KUNSILLI LOKALI (OFFERTI) ġ L.S.363.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.03
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(OFFERTI)
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 157 ta’ l-1993.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu.
Kunsilli Lokali (Offerti).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"garanzija ta’ l-offerta" tfisser il-garanzija li min jagħmel l-
offerta jkun meħtieġ jagħmel favur il-Kunsill skond il-proċeduri ta’
offerti;
"is-somma ta’ l-offerta" tfisser is-somma totali offerta minn
kuntrattur għal xi kuntratt ta’ xogħlijiet, servizzi, materjal jew
provvisti;
"Kumitat ta’ l-Offerti" tfisser il-Kunsill innifsu, jew, jekk ikun
maħtur kumitat biex jipproċessa, jivvaluta u jiddeċiedi l-offerti
skond l-artikolu 40(2) ta’ l-Att, dak il-kumitat maħtur;
"kuntrattur" tfisser il-persuna li l-offerta tagħha tkun aċċettata
mill-Kumitat ta’ l-Offerti;
"proċeduri ta’ offerti" tfisser il-proċeduri ta’ offerti għal Kunsilli
Lokali maħruġa mill-Ministru u li għandhom jitħarsu mill-Kunsilli
fil-qadi tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt l-Att u
skond dawn ir-regolamenti.
TAQSIMA II
Offerti 
Awtorizzazzjoni 
ta’ nfieq li jsir 
b’offerti.
3. (1) Qabel ma tinħareġ sejħa pubblika għal offerti dwar
xogħlijiet, servizzi, materjal jew provvisti, is-Segretarju għandu
jiżgura:
(a) li x-xogħlijiet, servizzi, materjal jew provvisti proposti
jkunu jagħmlu parti mill-pjan tax-xogħol tal-Kunsill u
jkunu skond dak il-pjan kif stipulat fl-artikolu 59 ta’ l-
Att;
(b) li jkun hemm provdut għall-infieq propost u li dan
ikun skond l-estimi approvati ta’ dħul u nfieq tal-
Kunsill, u jkun skond l-artikoli 56 u 61 ta’ l-Att;
(ċ) li jkun hemm fondi biżżejjed biex l-infieq propost jew
mistenni jkun jista’ jitħallas;
(d) li l-Kunsill ikun awtorizza l-ispiża.
2 L.S.363.03 ħ KUNSILLI LOKALI (OFFERTI)
L.S.363.01
(2) Kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra fl-Att jew fir-
Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) sejħa għal offerti
għandha tinħareġ meta l-Kunsill ikun jeħtieġ xogħlijiet, servizzi,
materjal jew provvisti li jkunu meħtieġa biex jaqdi l-funzjonijiet
tiegħu.
Infieq li jeċċedi 
ċertu ammont 
jeħtieġ sejħa għal 
offerti.
L.S.363.01
4. Tkun meħtieġa sejħa għal offerti meta l-infieq propost jew
mistenni jkun jeċċedi l-limiti kif imfissra fir-regolament 24, jew
jaqa’ taħt id-disposizzjonijiet tar-regolament 43 tar-Regolamenti
dwar Kunsilli Lokali (Finanzi).
Proċeduri għal 
offerti.
5. Kull sejħa għal offerti għandha ssir skond il-proċeduri ta’
offerti.
Min jagħmel 
offerta jkun 
meħtieġ jagħti 
garanzija.
6. Il-Kunsill jista’ jeħtieġ li kull min jagħmel offerta jkollu
jipprovdi garanzija ta’ l-offerta li tingħata flimkien ma’ l-offerta.
TAQSIMA III
Għoti ta’ Offerti
Ftuħ ta’ l-offerti. 7. Is-Segretarju flimkien ma’ żewġ Kunsillieri maħtura mill-
Kunsill għandhom jiftħu fil-pubbliku l-offerti li jkunu saru wara
sejħa għal offerti maħruġa skond l-artikolu 40 ta’ l-Att u jagħmlu
skeda ta’ l-offerti kollha riċevuti.
Eżami ta’ offerti u 
deċiżjoni 
dwarhom.
8. Il-Kumitat ta’ l-Offerti għandu jeżamina l-offerti kollha u
jiddeċiedi dwarhom skond l-artikolu 40 ta’ l-Att.
Għoti ta’ offerta. 9. (1) Il-Kumitat ta’ l-Offerti għandu jiddeċiedi fuq l-għoti
ta’ offerta, u s-Segretarju għandu jippubblika d-deċiżjoni tal-
Kumitat skond l-artikolu 40(2)(ċ) ta’ l-Att.
(2) Is-Segretarju għandu joħroġ ittra ta’ aċċettazzjoni lil min
jagħmel offerta li tkun ġiet aċċettata.
TAQSIMA IV
Kuntratti
Kuntratturi jagħtu 
garanzija, eċċ.
10. Fi żmien sebat ijiem mill-ittra ta’ l-aċċettazzjoni, jew f’dak
iż-żmien itwal li l-Kumitat ta’ l-Offerti jista’ f’ċirkostanzi
eċċezzjonali jiddeċiedi, il-kuntrattur għandu jipprovdi l-garanzija u
l-assigurazzjonijiet meħtieġa skond il-proċeduri ta’ offerti.
Firma tal-kuntratti. 11. Wara dan kuntratt ta’ ftehim għandu jkun iffirmat bejn il-
Kunsill u l-kuntrattur.
