KUNSILLI LOKALI (ILMENTI) ġ L.S.363.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.04
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(ILMENTI)
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 159 ta’ l-1993.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu.
Kunsilli Lokali (Ilmenti).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"ilment" tfisser kull anzjetà , allegazzjoni, kritika, aggravju,
akkuża jew protest jew kull tagħrif ieħor negattiv indirizzat lil, jew
riċevut mill-Kunsill jew minn xi impjegat tal-Kunsill sew
direttament jew indirettament;
"ilment urġenti" tfisser ilment li min-natura tiegħu jkun meqjus
bħala urġenti u tinkludi ilment li -
(a) jallega ksur serju ta’ xi liġi nazzjonali jew lokali; jew
(b) juri li jkun hemm riskju serju għas-sigurtà ; jew
(ċ) juri li jistgħu jiġġarrbu danni sostanzjali mill-Kunsill;
jew
(d) hekk jitqies mis-Segretarju.
Kondizzjonijiet 
ġenerali u 
klassifika ta’ 
lmenti.
3. (1) L-ilmenti kollha jkunu trattati u kunsidrati skond dawn
ir-regolamenti u l-proċeduri kollha li jistgħu jinħarġu mill-
Ministru, u għandhom ikunu klassifikati taħt dawn it-tliet kategoriji
li ġejjin:
(i) Ilmenti ta’ l-Ewwel Kategorija li jirreferu għal ħwejjeġ
ġenerali ta’ Kunsilli Lokali kif imfisser fl-Att u
jinkludu:
(a) attivitajiet, azzjonijiet jew sitwazzjonijiet mhux
leġittimi kif deskritt fl-artikolu 13(1), fl-artikolu
16(1), fl-artikolu 22(a) u (b) u fl-artikolu 71 ta’
l-Att;
(b) kull attività  oħra illeġittima tal-Kunsill, tal-
Kunsillieri, tas-Segretarju jew ta’ xi impjegat
ieħor;
(ċ) eżekuzzjoni mhux sodisfaċenti jew inkorretta
tal-funzjonijiet, amministrazzjoni jew xi xogħol
ieħor tal-Kunsill, ta’ Kunsillieri, tas-Segretarju
jew ta’ xi impjegat ieħor, iżda esklużi lmenti tat-
Tieni Kategorija;
(d) jekk il-Kunsill xjentement ma jagħtix każ tal-
2 L.S.363.04 ħ KUNSILLI LOKALI (ILMENTI)
kontravenzjoni ta’ bye-law;
(e) attivitajiet tal-Kunsill li jwasslu għal danni
konsegwenzjali għal min jagħmel l-ilment, iżda
esklużi lmenti tat-Tieni Kategorija;
(f) aspetti jew attivitajiet negattivi li għandhom
x’jaqsmu mal-pulizija, traffiku, ambjent, saħħa,
edukazzjoni, protezzjoni tal-konsumatur, u kull
attività  li x’aktarx iddejjaq lil ħaddieħor.
(ii) Ilmenti tat-Tieni Kategorija li jirreferu għall-
funzjonijiet speċifiċi li ġejjin tal-Kunsill:
(a) servizzi jew xogħlijiet difettivi jew mhux
sodisfaċenti li jsiru mill-Kunsill jew għalih;
(b) materjal jew provvisti difettużi provduti mill-
Kunsill jew lilu;
(ċ) funzjonijiet tal-Kunsill imsemmija fis-
subparagrafi (a) u (b) li jwasslu għal danni
konsegwenzjali għal min jagħmel l-ilment.
(iii) Ilmenti tat-Tielet Kategorija li jirreferu għal ħwejjeġ
ta’ terzi persuni u jinkludu:
(a) strutturi, ħwejjeġ jew attivitajiet fil-lokalità  li
jkunu perikolużi, bla sigurtà , ta’ dannu għas-
saħħa, koroh jew danneġġanti;
(b) attivitajiet kummerċjali, ta’ bini jew
kostruzzjoni li jkunu mhux leġittimi, ta’ periklu
jew mhux meħtieġa.
TAQSIMA II
X’isir minn ilmenti
Reġistrazzjoni u 
klassifika ta’ 
lmenti.
4. (1) Meta jirċievi lment is-Segretarju għandu jiżgura li dan
ikun reġistrat flimkien mad-dettalji kollha oriġinali u li jkun
investigat sew u trattat sakemm jingħalaq.
(2) L-ilmenti jkunu klassifikati skond il-kategoriji, xorta u grad
ta’ importanza jew urġenza skond dawn ir-regolamenti u skond l-
proċeduri kollha li jistgħu jinħarġu mill-Ministru. Il-Kunsill jista’
wkoll jadotta proċeduri interni li ma jkunux inkonsistenti ma’ l-
imsemmija regolamenti jew proċeduri.
Ilmenti li jolqtu lil 
terzi.
5. Il-Kunsill jista’ jittratta l-ilmenti tat-Tielet Kategorija
f’isem min jagħmel l-ilment:
Iżda:
(a) is-suġġett ta’ dak l-ilment ma jkunx jaqa’ taħt il-
kompetenza ta’ dipartiment jew aġenzija tal-Gvern;
(b) il-Kunsill jew is-Segretarju jqis li s-suġġett ta’ dak l-
ilment ikun ta’ importanza għal-lokalità .
Ilmenti ta’ xorta 
urġenti.
6. (1) Is-Segretarju għandu jwieġeb dwar ilmenti ta’ xorta
urġenti jew jallokhom fi żmien erba’ u għoxrin siegħa minn meta
jkunu riċevuti.
(2) Is-Segretarju għandu minnufih jgħarraf lill-Kunsill b’kull
KUNSILLI LOKALI (ILMENTI) ġ L.S.363.04 3
ilment ta’ xorta urġenti u b’kull azzjoni li tkun ittieħdet.
Is-Segretarju 
jirrapporta lmenti 
ġodda lill-Kunsill.
7. (1) Is-Segretarju għandu jippreżenta lill-Kunsill rapport li
fih jitniżżel l-ilmenti ġodda kollha riċevuti sa qabel kull laqgħa tal-
Kunsill.
(2) Ir-rapport imsemmi fis-subartikolu (1) għandu jinkludi
rakkomandazzjonijiet u tagħrif relattiv sabiex il-Kunsill ikun jista’
jikkunsidra kif għandu jaġixxi fuq l-ilmenti ġodda riċevuti.
Rapport dwar 
f’hiex ikunu waslu 
l-ilmenti.
8. (1) Is-Segretarju għandu f’kull laqgħa tal-Kunsill
jirraporta lill-Kunsill dwar fejn ikunu waslu l-ilmenti kollha.
(2) Ir-rapport imsemmi fs-subregolament (1) għandu jinkludi:
(a) analiżi ta’ l-ilmenti skond il-kategorija, xorta u grad
ta’ importanza;
(b) il-medja taż-żmien li tittieħed mill-Kunsill biex
jagħlaq ilment fis-sena finanzjarja kurrenti;
(ċ) kemm ikun ilhom li saru l-ilmenti pendenti;
(d) l-identifikazzjoni ta’ lmenti li mix-xorta tagħhom
ikollhom x’jaqsmu ma’ xulxin jew li jindikaw li
problema, każ jew sitwazzjoni partikolari jkunu ħżienu
jew tjiebu;
(e) it-tendenza ta’ kif jidħlu l-ilmenti ta’ kull xahar.
Il-Kunsill jaqta’ 
dwar l-ilmenti.
9. (1) Il-Kunsill għandu jiddiskuti r-rapporti ppreżentati mis-
Segretarju taħt ir-regolamenti 6 u 7 u għandu jiddeċiedi l-azzjoni li
għandha tittieħed jew x’risposta għandha tingħata.
(2) Is-Segretarju għandu jiżgura li dawk id-deċiżjonijiet tal-
Kunsill ikunu implimentati kemm jista’ jkun malajr.
Għeluq ta’ lmenti.
(a) jkun miċħud bħala frivolu, vessatorju jew trivjali mill-
Kunsill;
(b) il-Kunsill isib li dak l-ilment ma jkunx raġonevoli,
sostanzjat, bażat jew ġustifikat;
(ċ) il-Kunsill ikun solva l-każ, l-inkwiet, il-punt jew is-
sustanza ta’ l-ilment billi jkun ipprovda t-tagħrif għas-
sodisfazzjon ta’ min jagħmel l-ilment;
(d) min jagħmel l-ilment jirtirah u l-Kunsill ikun sodisfatt
li l-ilment għandu jingħalaq;
(e) il-Kunsill, jew xi korp jew organizzazzjoni oħra li lilha
jkun intbagħat l-ilment tkun indirizzat is-suġġett ta’ l-
ilment b’mod li jissodisfa lil min jagħmel l-ilment;
(f) il-Kunsill ikun indennizza jew ikkumpensa lil min
għamel l-ilment wara talba għad-danni;
(g) il-Kunsill ikun beda proċedimenti legali f’każ ta’ ksur
ta’ liġijiet nazzjonali jew bye-laws tal-lokalità ;
(h) il-Kunsill ikun b’mezzi oħra ssodisfa lil min jagħmel l-
ilment.
4 L.S.363.04 ħ KUNSILLI LOKALI (ILMENTI)
(2) Jekk il-każ ta’ l-ilment ikun sub judice jew ikun qed
jistħarreġ mill-pulizija jew ikun intbagħat lill-Kummissjoni
Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, l-ilment għandu jintbagħat sine
die sakemm tingħata d-deċiżjoni jew jingħata riżultat ta’ l-istħarriġ.
Is-Segretarju 
jirrispondi l-
ilmenti.
11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, is-
Segretarju għandu jirrispondi bil-miktub kull ilment fi żmien tletin
jum minn meta jkun riċevut.
(2) Ir-risposta msemmija fis-subartikolu (1) għandha tinkludi
tagħrif, dettalji ta’ kull stħarriġ u l-azzjoni li tkun ittieħdet jew li
tkun se tittieħed u għandha tgħid jekk il-Kunsill iqisx l-ilment
magħluq jew le skond ir-regolament 10.
(3) Meta l-ilment ikun ingħalaq is-Segretarju għandu jgħarraf
lil min jagħmel l-ilment.
(4) Kull tletin jum is-Segretarju għandu jkompli jaġġorna bil-
miktub lil min jagħmel l-ilment sakemm dan jingħalaq skond ir-
regolament 10.
