamenti dwar
Skema ta’ l-Ivvjaġġar għal Annimali Domestiċi.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw dwar klieb
domestiċi u qtates domestiċi.
Tifsir.
tkunx teħtieġ xort’oħra -
''ajruport'' tfisser il-kumpless totali t’' art, bini u xogħlijiet
miġburin f’ajrudrom;
''awtorità  kompetenti'' ta’ pajjiż esportatur hija l-awtorità
responsabbli għas-saħħa ta’ l-annimali;
''ċertifikat tas-saħħa uffiċjali'' tfisser ċertifikat mħejji u mqassam
mill-awtorità  kompetenti biex jitlesta u jiġi ffirmat minn kirurgu
veterinarju uffiċjali għar-rigward tar-rabja (idrofobija), u minn
kirurgu veterinarju li jkollu jedd jippratika l-mediċina veterinarja
fil-pajjiż fejn tingħata l-kura fil-każ ta’ Echinococcus
multilocularis u l-qurdien;
''id-Direttur'' tfisser id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji;
''kelb'' tfisser kelb domestiku (Canis familiaris);
''kirurgu veterinarju uffiċjali'' tfisser kirurgu veterinarju
awtorizzat mill-Ministru għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti, u
barra minn Malta tfisser kirurgu veterinarju awtorizzat mill-
awtorità  kompetenti li joħroġ ċertifikazzjoni għall-finijiet ta’ l-
esportazzjoni ta’ klieb u qtates;
''klieb domestiċi'' u ''qtates domestiċi'' tfisser klieb u qtates li ma
jsirx negozju kummerċjali tagħhom;
''laboratorju rikonoxxut'' tfisser laboratorju rikonoxxut bil-
miktub mid-Direttur bħala wieħed kompetenti biex fih isiru testijiet
tad-demm għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti;
''mikroċippa'' tfisser transponder elettroniku;
Cap. 36.
''qattus'' tfisser qattus domestiku (Felis catus);
''Suprintendent'' tfisser is-Suptintendent tas-Saħħa Pubblika;
''trasportatur'' tfisser impriża li ġġorr merkanzija jew passiġġieri
b’kiri bl-art, bil-baħar jew bl-ajru.
Eżenzjoni mill-
kwarantina għal 
klieb u qtates.
L.S.36.42
3. Persuna tista' ġġib kelb domestiku jew qattus domestiku
ġewwa Malta mingħajr ma tikkonforma mad-disposizzjonijiet tar-
Regolamenti dwar l-Importazzjoni ta’ Klieb u Qtates, jekk jitħarsu
l-kondizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-importazzjoni ta’ dak
2 L.S.36.43 ħ SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
l-annimal f’dawn ir-regolamenti.
Mezz ta’ trasport. 4. (1) L-annimal għandu jinġieb ġewwa Malta permezz ta’
trasportatur approvat taħt ir-regolament 8, li jivvjaġġa fuq rotta
speċifikata fl-Ewwel Skeda, mingħajr ma jitlaq minn fuq il-
bastiment, ajruplan jew tren li jkun qed jivvjaġġa fuqhom bejn it-
tluq u l-wasla tiegħu.
(2) Fil-każ li tinbidel id-direzzjoni ta’ bastiment jew ajruplan
fuq servizz skedat mir-rotta speċifikata fl-Ewwel Skeda għal xi
post ta’ żbark ieħor f’Malta, l-annimal għandu jitqies bħala li jkun
inġieb f’Malta fil-post ta’ żbark li kien maħsub fil-bidu.
Identifikazzjoni ta’ 
l-annimal.
5. (1) L-annimal għandu jiġi identifikat permezz ta’
mikroċippa li tkun impjantata f’ġismu.
(2) Jekk it-trasportatur ma jkollux makkinarju qarrej li jkun
jista' jaqra l-mikroċippa, min iġib l-annimal ġewwa Malta għandu
jipprovdi makkinarju qarrej għall-mikroċippa għal waqt li t-
trasportatur ikun qed jivverifika l-identità  ta' l-annimal.
Status ta’ saħħa ta’ 
l-annimal.
6. (1) Wara li tkun tqegħdet mikroċippa ġewwa l-annimal, l-
annimal:
(a) jiġi vaċċinat kontra r-rabja f’xi pajjiż jew parti minn
pajjiż speċifikati fit-Tieni Skeda wara li jkun għalaq l-
età  ta’ tliet xhur permezz ta’ injezzjoni ta’ vaċċin
inattivat approvat mill-awtorità  kompetenti tal-pajjiż
fejn issir il-vaċċinazzjoni; u
(b) jieħu kull injezzjoni booster neċessarja f’xi pajjiż jew
parti minn pajjiż speċifikati fit-Tieni Skeda f’dawk l-
intervalli speċifikati mill-manifattur tal-vaċċin kif
indikat mill-awtorità  kompetenti. 
(2) Wara li jkun ġie vaċċinat kontra r-rabja, u mill-inqas sitt
xhur qabel ma jinġieb ġewwa Malta, għandu jkun ittieħed kampjun
tad-demm mill-annimal li jiġi ttestjat għal antikorpi tar-rabja billi
jintuża test ta' newtralizzazzjoni ta’ virus f’laboratorju rikonoxxut,
bir-riżultat ta’ dak it-test li jkun juri dożar (titre) ta’ antikorpi
protettivi ta’ mill-inqas 0.5 units internazzjonali fil-millilitru. Il-
perjodu ta' sitt xhur jibda għaddej fid-data meta l-kampjun ikun
ittieħed mill-annimal.
(3) Mhux inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa u mhux iktar
minn tmienja u erbgħin siegħa qabel l-imbark tiegħu lejn Malta, l-
annimal jingħata kura minn kirurgu veterinarju li jkollu jedd
jipprattika l-mediċina veterinarja fil-pajjiż fejn tingħata l-kura
kontra Echinococcus multilocularis u l-qurdien, bl-użu ta’
mediċina veterinarja, li jkollha l-awtorizzazzjoni li tinbiegħ fil-
pajjiż fejn tiġi amministrata, u bid-dożaġġ dovut; u fil-każ ta’ xi
kura kontra Echinococcus multilocularis il-mediċina għandu jkun
fiha l-prazinquantel bħala ingredjent attiv.
(4) L-annimal ma kellux ikun barra minn Malta jew il-pajjiżi
jew territorji tat-Taqsima I tat-Tieni Skeda (jew, fil-każ ta’ klieb li
jkunu jgħinu persuni li jsofru xi ħsara fis-sensi, dawk it-territorji
kif ukoll il-pajjiżu tat-Taqsima II f’dik l-Iskeda) matul il-perjodu
ta’ sitt xhur li jiġi minnufih qabel id-data meta jinġieb Malta.
SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ġ L.S.36.43 3
(5) Id-Direttur għandu jirrikonoxxi laboratorji taħt dan ir-
regolament fejn isiru t-testijiet jekk huwa jkun sodisfatt li
hemmhekk test ikun jista’ jsir sew.
(6) Id-Direttur għandu jippubblika lista ta’ laboratorji
rikonoxxuti b’dak il-mod li huwa jqis li jkun hekk adatt.
Dokumentazzjoni.
saħħa uffiċjali, wieħed li jirrigwarda l-vaċċinazzjoni tar-rabja,
inkluża kopja tar-riżultat ta’ l-antikorpi tar-rabja, u wieħed li
jirrigwarda l-kura kontra Echinococcus multilocularis u l-qurdien.
(2) Iċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali għandhom ikunu ffirmati
dwar:
(a) ir-rabja minn kirurgu veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż
speċifikat fit-Tieni Skeda, fejn jiċċertifika li ċ-
ċertifikat ikun wieħed eżatt, u li jiġi ttimbrat minnu
bit-timbru uffiċjali tiegħu; 
(b) Echinococcus multilocularis u l-qurdien minn kirurgu
veterinarju li jkollu jedd jipprattika l-mediċina
veterinarja fil-pajjiż fejn tiġi amministrata l-kura.
(3) Iċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali li jirrigwarda l-
vaċċinazzjoni tar-rabja għandu jkollu l-informazzjoni speċifikata
fit-Tielet Skeda.
(4) Iċ-ċertifikat tas-saħħa uffiċjali li jirrigwarda Echinococcus
multilocularis u l-qurdien għandu jkun fih:
(a) id-data u l-ħin tal-kura;
(b) il-kura wżata.
(5) B’żieda maċ-ċertifikati tas-saħħa uffiċjali, kull min ikun
qed iġib xi annimal skond dawn ir-regolamenti għandu, filwaqt li
jkun qed jinġieb l-annimal, ikollu għandu dikjarazzjoni bil-miktub,
iffirmata u bl-Ingliż fl-għamla stipulata fir-Raba’ Skeda li l-
annimal ma kienx jinsab barra t-territorji stipulati fis-sitt xhur
minnufih qabel l-annimal jinġieb Malta.
(6) Kull ċertifikat meħtieġ taħt dan ir-regolament għandu jkun
bl-Ingliż iżda jista’, b’żjieda mat-test Ingliż, ikollu traduzzjoni
f’ilsien xi pajjiż minn dawk elenkati fit-Tieni Skeda.
Trasportaturi.
regolament sabiex iġorr annimali domestiċi taħt id-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti jekk huwa jkun sodisfatt li:
(a) it-trasportatur ikun konformi mal-ħtiġiet fil-Ħames
Skeda;
(b) il-proċeduri bil-miktub u l-pjanijiet ta’ kontinġenza
meħtieġa f’dik l-Iskeda jkunu adegwati; u
(ċ) it-trasportatur jkun se jħares dawn ir-regolamenti, il-
proċeduri bil-miktub meħtieġa skond il-Ħames Skeda
u kull kondizzjoni ta’ approvazzjoni.
(2) L-approvazzjoni għandha tkun tispeċifika:
(a) fejn għandhom isiru l-verifiki;
(b) ir-rotot li għandhom jintużaw mit-trasportatur
4 L.S.36.43 ħ SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
approvat sabiex jinġieb annimal ġewwa Malta; u
(ċ) kull kondizzjoni oħra li d-Direttur iqis li tkun adatta.
(3) It-trasportatur għandu jipprovdi dik l-informazzjoni lid-
Direttur hekk kif id-Direttur jista’ jkun raġonevolment jeħtieġ.
Dmirijiet tat-
trasportaturi 
approvati.
9. (1) Qabel ma jġib xi annimal ġewwa Malta, trasportatur
approvat taħt ir-regolament 8 għandu jkun ivverifika, dwar kull
annimal, li dan ikollu miegħu t-tliet ċertifikati meħtieġa taħt id-
disposizzjonijiet ta' dawn ir-regolamenti, u għandu jissodisfa ruħu
li:
(a) tkun ġiet impjantata mikroċippa fl-annimal;
(b) in-numru tal-mikroċippa jkun jikkorrispondi man-
numru tal-mikroċippa reġistrat fuq it-tliet ċertifikati;
(ċ) iċ-ċertifikati li jirrigwardaw ir-rabja, Echinoccus
multilocularis u l-qurdien juru li - 
(i) huma korrenti;
(ii) ikunu ġew iffirmati minn kirurgu veterinarju
uffiċjali għar-rigward tar-rabja u minn kirurgu
veterinarju li jkollu jedd jipprattika l-mediċina
veterinarja fil-pajjiż fejn tingħata l-kura għar-
rigward ta’ Echinoccus multilocularis u l-
qurdien; 
(iii) l-annimal ikun ġie vaċċinat kontra r-rabja, ikun
sarlu eżami tad-demm u jkun imgħata kura
kontra Echinoccus multilocularis u l-qurdien
skond dawn ir-regolamenti; u
(d) iċ-ċertifikat li jkun jirrigwarda l-post ta’ residenza ta’
l-annimal fis-sitt xhur ta’ qabel ikun ġie ffirmat mill-
persuna li takkumpanja l-annimal.
(2) Il-verifiki għandhom isiru fil-post u bil-mod speċifikati fl-
approvazzjoni:
(a) jekk il-verifiki jsiru qabel ma l-annimal jittieħed
għalfuq il-mezz ta' trasport, ikun reat għat-trasportatur
approvat li jġib annimal ġewwa Malta skond dawn ir-
regolamenti kemm-il darba ma jkunx għamel il-
verifiki dovuti skond is-subregolament (1) u jkun
sodisfatt li l-annimal ikun konformi mad-
disposizzjonijiet ta’ dak is-subregolament;
(b) jekk il-verifiki jsiru wara li annimal ikun tniżżel
Malta:
(i) it-trasportatur approvat għandu jżomm lill-
annimal fil-post ta’ żbark sakemm ikunu sarulu
l-verifiki meħtieġa taħt dawn ir-regolamenti u
jkun sodisfatt li l-annimal ikun ġie ttrattat skond
dawn ir-regolamenti; u
SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ġ L.S.36.43 5
L.S.36.42
(ii) jekk it-trasportatur ma jkunx sodisfatt li l-
annimal ikun ġie identifikat, vaċċinat u li kellu
demmu ttestjat skond dawn ir-regolamenti,
għandu jiżgura li l-annimal jiġi trasferit
minnufih għal ġol-faċilitajiet ta’ kwarantina
skond ir-Regolamenti dwar l-Importazzjoni ta’
Klieb u Qtates, jew inkella li jsir minnu skond
ma hemm fid-disposizzjonijiet ta’ dawk l-istess
regolamenti;
(ċ) jekk, wara li ssir il-verifika taħt is-subregolament (1),
sew jekk il-verifika ssir qabel ma l-annimal jittella’
fuq il-mezz ta’ trasport, sew jekk waqt it-trasport sew
wara l-iżbark, it-trasportatur ikun sodisfatt li l-annimal
jista’ jinġieb Malta skond dawn ir-regolamenti, huwa
għandu:
(i) fil-każ ta’ annimal li jinġieb fil-pajjiż minn xi
passiġġier bil-mixi jew minn xi passiġġier ta’
ajruplan, joħroġ ċertifikat lill-persuna li tkun
qed takkumpanja lill-annimal, iffirmat u ddatat
minn rappreżentant tat-trasportatur, li jkun
jiċċertifika li l-annimal ikun jikkonforma ma’
dawn ir-regolamenti u jwaħħal marka mal-kullar
ta’ l-annimal jew tikketta mal-gaġġa fejn jista’
jkun qed jinġarr, fejn tintwera d-data ta’ l-
importazzjoni u jiġi dikjarat li l-annimal ikun
konformi mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti; jew 
(ii) fil-każ ta’ annimal li jinġieb b’karrozza jew xi
vettura bil-mutur oħra, jagħti lill-persuna tertuqa
li teħel jew tiddendel, tajba għall-wiri mal-
windscreen u li tkun tindika li l-vettura tkun qed
iġġorr fuqha annimal li jkun ġie verifikat u
misjub li jkun konformi mad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti.
Dmirijiet fil-port 
ta’ nżul.
10. (1) Persuna li tkun qegħda ġġib xi annimal ġewwa Malta
ġo vettura skond dawn ir-regolamenti għandha turi t-tertuqa li teħel
jew tiddendel mogħtija mit-trasportatur f’posizzjoni prominenti
mal-windscreen sakemm il-vettura tħalli l-konfini tal-port ta’ nżul.
(2) Passiġġier bil-mixi fuq vapur għat-traġitti jew passiġġier
fuq ajruplan li jkun qed iġib annimal ġewwa Malta skond dawn ir-
regolamenti m’għandux ineħħi l-marka mwaħħla mit-trasportatur
mal-kullar jew gaġġa għall-ġarr qabel ma jkun ħalla l-konfini tal-
port tal-baħar jew ta’ l-ajru fejn ikun wasal.
(3) Min iġib annimal ġewwa Malta skond dawn ir-regolamenti
għandu juri meta hekk jintalab jagħmel minn xi uffiċjal tad-Direttur
jew mill-awtorità  lokali -
(a) fil-każ ta’ trasport b’vapur għat-traġitti, fl-area tal-
port;
(b) fil-każ ta’ trasport bl-ajru, fl-ajruport,
kull ċertifikat tas-saħħa meħtieġ taħt dawn ir-regolamenti u, fil-każ
ta’ passiġġier bil-mixi, ċ-ċertifikat ta’ dħul mogħti mit-trasportatur
6 L.S.36.43 ħ SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
taħt ir-regolament ta’ qabel dan, u għandu jara li l-annimal ikun
disponibbli għall-verifika.
Poteri ta’ l-
Uffiċjali tad-
Direttur u ta’ l-
awtorità  doganali 
lokali.
11. Uffiċjal tad-Direttur jew ta’ awtorità  lokali ikollu poteri li
jwaqqaf vettura li turi tertuqa li titwaħħal jew tiddendel li tkun
tindika li annimal ikun qed jinġarr, jew kull vettura oħra li
raġonevolment jissuspetta li fiha jkun qed jinġarr xi kelb jew
qattus, jew persuna li jkollha għandha xi annimal, f’kull post li
jkun -
(a) fil-każ ta’ trasport b’vapur għat-traġitti,
(b) fil-każ ta’ trasport bl-ajru, fl-ajruport,
u jista’ jagħmel kull verifika u riċerka li jistgħu jkunu meħtieġa
biex jiżgura li dawn ir-regolamenti jkunu qegħdin jiġu mħarsa.
Approvazzjonijiet. 12. L-approvazzjonijiet taħt dawn ir-regolamenti għandhom
ikunu bil-miktub, jistgħu jkunu suġġetti għal kondizzjonijiet u
jistgħu jiġu emendati, sospiżi jew revokati b’avviż bil-miktub
f’kull waqt, u b’mod partikolari jistgħu jiġi sospiżi jew revokati
jekk dawn ir-regolamenti ma jkunux qegħdin jiġu mħarsa jew il-
proċeduri bil-miktub u l-pjanijiet ta’ kontinġenza prodotti taħt il-
Ħames Skeda ma jkunux tħarsu.
Infurzar. 13. Dawn ir-regolamenti għandhom, sakemm ma jiġix provdut
xort’oħra, jiġu esegwiti u infurzati mid-dipartiment għas-Servizzi
Veterinarji assistit mid-Dipartiment tad-Dwana.
Disposizzjonijiet 
transitorji.
14. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti li jeħtieġu
eżami tad-demm li jsir f’laboratorju rikonoxxut jistgħu jitħarsu
jekk, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti, il-kampjun
tad-demm ikun intbagħat f’laboratorju fejn id-Direttur ikun kiteb u
kkonferma li jkun sodisfatt li dan ikun jista’ jagħmel kull eżami
meħtieġ minn dawn ir-regolamenti u inkluż f’lista pubblikata mid-
Direttur, u li l-eżami jkun sar wara li l-laboratorju kien inkluż fil-
lista.
SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ġ L.S.36.43 7
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4)
ROTOT PERMESSI
Bil-Baħar
Il-Port tal-Belt Valletta.
Bl-ajru
Kull rotta diretta minn xi pajjiż jew parti minn pajjiż fit-Tieni Skeda għall-
Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Rotot permessi addizzjonali għal klieb li jassistu persuni li jbatu
minn xi taħsir fis-sensi
Bl-ajru
Kull rotta li toriġina fl-Awstralja jew New Zealand u li tasal fl-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta.
Nota: L-inklużjoni ta’ rotta f’din l-Iskeda ma timplikax li trasportatur ikun
approvat juża r-rotta.
IT-TIENI SKEDA
(Regolamenti 6 u 7)
PAJJIŻI U TERRITORJI PERMESSI
Andorra
Awstrija
Belġju
Belt tal-Vatikan
Danimarka
Finlandja
Franza (minbarra Martinique, Guadaloupe, Guyana Franċiża, La Reunion,
Polinesia Franċiża, Wallis u Futuna, Moyette, St Pierre u Miquelon u New
Caledonia)
Ġermanja
Ġibiltà
Greċja
Islanda
Italja
Liechtenstein
Lussemburgu
Monaco
8 L.S.36.43 ħ SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
Norveġja (minbarra Svalbard)
Olanda
Portugall (inklużi Madeira u L-Ażores)
San Marino
Spanja (inklużi Canary Islands iżda esklużi Ceuta u Melilla)
Svezja 
Svizzera
Renju Unit
Ascension Island
Awstralja
Barbados
Bermuda
Ċipru
Falkland Islands
Ġappun
Ħawaii
Montserrat
New Caledonia
New Zealand
St Helena
Singapore
Vanuatu
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 7)
INFORMAZZJONI LI GĦANDU JKUN HEMM FIĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA 
UFFIĊJALI DWAR IL-VAĊĊINAZZJONI KONTRA R-RABJA
1. Il-perjodu ta’ validità  taċ-ċertifikat jiġi kkalkolat kif ġej. Fil-każ ta’ annimal
li jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fir-regolament 6(3), iċ-ċertifikat isir validu
fid-data meta ċ-ċertifikat jiġi kompletat. Xort’oħra ċ-ċertifikat isir validu fil-ġurnata
meta jiġi kompletat, jew sitt xhur wara d-data meta jkun ittieħed il-kampjun, skond
liema jiġi l-iktar tard. Iċ-ċertifikat għandu jtemm milli jibqa’ validu fid-data ta’ l-
iskadenza tal-vaċċinazzjoni korrenti.
2. In-numru tal-mikroċippa u fejn tkun tinsab f’ġisem l-annimal.
3. Dikjarazzjoni li:
- il-kirurgu veterinarju uffiċjali jkun ra r-record tal-vaċċinazzjoni kontra
r-rabja ta’ l-annimal, li jkun jidentifika n-numru tal-mikroċippa, jindika
li l-annimal ikun ġie vaċċinat kontra r-rabja wara li tkun ġiet impjantata
SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ġ L.S.36.43 9
l-mikroċippa, u (fil-każ ta’ vaċċinazzjoni mill-ġdid) jindika li l-aħħar
vaċċinazzjoni tkun saret qabel ma tkun skadiet il-vaċċinazzjoni ta’
qabel skond ir-rakkomandazzjoni fil-karta ta’ l-informazzjoni indikata
mill-manifattur u li l-aħħar vaċċinazzjoni tkun waħda valida;
- il-kirurgu veterinarju uffiċjali jkun ra record (kif ċertifikat mil-
laboratorju li jkun għamel it-test) tar-riżultat ta’ test seroloġiku fuq l-
annimal, li jkun sar fuq kampjun tad-demm meħud wara l-ewwel
vaċċinazzjoni hawn qabel imsemmija, u f’laboratorju rikonoxxut mid-
Direttur għas-Servizzi Veterinarji għal dak l-iskop, li jkun juri li d-
dożar (titre) ta’ antikorpi ta' newtralizzazzjoni tar-rabja kienu daqs jew
iktar minn 0.5 units internazzjonali fil-millilitru; 
- l-annimal ma jkun wera ebda sinjal kliniku ta’ rabja fil-waqt li ssir iċ-
ċertifikazzjoni.
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 7)
DIKJARAZZJONI LI TRID TIMTELA MILL-PERSUNA LI TKUN QED IĠĠIB L-
ANNIMAL ĠEWWA MALTA
Huwa reat li ġġib annimal ġewwa Malta taħt l-Iskema ta’ l-Ivvjaġġar għal Annimali Domestiċi jekk l-
annimal kien jinsab f’xi pajjiż li mhux pajjiż kwalifikanti matul is-sitt xhur ta’ qabel.
PAJJIŻI KWALIFIKANTI GĦALL-ISKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL 
ANNIMALI DOMESTIĊI
B’dan jien niddikjara li l-annimal(i) li qed nippreżenta llum għall-ivvjaġġar lejn
MALTA bin-numru(i) tal-mikroċippa
ma kienx / kienux barra mill-pajjiżi kwalifikanti fl-Iskema ta’ l-Ivvjaġġar għal
Annimali Domestiċi fis-sitt xhur qabel id-data ta’ llum.
Isem:
Indirizz
Permanenti:
Indirizz
f’MALTA
(jekk inhu
differenti)
Nru. tar-reġistrazzjoni tal-vettura (jekk dan japplika)
Firma: Data:
Andorra Olanda Barbados
Awstrija Norveġja (b) Bermuda
Belġju Portugall (ċ) Ċipru
Danimarka San Marino Falkland Islands
10 L.S.36.43 ħ SKEMA TA’ L-IVVJAĠĠAR GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI
(a) Għal dawn il-finijiet Franza teskludi Martinique, Guyana Franċiża, La Reunion, Polinesia
Franċiża, Wallis u Futuna, Mayotte, St. Pierre u Miquelon u New Caledonia;
(b) Għal dawn il-finijiet in-Norveġja teskludi Svalbard;
(ċ) Għal dawn il-finijiet il-Portugall jinkludi l-Ażores u Madeira;
(d) Għal dawn il-finijiet Spanja tinkludi Canary Islands iżda teskludi Ceuta u Melilla.
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 8)
KONDIZZJONIJIET TA’ APPROVAZZJONI GĦAT-TRASPORTATURI
1. Persunal li jkollhom kuntatt ma’ passiġġieri li jistgħu jkunu qegħdin
jivvjaġġaw bl-annimali jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi verifiki fuq l-annimali taħt
dawn ir-regolamenti għandhom ikunu mħarrġin b’mod għalkollox adatt.
2. It-trasportatur għandu jistipula bil-miktub proċeduri biex jiżgura li annimal
li jiġi ppreżentat għall-ivvjaġġar taħt dawn ir-regolamenti jiġi:
a. dirett lejn punt ta’ verifika adatt;
b. verifikat taħt dawn ir-regolamenti;
ċ. trasportat f’parti adatta tal-vapur, tren jew ajruplan f’kondizzjonijiet
adatti.
3. It-trasportatur għandu jagħti bil-miktub proċeduri dwar dak li jkun se
jagħmel jekk annimal li jiġi ppreżentat għall-ivvjaġġar jonqos milli jikkonforma ma’
dawn ir-regolamenti, jew jekk jiġi skopert xi annimal li dwaru t-trasportatur
raġonevolment jissuspetta li jkun intiż li jiġi trasportat ġewwa Malta mingħajr ma
jkun ġie lilu ppreżentat għall-verifika.
4. It-trasportatur għandu jistipula bil-miktub pjanijiet ta’ kontinġenza fil-każ
ta’ xi emerġenza, inklużi pjanijiet dwar dawk il-vapuri li jintbagħtu f’xi post ta’ nżul
ieħor.
5. Għandhom jiġu provduti faċilitajiet adegwati għall-verifika ta’ l-annimali
taħt dawn ir-regolamenti. Dawn għandhom jiġu mgħammra, jkollhom persunal u
ssirilhom manutenzjoni b’mod għalkollox adegwat.
6. It-trasportatur għandu jagħmel arranġamenti biex fejn ikun meħtieġ tiġi
ppreżentata assistenza veterinarja. 
Finlandja Spanja (d) Ħawaii
Franza (a) Svezja Ġappun
Ġermanja Svizzera Montserrat
Gibiltà
Greċja
Islanda
Renju Unit (inklużi
Channel Islands u Isle of
Man)
New Caledonia
New Zealand
St Helena
Italja Belt tal-Vatikan Vauatu
Liechtenstein Ascension Island
Lussemburgu Awstralja
Monaco
