KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.01
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(FINANZI)
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 155 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 166 ta’ l-
1997, 222 ta’ l-1999, 324 ta’ l-2002 u 320 ta’ l-2003.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu.
Kunsilli Lokali (Finanzi).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"dokumentazzjoni primarja awtorizzata" tfisser kull dokument
oriġinali li jkun awtorizzat kif imiss u li b’mod legali jivverifika l-
eżekuzzjoni ta’ operazzjoni finanzjarja bil-mod ta’ dikjarazzjoni
jew deskrizzjoni ta’ l-imsemmija operazzjoni, u bil-firma tal-
partijiet kollha li jkollhom x’jaqsmu;
"impjegat tal-Kunsill" jew "impjegat", tfisser kull persuna, barra
mis-Sindku, li tirċievi paga jew salarju, mingħand il-Kunsill għal
xogħol jew servizzi mogħtija, jew kull persuna oħra li taġixxi f’dik
il-kariga;
"kommunità " u "residenti" jirreferu għal parti minn popolazzjoni
ta’ lokalità  jew għall-popolazzjoni kollha kif imfissra fl-artikolu 2
ta’ l-Att;
"kumitat" u "chairman" ifissru rispettivament il-kumitat u ċ-
chairman maħtura taħt l-artikolu 47 ta’ 1-Att;
"Kunsill", "Kunsillier", "Awditur Ġenerali", "sena finanzjarja",
"lokalità ", "Sindku", "Ministru" u "Segretarju" għandhom l-istess
tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att;
"proċeduri finanzjarji" tfisser il-proċeduri finanzjarji għal
Kunsilli Lokali maħruġa mill-Ministru;
L.S.363.20
umani għal Kunsilli Lokali maħruġin mill-Ministru biex jitħarsu
mill-Kunsilli fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom
dwar riżorsi umani taħt l-Att u skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli
Lokali (Riżorsi Umani);
"proġett ta’ nfieq kapitali" tirreferi għal budget ta’ nfieq kapitali
għal xi proġett speċifiku;
"proprjetà  tal-Kunsill" tinkludi il-beni kollha li huma proprjetà
tal-Kunsill, sew mobbli jew immobbli;
"struttura ta’ kodifika" tfisser is-sistema ta’ numri tal-kodifika
wżat biex jidentifika kull xorta ta’ operazzjoni ta’ accounting u
finanzi;
2 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
"tabella tal-kontijiet" tfisser il-lista komuni ta’ kontijiet li
jintużaw mill-Kunsilli fl-amministrazzjoni ta’ l-operazzjonijiet
tagħhom ta’ accounting u finanzjarji;
"udituri" tfisser l-udituri tal-gvern lokali maħtura taħt l-artikolu
65 ta’ l-Att;
"uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill" għandha l-istess tifsir kif
deskritt fl-artikolu 48 ta’ l-Att.
Il-Kunsill jagħmel 
proċeduri, eċċ.
3. Il-Kunsill jista’ jagħmel policies, sistemi u skali ta’ żmien
li ma jkunux inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’
dawn ir-regolamenti u li jkunu amministrati mis-Segretarju sabiex
jinqdew il-funzjonijiet tal-Kunsill kif imfisser fl-Att u f’dawn ir-
regolamenti.
 TAQSIMA II
Accounting
Sistema ta’ 
accounting.
Emendat:
A.L. 324 ta’ l-
2002;
A.L. 320 ta’ l-
2003.
4. (1) Is-Segretarju għandu -
(a) jistabbilixxi, jmexxi u jżomm is-sistema ta’
accounting u rapporti finanzjarji tal-Kunsill, inkluż
meta jsiru r-rapporti, skond it-tabella tal-kontijiet u l-
istruttura tal-kodifika kif speċifikat f’dawn ir-
regolamenti u fil-proċeduri finanzjarji;
(b) idaħħal immedjatament fil-kontijiet, taħt l-intestaturi
xierqa, il-flus u l-beni kollha riċevuti, imħallsa jew
mitluqa mill-Kunsill direttament jew permezz tal-
bankiera tiegħu;
(ċ) iżomm bilanċ pożittiv, kif stabbilit fl-indikatur tal-
qagħda finanzjkarja imsemmi fis-subregolament (2),
bejn dħul u nfiq u dak li għandu jinġabar u li għandu
jintefaq, jiżgura li dak il-bilanċ pożittiv ikun, sakemm
il-Ministru ma japprovax mod ieħor bis-saħħa tal-
proċeduri finanzjarji, mhux anqas minn għaxra fil-mija
ta’ l-allokazzjoni approvata skond l-artikolu 55 ta’ l-
Att, għal dik l-istess sena finanzjarja tal-Kunsill
Lokali, filwaqt li jiġu rispettati l-obbligazzjonijiet
kollha dwar dħul u l-infiq, u t-twettiq tal-funzjonijiet
tal-Kunsill kif speċifikat fl-Att:
Iżda mill-1 ta’ Ottubru, 2003, sal-31 ta’ Marzu, 2004,
għandha tapplika rata ta’ mhux inqas minn ħamsa fil-
mija ta’ l-allokazzjoni approvata skond l-Att minflok
ir-rata ta’ għaxra fil-mija msemmija hawn aktar qabel
għal perjodi oħra.
(d) minnufih jinforma lid-Direttur, malli l-bilanċ pożittiv
ikun anqas minn dak mistenni skond il-paragrafu (ċ), u
tingħata spjegazzjoni dwar x’azzjonijiet mistennija
jittieħdu mill-Kunsill sabiex tiġi rimedjata is-
sitwazzjoni;
(e) jiżgura li l-operazzjonijiet finanzjarji u l-proċeduri ta’
accounting kollha jkunu reġistrati u dokumentati kif
imiss skond l-Att, dawn ir-regolamenti u l-proċeduri
finanzjarji.
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 3
(2) Għall-iskop ta’ dawn ir-regolamenti, l-indikatur tal-qagħda
finanzjarja jkun il-mezz kif għandu jiġi applikat bl-iskop li
jiddetermina bilanċ pożittiv u kif dan jirriżulta mid-differenza bejn
l-assi kurrenti totali kollha u t-total tal-rbit kurrenti fit-tul gġas-
snin finanzjarji kurrenti u ta’ wara, mnaqqsa xi rbit fit-tul approvat
mill-Ministru skond ma hemm fl-Att.
TAQSIMA III
Kontroll u Responsabbiltà
Kontroll.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1997;
A.L. 324 ta’ l-
2002.
5. (1) Is-Segretarju jkun direttament responsabbli biex
jinżammu sistemi ta’ kontroll intern u ta’ monitoring kontinwu biex
ikun żgurat li l-accounting, ir-reġistrazzjoni u operazzjonijiet
finanzjarji oħra tal-Kunsill jitmexxew sewwa skond l-Att, dawn ir-
regolamenti u l-policies, is-sistemi u l-iskali ta’ żminijiet
imsemmija fil-proċeduri finanzjarji.
(2) Fil-każ li jidher li hemm jew li jista’ jkun hemm xi
irregolarità , abbuż ta’ kontroll, dgħjufija, frodi jew approprjazzjoni
indebita fl-affarijiet finanzjarji tal-Kunsill -
(a) is-Sindku jew is-Segretarju għandu jibda żmien erbgħa
u għoxrin siegħa u javża bil-miktub immedjatament:
Iżda fil-każ li jidher li hemm jew li jista’ jkun
hemm xi irregolarità , abbuż ta’ kontroll, djufija, frodi
jew approprjazzjoni indebita fl-affarijiet finanzjarji
tal-Kunsill mis-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv, il-
Viċi Sindku jew xi membru ieħor tal-Kunsill għandu
javża bil-miktub lill-Ministru immedjatament;
Kap. 273.
(b) il-Ministru jista’ jitlob li titmexxa inkjesta mill-
Awditur Ġenerali jew minn bord maħtur taħt l-Att
dwar l-Inkjesti;
(ċ) il-Ministru jista’ wkoll jordna li ssir investigazzjoni
b’kull mezz ieħor li jidhirlu xieraq.
(3) Is-Sindku, is-Segretarju, l-Awditur Ġenerali, il-Bord
maħtur taħt l-Att dwar l-Inkjesti jew ir-rappreżentanti awtorizzati
tagħhom ikollhom l-awtorità  li -
(a) jidħlu u jkollhom aċċess għal kull parti mill-art,
uffiċċji tal-Kunsill f’kull ħin;
(b) ikollhom aċċess għal kull record u dokument dwar
operazzjonijiet finanzjarji u oħrajn tal-Kunsill;
(ċ) jitolbu spjegazzjonijiet mingħand kull Kunsillier jew
impjegat tal-Kunsill dwar kull ħaġa li jkollha x’taqsam
ma’ l-istħarriġ;
(d) jeħtieġu lil kull impjegat tal-Kunsill biex jipproduċi
dokumenti, flus, stokkijiet, inventarju jew kull
proprjetà  oħra tal-Kunsill li jkunu taħt il-kontroll
tiegħu.
(4) Is-Sindku, is-Segretarju, l-Awditur Ġenerali jew il-Bord
maħtur taħt l-Att dwar l-Inkjesti għandhom, fi żmien ġimgħatejn
minn meta jtemmu l-investigazzjoni tagħhom, jagħtu lill-Ministru u
lill-Kunsill rapport bil-miktub tar-riżultanzi ta’ l-istħarriġ imsemmi
4 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
fis-subregolament (2).
(5) Wara li jirċievi r-rapport bil-miktub imsemmi fis-
subregolament (4), il-Kunsill jista’ jieħu dawk il-passi li jidhirlu
meħtieġa jew kif jista’ jiġi ordnat mill-Ministru.
Responsabbiltà . 6. (1) Is-Segretarju jkun responsabbli għall-aspetti kollha ta’
tmexxija finanzjarja tal-Kunsill.
(2) Is-Segretarju jista’ jiddelega lil impjegati oħra dawk mid-
dmirijiet tiegħu ta’ tmexxija finanzjarja h jidhirlu xierqa, b’dana
iżda li hu jibqa’ responsabbli għal dawk l-impjegati kollettivament.
(3) L-impjegati li lilhom is-Segretarju jiddelegalhom xi
dmirijiet taħt dan ir-regolament ikunu responsabbli lejh għal -
(a) qadi xieraq tad-dmirijiet li jkunu responsabbli
għalihom;
(b) ġbir u kustodja xierqa tal-flus kollha tal-Kunsill u ta’
kull beni li l-Kunsill ikollu jirċievi;
(ċ) disponiment xieraq tal-flus kollha tal-Kunsill u ta’
beni oħra li jkollhom jitħallsu mill-Kunsill jew li
jkunu disposti minnu;
(d) preċiżjoni fil-kontijiet mogħtija minnhom jew li jkunu
taħt ir-responsabbiltà  tagħhom.
(4) Il-fatt li udituri jivverifikaw u jirrapportaw li l-kontijiet u l-
ħwejjeġ finanzjarji tal-Kunsill ikunu jaqblu mal-kondizzjonijiet
imfissra mill-Awditur Ġenerali, bl-ebda mod ma jnaqqas mir-
responsabbiltajiet ta’ xi impjegat milli jħares jew jiżgura tħaris ma’
l-Att, ma’ dawn ir-regolamenti u mal-proċeduri finanzjarji.
TAQSIMA IV
Ippjanar ta’ Xogħol u Finanzi
Pjan tax-xogħol. 7. (1) Is-Segretarju jkun responsabbli biex iħejji l-abbozz tal-
pjan tax-xogħol tal-Kunsill. Fit-tħejjija ta’ dak il-pjan is-Segretarju
għandu jimxi skond dawk id-direttivi li jistgħu jingħataw mill-
Kunsill jew mis-Sindku u għandu jikkonsulta lil dawk il-kumitati u
impjegati kif ikun meħtieġ.
(2) Il-pjan tax-xogħol għandu -
(a) jagħti gwida tal-valuri, għanijiet, organizzazzjoni u
direzzjoni tax-xogħol tal-Kunsill;
(b) jipprovdi dettalji dwar l-operazzjonijiet u l-proġetti
tal-Kunsill passati u futuri, inklużi dettalji dwar riżorsi
allokati u riżultati miksuba jew mistennija;
(ċ) jinkludi pjan finanzjarju ta’ tliet snin għal dħul u nfieq
bil-kategorija skond il-proċeduri finanzjarji;
(d) jitħejja fil-forma speċifikata fil-proċeduri finanzjarji.
Approvazzjoni tal-
pjan tax-xogħol.
8. (1) Il-Kunsill għandu jħejji u jiddiskuti l-abbozz tal-pjan
tax-xogħol ġdid jew rivedut kif stipulat fl-artikolu 59(1) u (2) ta’ l-
Att. 
(2) Is-Segretarju għandu jibgħat lill-Ministru kopja ta’ l-
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 5
abbozz tal-pjan tax-xogħol mhux iktar tard minn tmien gimgħat
wara tmiem l-ewwel sena tal-Kunsill u sussegwentement sal-
ħmistax ta’ Frar ta’ kull sena.
(3) Il-Ministru jista’ jagħmel kummenti dwar l-abbozz tal-pjan
tax-xogħol u l-Kunsill jista’ jaġġusta l-abbozz tal-pjan tax-xogħol
skond hekk.
(4) Il-pjan tax-xogħol ikun approvat mill-Kunsill fi żmien
erba’ xhur mit-tmiem ta’ 1-ewwel sena tal-Kunsill u
sussegwentement sa l-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena.
(5) Is-Segretarju għandu jibgħat kopja tal-pjan tax-xogħol
approvat lill-Ministru u lill-Ministru responsabbli għall-finanzi fiż-
żmien stabbilit fl-artikolu 59(3) ta’ l-Att.
Pubblikazzjoni tal-
pjan tax-xogħol.
9. Il-Kunsill għandu jippubblika l-pjan tax-xogħol fi żmien
tliet ġimgħat minn meta jkun approvat. Kopja tal-pjan tax-xogħol
approvat għandha titqiegħed għall-wiri tal-pubbliku fl-uffiċċju
amministrattiv tal-Kunsill waqt il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-
uffiċċju.
TAQSIMA V
Budget Annwali
Tħejjija tal-budget 
annwali.
10. Is-Segretarju jkun responsabbli għat-tħejjija tal-budget
annwali, inklużi estimi ta’ dħul u nfieq b’konsultazzjoni mal-
Kunsill, mal-kumitati u ma’ l-impjegati rilevanti, li għandhom
jagħtu t-tagħrif kollu li jkun meħtieġ.
Proċess tal-budget.
mill-Gvern lill-Kunsill fuq il-bażi tal-proporzjon ta’ l-allokazzjoni
finanzjarja annwali skond l-artikolu 55 ta’ l-Att.
(2) Is-Segretarju għandu jikkordina t-tħejjija tal-budget
annwali u għandu -
(a) jgħin lill-kumitati u lill-impjegati fit-tħejjija tal-
proposti tagħhom;
(b) jagħmel valutazzjoni ta’ kull intestatura ta’ kont, u ta’
kull budget ta’ kumitat, individwalment;
(ċ) jiżgura kompatibilità  u konsistenza bejn intestaturi ta’
kontijiet u budgets tal-kumitati;
(d) jikkonsolida l-budgets kollha individwali fil-budget
annwali tal-Kunsill.
(3) Il-budget tal-Kunsill ikun magħmul minn -
(a) ħarsa lejn il-budget u sommarju tiegħu;
(b) estimi tal-budget ta’ dħul u nfieq konsolidati u
dettaljati klassifikati skond is-sistema ta’ kontijiet taħt
il-proċeduri finanzjarji;
(ċ) budget ta’ l-infieq kapitali;
(d) budget tal-flus; u
(e) indikaturi tal-budget biex ikejlu l-għemil ta’ xogħlijiet
u servizzi.
6 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
(4) L-estimi tal-budget għandu jkollhom magħhom
spjegazzjonijiet dwar kull oġġett ta’ xorta mhux normali li jkun
hemm fihom u dwar xi differenza sinjifikanti dwar kull item bejn l-
infieq jew id-dħul mistenni u l-estimi tal-budget approvati tas-sena
ta’ qabel.
(5) Is-Segretarju għandu jagħti l-budget annwali lill-Kunsill
għall-approvazzjoni tiegħu fiż-żmien stabbilit fl-artikolu 56(1) ta’
l-Att.
Forma tal-budget. 12. Il-forma u l-kontenut tal-budget annwali għandhom ikunu
ppreżentati fil-forma preskritta mill-proċeduri finanzjarji.
Approvazzjoni tal-
budget annwali.
13. (1) Il-Kunsill għandu jikkunsidra, u jekk meħtieġ
jirrevedi, u japprova l-budget annwali kif stipulat fl-artikolu 56(2)
ta’ l-Att.
(2) Is-Segretarju għandu jibgħat lill-Ministru kopja tal-budget
annwali approvat mill-Kunsill fiż-żmien stabbilit fl-artikolu 56(3)
ta’ l-Att.
Pubblikazzjoni tal-
budget annwali.
14. (1) Il-Kunsill għandu jippubblika l-budget annwali tiegħu
mhux iktar tard minn ġimgħatejn wara li jkun bagħtu lill-Ministru
skond ir-regolament 13(2). Kopja tal-budget pubblikat għandha
tintbagħat lill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(2) Kopja tal-budget annwali tal-Kunsill għandha titqiegħed
għall-wiri tal-pubbliku fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill matul
il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-uffiċċju.
Budgets 
supplementari.
15. (1) Jekk fondi supplementari jitqiegħdu għad-
disposizzjoni ta’ Kunsilli Lokali skond l-artikolu 62 ta’ l-Att, il-
Kunsill għandu jibgħat lill-Ministru l-budget supplementari
approvat fi żmien tliet ġimgħat mill-approvazzjoni tal-vot
supplementari.
(2) Is-Segretarju għandu jippubblika l-budget supplementari u
jqiegħed kopja għall-wiri tal-pubbliku fl-uffiċċju ammimstrattiv
tal-Kunsill matul il-ħinijiet normali tax-xogħol ta’ l-uffiċċju. Kopja
għandha wkoll tintbagħat lill-Ministru responsabbli għall-finanzi.
TAQSIMA VI
Tmexxija u Rapporti Finanzjarji
Tħejjija tar-rapport 
ammimstrattiv 
annwali.
16. (1) Malli tagħlaq kull sena finanzjarja għandu jitħejja mis-
Segretarju rapport amministrattiv annwali dettaljat. Dak ir-rapport
għandu - 
(a) jagħti kont lill-Kunsill tal-finanzi tiegħu matul is-sena
ta’ qabel;
(b) jirrevedi r-riżultati ta’ xogħol u finanzjarji miksuba kif
mqabbla ma’ l-għanijiet dikjarati, mal-pjanijiet u mal-
budget tal-Kunsill; u
(ċ) jinkludi dikjarazzjoni tad-dħul u l-infieq tal-Kunsill
fis-sena li tkun għalqet u l-fondi miżmuma mill-
Kunsill fl-aħħar tas-sena.
(2) Ir-rapport amministrattiv annwali dettaljat għandu jitħejja
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 7
skond il-forma speċifikata fil-proċeduri finanzjarji.
Approvazzjoni tar-
rapport 
amministrattiv 
annwali.
17. (1) Il-Kunsi1l għandu jiddiskuti r-rapport amministrattiv
annwali u jordna lis-Segretarju biex jagħmel it-tibdiliet li l-Kunsill
jidhirlu meħtieġa.
(2) Ikun id-dmir tal-Kunsill u tas-Segretarju li jiżguraw li d-
dikjarazzjonijiet finanzjarji li jifformaw parti mir-rapport
jippreżentaw b’mod xieraq, skond il-prattika ta’ accounting
applikabbli għal Kunsilli Lokali, id-dħul u l-infieq tal-Kunsill għal
dik is-sena li ntemmet u l-fondi miżmuma fl-aħħar tas-sena, u li
jkunu jħarsu l-Att, dawn ir-regolamenti u l-proċeduri finanzjarji.
(3) Il-Kunsill għandu japprova r-rapport amministrattiv
annwali mhux iktar tard mmn erba’ xhur wara t-tmiem ta’ l-ewwel
sena finanzjarja u sussegwentement mhux iktar tard minn tmiem
Lulju ta’ kull sena.
Pubblikazzjoni tar-
rapport 
amministrattiv 
annwali.
18. (1) Is-Segretarju għandu jippubblika r-rapport
amministrattiv annwali tal-Kunsill, inkluża kopja tad-
dikjarazzjomjiet finanzjarji verifikati, fi żmien ġimgħatejn mill-
approvazzjoni tal-Kunsill.
(2) Ir-rapport amministrattiv annwali għandu jitqiegħed għall-
wiri pubbliku fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill matul il-ħinijiet
normali tax-xogħol ta’ l-uffiċċju.
TAQSIMA VII
Arranġamenti Bankarji
Kontijiet bankarji.
jagħmel kull arranġament u ftehim mal-bankiera tal-Kunsill u
għandu jħaddem dawk il-kontijiet mal-bank kif jidhirlu meħtieġ.
(2) Il-kontijiet jinżammu biss ma’ dawk il-banek approvati
mill-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(3) Il-kontijiet mal-bank ma jintużawx għal ħwejjeġ personali.
Is-Segretarju 
jżomm records tal-
bank.
20. Is-Segretarju għandu jiżgura li għal kull kont mal-bank
għandu jinżamm record ta’ l-operazzjonijiet kollha bankarji
flimkien mad-dokumentazzjoni primarja awtorizzata.
Cekkijiet, ħlasijiet 
diretti, eċċ.
21. (1) Iċ-ċekkijiet kollha għandu jkollhom fuqhom l-istemma
tal-Kunsill u jkunu ordnati mis-Segretarju, li għandu jiżgura li
dawn ikunu f’kustodja sigura u li jintużaw tajjeb.
(2) Ċekkijiet maħruġa mill-Kunsill għall-ħlas -
(a) għandu jkollhom il-firem tas-Sindku u tas-Segretarju
flimkien;
(b) għandhom jitħejjew b’mod korrett;
(ċ) ma għandux ikollhom data futura;
(d) m’għandhomx ikunu ffirmati mingħajr ma jkollhom l-
ammont u isem it-titolari.
(3) Ċekkijiet, ħlasijiet diretti u trasferimenti jew ħlasijiet
interbankarji għandhom ikunu awtorizzati mill-Kunsill skond l-
ordni 32 ta’ l-Ordnijiet Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda li tinsab
8 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
ma’ l-Att.
Rikonċiljazzjoni 
mad-dikjarazzjoni 
tal-bank.
22. Is-Segretarju għandu kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux
iktar tard mill-għaxar jum tax-xogħol ta’ kull xahar, iħejji
dikjarazzjoni biex iqabbel il-bilanċ ta’ kull kont mal-bank kif ikun
jidher fil-kotba jew records tal-Kunsill mal-bilanċ li jkun jidher
fid-dikjarazzjoni tal-bank għax-xahar li jiġi minnufih qabel.
TAQSIMA VIII
Nfieq
Nfieq ta’ flus. 23. (1) Is-sistema tal-petty cash titmexxa skond is-sistemi li
ġejjin:
(a) ebda operazzjoni ma ssir bi flus għal infieq ta’ oġġetti
li f’daqqa jkunu jiswew iktar minn Lm10;
(b) il-Kunsill jista’ b’riżoluzzjoni jawtorizza lis-
Segretarju biex javvanza, kif ikun meħtieġ, dawk is-
somom ta’ flus lil impjegati bħala kont avvanzat għall-
ħlas mill-petty cash;
(ċ) impjegati li jkollhom kont avvanzat għandhom
iżommu record xieraq u, meta jintalbu, jagħtu lis-
Segretarju rendikont tal-kontijiet;
(d) impjegat li ma jibqax intitolat li jkollu kont avvanzat
għandu jagħti rendikont lis-Segretarju tal-flus
avvanzati lilu.
(2) Ebda mpjegat ma jista’ jittrasferixxi flus tal-Kunsill lil
impjegat ieħor mingħajr il-kunsens espress tas-Segretarju. Dak it-
trasfenment għandu lkun reġistrat.
(3) Kull xahar is-Segretarju għandu jagħti rendikont lill-
Kunsill għall-infieq kollu li jkun sar mill-petty cash matul ix-xahar
li jiġi minnufih qabel.
Xiri ta’ xogħlijiet, 
oġġetti u servizzi.
Emendat:
A.L. 222 ta’ l-
1999;
A.L. 324 ta’ l-
2002.
24. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra taħt il-proċeduri
finanzjarji, kull ordni, kuntratt u ftehim għax-xiri ta’ xogħlijiet,
oġġetti u servizzi biex ikunu provduti lill-Kunsill għandhom ikunu
awtorizzati mill-Kunsill. Din id-disposizzjoni ma tapplikax għal
xiri li jsir mill-petty cash u għall-provvista ta’ servizzi ta’ utilità
pubblika.
(2) Ordnijiet għal xiri li jsiru verbalment, inklużi ordnijiet li
jsiru bit-telefon, għandhom ikunu immedjatament ikkonfermati bil-
miktub.
(3) Qabel l-approvazzjoni tal-Kunsill għall-ordni ta’ xiri, is-
Segretarju jew l-impjegat responsabbli għax-xiri għandu jiżgura li
kull xirja tikkorrispondi ma’ u ma teċċedix item jew intestatura ta’
l-estimi approvati, kemm-il darba ma jkunx hekk awtorizzat mis-
Segretarju jew mill-Kunsill.
(4) Ordnijiet, kuntratti u ftehim għax-xiri mill-Kunsill jeħtieġu
l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill skond il-limiti ta’ approvazzjoni li
ġejjin:
(a) ordnijiet, kuntratti, kull ftehim jew oġġetti li ma
jkunux jeċċedu l-ħames mitt lira għandhom ikunu
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 9
awtorizzati mill-Kunsill skond l-ordni 32(1) ta’ l-
Ordnijiet Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda li tinsab
ma’ l-Att, kemm-il darba ma jinxtrawx oġġetti ta’ l-
istess xorta f’perijodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi;
L.S. 363.03
(b) ordnijiet, kuntratti, ftehim jew oġġetti li jeċċedu l-
ħames mitt lira iżda li ma jeċċedux l-elfejn lira
jeħtieġu għall-anqas tliet kwotazzjonijiet uffiċjali
iffirmati jew il-ħruġ ta’ offerta pubblika skond ir-
Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Offerti):
Iżda jekk il-Kunsill jagħżel kwotazzjoni, l-
awtorizzazzjoni tal-Kunsill skond ordni 32(1) ta’ l-
Ordnijiet Permanenti imsemmija qabel tkun teħtieġ
ukoll ġustifikazzjoni bil-miktub għall-kwotazzjoni
magħżula:
Iżda wkoll oġġetti oħra ta’ l-istess xorta ma
jinxtrawx f’perijodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi;
(ċ) ordnijiet, kuntratti, ftehim jew oġġetti li jeċċedu l-
elfejn lira jew ħamsa fil-mija mill-allokazzjoni
flnanzjarja ordinarja lil dak il-Kunsill, skond liema
jkun l-inqas, ikun jeħtieġu -
(i) il-ħruġ ta’ offerta pubblika skond ir-
Regolamenti dwar il-Kunsill Lokali (Offerti);
(ii) l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-ordni 32(1)
ta’ l-Ordnijiet Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda
li tinsab ma’ l-Att u skond ir-Regolamenti dwar
Kunsilli Lokali (Offerti).
(5) Ma jsir ebda xiri ta’ xogħlijiet, oġġetti jew provvisti
mingħand fornituri li jidhru fil-lista ta’ fornituri mhux awtorizzati
fil-proċeduri finanzjarji.
Nfieq kapitali.
Segretarju flimkien.
(2) Infieq ta’ xorta kapitali mill-fondi tal-Kunsill jeħtieġu
ġustifikazzjoni bil-miktub mis-Segretarju u għandhom ikunu
approvati mill-Kunsill li jimxi skond il-proċeduri stipulati fir-
regolament 24(4)(a), (b) u (ċ).
(3) Is-Segretarju għandu jiżgura li -
(a) l-infieq kapitali jaqbel mal-proġetti approvati fl-estimi
tal-budget annwali u fil-pjan tax-xogħol għal dik is-
sena, kemm-il darba ma jkunx awtorizzat xort’oħra
mill-Kunsill;
(b) ir-records tal-Kunsill għandhom ikunu sostnuti bil-
preżenza fiżika ta’ oġġetti kapitali.
Ħlasijiet.
barra minn dawk li jsiru mill-petty cash, isiru b’ċekk, trasferiment
bankarju, jew dokument ieħor li jsir mis-Sindku u mis-Segretarju
flimkien mill-kontijiet bankarji tal-Kunsill.
(2) L-ordnijiet għall-ħlas u fatturi għandhom ikunu ċertifikati
bħala korretti mis-Segretarju qabel ma jitħallsu. Għal dan l-għan is-
10 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
Segretarju għandu jeżamina d-dokumenti u jkollu l-jedd li jista’
jistaqsi mistoqsijiet u li jirċievi dak it-tagħrif li jkun jeħtieġ.
(3) Ordnijiet għall-ħlas għandhom ikunu ċertifikati mis-
Segretarju, approvati mill-Kunsill u ffirmati skond l-ordni 32(1) ta’
l-Ordnijiet Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda li tinsab ma’ l-Att.
(4) Is-Segretarju għandu jissodisfa lill-Kunsill li -
(a) id-dokumentazzjoni kollha tkun miġbura b’mod xieraq
u korrett;
(b) jkun evitat ħlas żejjed jew doppju;
(ċ) iċ-ċekkijiet, il-ħlasijiet diretti, u t-trasferimenti inter-
bankarji jitħejjew b’mod korrett;
(d) avviżi ta’ rimessa jitħejjew b’mod korrett u jintbagħtu
mal-ħlasijiet.
Talbiet għal ħlas 
lura ta’ spejjeż.
27. (1) It-talbiet kollha għall-ħlas lura ta’ pagamenti li jkunu
saru minn Kunsillieri u minn impjegati matul il-qadi tad-dmirijiet
tagħhom tal-Kunsill għandhom isiru, u għandhom ikunu ċertifikati
mis-Segretarju, fuq il-formula xierqa skond il-proċeduri finanzjarji.
(2) It-talbiet kollha għal ħlas lura mill-Kunsillieri u mill-
impjegati għandhom jingħataw lis-Segretarju mhux iktar tard minn
ħamest ijiem wara li jagħlaq ix-xahar finanzjarju li matulu tkun
saret l-ispiża.
(3) Qabel ma titħallas, kull talba għandha tkun verifikata u
ċertifikata mis-Segretarju u wara tkun approvata mill-Kunsill u
iffirmata, skond l-ordni 32(1) ta’ l-Ordnijiet Permanenti li hemm
fis-Sitt Skeda li tinsab ma’ l-Att.
(4) Iċ-ċertifikazzjoni mis-Segretarju tkun tfisser li hu jkun
sodisfatt li l-ispiża tkun saret b’mod xieraq u neċessarju u li t-talba
għandha b’mod xieraq titħallas.
TAQSlMA IX
Impjegati u Ħlasijiet
Ħlas lis-Sindku u 
lill-impjegati.
28. (1) Is-Segretarju għandu jiżgura li l-ħlas ta’ salarji, pagi,
gratifikazzjonijiet u benefiċċji u ħlasijiet oħra lis-Sindku, impjegati
u impjegati li jkunu temmew l-impieg tagħhom isiru b’ċekk jew bi
trasferiment bankarju sa l-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar.
L.S.363.20
(2) Il-Kunsil1 u/jew is-Segretarju m’għandhomx jagħmlu
hlasijiet lil impjegati li ma jkunx maħtura skond ir-Regolamenti
dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) u l-proċeduri dwar riżorsi
umani.
Is-Segretarju 
għandu jżomm 
dettalji dwar il-ħlas 
ta’ impjegati.
29. (1) Dwar l-impjegati għandhom jinżammu mis-Segretarju
id-dettalji li ġejjin:
(a) ħatriet, riżenji, tkeċċijiet, sospensjonijiet,
sekondazzjonijiet u trasferimenti;
(b) nuqqas mix-xogħol minħabba mard, vaganzi, taħriġ u
raġunijiet oħra;
(ċ) bdil fir-rimunerazzjoni, inklużi inkrimenti normali u
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 11
għotjiet ta’ pagi negozjati fuq bażi nazzjonali;
(d) records li għandhom x’jaqsmu ma’ PAYE, sigurtà
soċjali, ħlas statutorju għall-mard u ħlas statutorju
għall-maternità .
L.S.363.20
(2) Il-ħatriet ta’ l-impjegati kollha għandhom isiru skond
metodi, gradi u rati ta’ paga approvati kif imfisser fir-Regolamenti
dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani) u l-proċeduri dwar riżorsi
umani.
(3) Records ta’ attendenza u dokumenti oħra dwar il-ħlas
għandhom ikunu ċertifikati mis-Segretarju.
Accounting tal-
pagi.
30. (1) Is-Segretarju għandu jżomm sistema ta’ accounting
ghall-ħlas tal-pagi kif stipulat fil-proċeduri finanzjarji.
(2) Ħlasijiet awtorizzati, prospetti u talbiet lid-Dipartiment tas-
Sigurtà  Soċjali u lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u lil kull
dipartiment ieħor tal-Gvern għandhom ikunu amministrati mis-
Segretarju u mibgħuta fil-ħin.
TAQSIMA X
Dħul
Sorveljanza ta’ 
ġbir ta’ flus.
31. Il-ġbir tal-flejjes kollha li jkollhom jitħallsu lill-Kunsill
ikun taħt is-sorveljanza tas-Segretarju.
Talba għal 
finanzjament mill-
Gvern.
32. Is-Segretarju għandu jagħmel talba bil-miktub lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi, permezz tal-Ministru, għall-
finanzjament mill-Gvern skond l-artikolu 57 ta’ l-Att.
Flus riċevuti.
diretti f’wieħed mill-kontijiet bankarji tal-Kunsill mis-Segretarju
jew minn xi impjegat awtorizzat.
(2) Is-Segretarju għandu jiżgura li d-dokumenti li jkunu mal-
ħlas ikunu mħejjija u mqabbla b’mod korrett mar-records rilevanti.
(3) Kull impjegat awtorizzat li jirċievi flus għandu kull jum
jagħti rendikont lis-Segretarju tal-flejjes kollha riċevuti minnu.
Flus dovuti, eċċ.
jitħallsu lill-Kunsill għandhom ikunu awtorizzati b’riżoluzzjoni tal-
Kunsill u jiġu ffirmati mis-Sindku u mis-Segretarju flimkien.
(2) Għal dan l-għan is-Segretarju għandu jqiegħed għad-
disposizzjoni tal-Kunsill kull dokument li jkun jeħtieġ.
(3) Is-Segretarju għandu jżomm dettalji biżżejjed u records
xierqa tal-flejjes kollha li jkollhom jitħallsu lill-Kunsill dwar
xogħlijiet magħmula, oġġetti provduti, servizzi mogħtija, jew
ħwejjeġ oħra.
(4) Is-Segretarju għandu jagħmel arranġamenti biex isiru
talbiet biex jinġabru flejjes li jkunu dovuti lill-Kunsill.
TAQSIMA XI
Assigurazzjoni u Sigurtà
1l-Kunsill jiżgura 
s-sigurtà .
35. Is-Segretarju għandu, bl-approvazzjoni tal-Kunsill, jiżgura
12 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
s-sigurtà  tal-beni u ta’ l-impjegati tal-Kunsill u jassigura lill-
Kunsill kontra telf, ħsara, korriment jew mewt u kontra kull xorta
jew forma ta’ danni jew talba minn terzi persuni.
Assigurazzjoni. 36. (1) Is-Segretarju għandu jagħmel l-assigurazzjonijiet
kollha meħtieġa u jaħdem mill-qrib ma’ l-assiguraturi tal-Kunsill
fuq il-ħwejjeġ kollha, magħduda talbiet għal ħlas.
(2) Is-Segretarju għandu b’mod regolari jirrevedi u meta
meħtieġ jemenda l-assigurazzjonijiet kollha bl-approvazzjoni tal-
Kunsill.
(3) Ma jingħata ebda indennizz mingħajr l-awtorità  tas-
Segretarju u l-assiguraturi tal-Kunsill.
(4) Membri tal-Kunsill u l-impjegati tal-Kunsill għandhom
ikunu assigurati kontra danni lil terzi persuni.
Talbiet, riskji u 
danni.
37. (1) Is-Segretarju għandu javża lill-Kunsill u lill-
assiguraturi tiegħu bit-talbiet kollha, u bir-riskji, proprjetajiet,
vetturi, makkinarju, tagħmir, impjant u attivitajiet ġodda li jkunu
jeħtieġu li jkunu koperti bl-assigurazzjoni u b’kull tibdil li jolqot
poloz ta’ assigurazzjoni eżistenti.
(2) L-impjegati għandhom minnufih javżaw lis-Segretarju
b’kull telf, danni, ħsara jew ġrajja li jistgħu jwasslu biex issir talba.
(3) L-impjegati għandhom jipprovdu lis-Segretarju avviż bil-
quddiem sew dwar kull proprjetà  li l-kustodja tagħha tkun ser tiġi
aċċettata temporanjament mill-Kunsill.
Sigurtà . 38. (1) Il-Kunsill jew l-impjegati tiegħu m’għandhomx
iżommu oġġetti ta’ valur f’isem terzi persuni.
(2) Is-Segretarju jkun responsabbli li jiżgura s-sigurtà  tal-bini,
stokk, ħażniet, għamara, tagħmir, makkinarju, flus u beni oħra tal-
Kunsill.
(3) Ma jistax jinżamm ammont ta’ iktar minn mitt lira fi flus.
(4) Iċ-ċwievet tas-safes u tal-postijiet oħra ta’ sigurtà
għandhom jinżammu fil-kustodja ta’ l-impjegat responsabbli. Kull
telf għandu jkun irrapportat lis-Segretarju immedjatament, u dan
għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex tinżamm is-sigurtà .
(5) Is-Segretarju għandu jiżgura s-sigurtà  u l-konfidenzjalità
tat-tagħrif miżmum mill-Kunsill, inklużi sistemi tal-computer, u
għandu jintroduċi u jinforza proċeduri u miżuri biex tinżamm is-
sigurtà  u l-konfidenzjalità .
TAQSIMA XII
Inventarji, Ħażniet u Stokkijiet
Kontroll ta’ 
inventarji.
39. Is-Segretarju għandu joħloq, iżomm u jikkontrolla
inventarju preċiż u aġġornat tal-beni u ta’ l-istokkijiet tal-Kunsill.
Inventarji. 40. (1) L-impjegati għandhom, b’konsultazzjoni mas-
Segretarju dwar il-forma u kontenut, iżommu inventarju ta’ l-
għamara, fittings, tagħmir, vetturi, impjant u makkinarju kollu u
beni oħra li jkunu taħt il-kontroll tagħhom.
KUNSILLI LOKALI (FINANZI) ġ L.S.363.01 13
(2) L-oġġetti kollha ta’ l-inventarju, barra minn oġġetti ta’
stokk, għandhom ikunu mmarkati permanentement jew
titwaħħlilhom tikketta biex ikunu jistgħu jiġu identifikati.
(3) Kull sena l-impjegati għandhom jivverifikaw l-oġġetti
kollha li jkollhom fuq l-inventarju u jagħmlu dak li jkun meħtieġ
dwar xi żieda jew nuqqas kif ikun deċiż b’konsultazzjoni mas-
Segretarju.
(4) Ebda proprjetà  tal-Kunsill ma tista’ tinġarr, jekk mhux fil-
kors normali tax-xogħol tal-Kunsill, mingħajr l-awtorizzazzjoni
bil-miktub tas-Segretarju.
(5) Ebda proprjetà  personali ma tista’ tinżamm jew tinħażen
fil-bini tal-Kunsill mingħajr l-awtorità  tas-Sindku. F’dak il-każ il-
proprjetà  tkun immarkata b’mod xieraq sabiex tiġi identifikata.
Ħażniet u 
stokkijiet.
41. (1) Is-Segretarju għandu jikkontrolla u jiżgura l-ħażna, il-
ħruġ u d-dħul ta’ oġġetti ta’ l-istokk fl-imħażen u mill-imħażen, u
jżomm inventarju preċiż ta’ l-oġġetti ta’ l-istokk.
(2) L-impjegati jridu jagħtu kont tal-kura u kustodja ta’ l-
istokkijiet u l-ħażniet kollha li jkunu taħt ir-responsabbiltà
tagħhom.
(3) M’għandhomx jinżammu stokkijiet iktar milli normalment
ikunu meħtieġa.
(4) Is-Segretarju għandu jagħmel arranġamenti biex kull tant
żmien l-istokkijiet u l-ħażniet ikunu verifikati indipendentement u
għandu jiżgura li l-istokkijiet kollha jkunu verifikati għall-anqas
darba fis-sena. Issir verifika fiżika li tkun taqbel mar-records
dokumentati ta’ l-istokk.
(5) L-impjegati għandhom jagħtu lis-Segretarju t-tagħrif kollu
dwar inventarji, ħażniet u oġġetti ta’ stokk għall-fini ta’ records ta’
accounting, costing u finanzi.
(6) Materjal, beni, stokkijiet jew tagħmir li ma jibqgħux tajbin
għall-użu għandhom jitneħħew b’offerta kompetittiva, b’irkant
pubbliku jew b’xi mezz ieħor approvat mill-Kunsill, u jinqatgħu
mill-kontijiet tal-Kunsill.
(7) Is-Segretarju għandu jgħarraf lill-Kunsill b’kull tneħħija
msemmija fis-subregolament (6).
TAQSIMA XIII
Proprjetà
Żamma ta’ 
dokumenti tal-
proprjetà .
42. (1) Is-Segretarju jkollu l-kustodja tal-kuntratti kollha li
bihom tkun ġiet trasferita proprjetà  u jkun responsabbli għas-
sigurtà  tagħhom. 
(2) Is-Segretarju għandu jżomm reġistru ta’ kull art u bini li
jkunu proprjetà  tal-Kunsill kif deskritt fil-proċeduri finanzjarji.
Negozjar ta’ 
proprjetà .
43. (1) Negozjar ta’ proprjetà  jsir skond il-proċeduri
finanzjarji. 
14 L.S.363.01 ħ KUNSILLI LOKALI (FINANZI)
L.S.363.03
(2) L-għoti b’kuntratt ta’ drittijiet, konċessjonijiet, permessi
jew awtorizzazzjoni sabiex proprjetà  tal-Gvern fil-lokal titmexxa,
titħaddem, tintuża jew tkun okkupata minn terzi persuni għandu jsir
wara li tkun saret sejħa għal offerti maħruġa skond ir-Regolamenti
dwar Kunsilli Lokali (Offerti):
Iżda dan isir jekk il-Gvern ikun awtorizza lill-Kunsill,
b’avviż fil-Gazzetta, biex jamministra dik il-proprjetà  tal-Gvern.
(3) L-għoti b’kuntratt ta’ drittijiet, konċessjonijiet, permessi
jew awtorizzazzjonijiet oħra fil-lokal għandu jsir wara li tkun saret
sejħa għal offerti maħruġa skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli
Lokali (Offerti).
TAQSIMA XIV
Investimenti u Self
Amministrazzjoni 
ta’ investimenti u 
self.
44. Is-Segretarju għandu jamministra u jikkontrolla
investimenti u self f’isem il-Kunsill.
Investimenti. 45. (1) Il-Kunsill jista’ jinvesti flusu biss f’sigurtajiet, inklużi
stocks, bonds, u bills, maħruġin mill-Gvern.
(2) Is-sigurtajiet kollha, magħduda stocks, bonds u bills 1i
jkunu proprjetà  tal-Kunsill jew miżmuma f’ismu, għandhom
jinżammu fil-kustodja tal-bankiera tal-Kunsill.
Self. 46. (1) F’ċirkostanzi eċċezzjonali self jista’ jsir f’isem il-
Kunsill iżda biss wara l-approvazzjoni bil-miktub tal-Ministru, bi
ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
(2) Is-Segretarju għandu jżomm record tas-self kollu tal-
Kunsill.
