KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA) ġ L.S.363.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.02
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(VERIFIKA)
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-1993.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu.
Kunsilli Lokali (Verifika).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"Kunsill", "Kunsillier", "Awditur Ġenerali", "sena finanzjarja",
"lokalità ", "Sindku", "Ministru" u "Segretarju" għandhom l-istess
tifsir kif mogħti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att;
L.S.363.01
"proċeduri finanzjarji" tfisser il-proċeduri finanzjarji għal
Kunsilli Lokali maħruġa mill-Ministru u li għandhom jitħarsu mill-
Kunsilli fil-qadi tad-dmirijiet u responsabbiltajiet finanzjarji
tagħhom taħt l-Att u skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali
(Finanzi);
"proċeduri ta’ verifika" tfisser il-proċeduri ta’ verifika għal
Kunsilli Lokali maħruġa mill-Ministru;
"udituri" tfisser l-udituri tal-gvern lokali maħtura taħt l-artikolu
65 ta’ l-Att;
"uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill" għandha l-istess tifsir kif
mogħti fl-artikolu 48 ta’ l-Att.
TAQSIMA II
Verifika Finanzjarja
Verifika annwali.
Kunsill għandhom ikunu verifikati minn udituri fl-aħħar ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Wara li jtemmu kull verifika annwali, l-udituri għandhom
iħejju rapport annwali tal-verifika fuq id-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-Kunsill, fejn jagħtu l-fehma tagħhom dwar jekk -
(a) il-kontijiet tal-Kunsill jippreżentawx jew le b’mod
xieraq, skond il-prattika ta’ accounting applikabbli
għal Kunsilli, id-dħul u l-infieq u l-fondi miżmuma
mill-Kunsill; u
(b) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kunsill kienux jew
le mħejjija skond l-Att, dawn ir-regolamenti u l-
proċeduri ta’ verifika.
(3) Ir-rapport annwali tal-verifika għandu jingħata lill-Awditur
Ġenerali mhux iktar tard minn tnax-il ġimgħa wara t-tmiem tas-
2 L.S.363.02 ħ KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA)
sena finanzjarja għall-ewwel sena u sussegwentement mhux iktar
tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena.
(4) Kopja tar-rapport annwali tal-verifika għandha titqiegħed
għall-wiri pubbliku fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill matul il-
hinijiet normali ta’ l-uffiċċju tal-Kunsill.
Verifika interim. 4. (1) L-udituri għandhom jagħmlu verifiki interim matul is-
sena finanzjarja jekk hekk mitlubin mill-Awditur Ġenerali u fuq
suġġetti msemmija minnu.
(2) Malli jispiċċaw kull verifika interim l-udituri għandhom
iħejju rapport tal-verifika interim fuq is-suġġett tal-verifika.
(3) Ir-rapport tal-verifika interim għandu jingħata lill-Awditur
Ġenerali mhux iktar tard minn tmien ġimgħat wara li tkun
intemmet il-verifika interim jew sa dik id-data l-oħra mitluba mill-
Awditur Ġenerali, skond liema tkun l-ewwel data.
(4) Kopj a tar-rapport tal-verifika interim għandha titqiegħed
għall-wiri pubbliku fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali
matul il-ħinijiet normali ta’ l-uffiċċju tal-Kunsill.
Koperazzjoni ma’ 
l-udituri.
5. (1) Il-Kunsillieri, is-Segretarju u l-impjegati l-oħra
għandhom jikkoperaw ma’ l-udituri u ma’ l-assistenti tagħhom u
jagħtuhom l-ispjegazzjonijiet orali u bil-miktub, kif jeħtieġu l-
uditri, kif ukoll aċċess għall-proprjetà , għad-dokumenti u għall-
beni kollha tal-Kunsill.
(2) Il-Kunsillieri, is-Segretarju u l-impjegati l-oħra għandhom
ukoll jagħtu l-faċilitajiet kollha lill-udituri biex dawn ikollhom
aċċess għat-tagħrif, records u rapporti kollha tal-Kunsill li l-udituri
jkunu jeħtieġu fit-twettiq tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet
tagħhom.
Rapporti speċjali. 6. (1) Jekk l-udituri -
(a) jinnutaw xi dgħjufija serja fl-operazzjonijiet ta’
accounting jew finanzjarji tal-Kunsill, li fil-fehma
tagħhom, jistgħu jwasslu għat-twaqqif ta’ dawk l-
operazzjonijiet; jew
(b) ikollhom suspett ta’ frodi, approprjazzjoni indebita
jew abbuż tal-kariga minn xi Kunsillier jew impjegat;
jew
(ċ) jinnutaw xi ħaġa li tista’ tolqot il-fehma tagħhom dwar
jekk kienux xierqa kontijiet u d-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-Kunsill,
dawn għandhom jirreġistraw dak li jsibu f’rapport speċjali li
jingħata lill-Ministru u lill-Awditur Ġenerali.
(2) L-Awditur Ġenerali għandu jeżamina r-rapport speċjali u
għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli għall-finanzi dwar kull azzjoni li tkun xierqa fiċ-
ċirkostanzi.
Ittra ta’ direzzjoni. 7. (1) Wara li jtemmu kull verifika l-udituri għandhom jagħtu
ittra ta’ direzzjoni lis-Sindku li tkun tinkludi sommarju ta’ dak li l-
udituri jkunu sabu u dak li jirrakkomandaw dwar l-operazzjonijiet
KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA) ġ L.S.363.02 3
ta’ accounting u dawk finanzjarji tal-Kunsill.
(2) Il-Kunsill u s-Segretarju għandhom -
(a) jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-udituri
dwar nuqqas ta’ tħaris ta’ l-Att, ta’ dawn ir-
regolamenti u ta’ regolamenti jew proċeduri maħruġa
taħt l-Att;
(b) jikkunsidraw b’mod xieraq l-implimentazzjoni tar-
rakkomandazzjonijiet magħmula mill-udituri biex
isaħħu xi dgħjufija fl-operazzjonijiet ta’ accounting
jew dawk finanzjarji.
(3) Is-Sindku għandu jagħti kopja ta’ l-ittra ta’ direzzjoni lill-
Ministru u lill-Awditur Ġenerali fi żmien ġimagħtejn minn meta
jirċeviha fl-ewwel sena u sussegwentement sal-15 ta’ Lulju ta’ kull
sena.
(4) Is-Sindku għandu jagħti, flimkien ma’ l-ittra ta’ direzzjoni
speċifikata fis-subregolament (3), rapport fejn jispjega l-azzjonijiet
li jkun se jieħu l-Kunsill bħala riżultat ta’ l-ittra ta’ direzzjoni.
TAQSIMA III
Valur għal Flus (Value for Money) - li Jiżgura Kost, Ekonomija, 
Effiċjenza u Effettività
Paragun ta’ 
indikaturi biex 
ikejlu xogħol.
8. (1) Fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja l-udituri għandhom
janalizzaw u jipparagunaw l-indikaturi tal-Kunsill biex ikejlu kost,
ekonomija, effiċjenza u effettività  għas-sena kurrenti ma’ -
(a) l-indikaturi tal-Kunsill fit-tliet snin ta’ qabel;
(b) il-medja ta’ l-indikaturi jew kejl għall-Kunsilli Lokali
fis-sena ta’ qabel;
(ċ) l-indikaturi standard, meta applikabbli, li huma
speċifiċi għall-Kunsill;
(d) kull indikatur jew kejl ieħor meqjus xieraq mill-udituri
jew stipulati bil-proċeduri finanzjarji.
(2) L-udituri għandhom jirrapportaw lill-Kunsill dwar l-analiżi
u l-paraguni magħmula skond is-subregolament (1). Is-Sindku
għandu jagħti kopja lill-Ministru u lill-Awditur Ġenerali flimkien
ma’ l-ittra ta’ direzzjoni speċifikata fir-regolament 7(3).
(3) Is-Segretarju għandu jinkludi l-paragun ta’ l-indikaturi tal-
kejl ta’ xogħol fir-rapport annwali amministrattiv imsemmi fl-
artikolu 52 ta’ l-Att.
Verifika ta’ valur 
għal flus.
9. (1) Fuq it-talba tad-Direttur tal-Verifika jew kif stipulat
fil-proċeduri ta’ verifika, l-udituri għandhom jagħmlu verifika ta’
valur għal flus dwar jekk il-Kunsill ikunx għamel arranġamenti
xierqa biex jiżgura ekonomija, effiċjenza u effettività  dwar dawn
kollha li ġejjin jew uħud minnhom:
(a) struttura ta’ l-organizzazzjoni tal-Kunsill;
(b) kull policy u prattika;
(ċ) sistemi u proċeduri;
4 L.S.363.02 ħ KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA)
(d) riżorsi umani, finanzjarji u fiżiċi;
(e) indikaturi li jkejlu xogħol b’relattività  ma’ kost,
ekonomija, effiċjenza u effettività .
(2) Fuq dak li jirriżultalhom mill-verifika ta’ valur għal flus, l-
udituri għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-
għan li b’mod ġenerali jitjieb ix-xogħol u l-valur operattiv tal-
Kunsill lejn il-pubbliku.
(3) Is-Sindku għandu jagħti kopja tar-riżultanzi u tar-
rakkomandazzjonijiet tal-verifika ta’ valur għal flus lill-Ministru u
lill-Awditur Ġenerali fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevihom.
