SKIPS (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.05 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.05
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
16 ta’ Settembru, 1994
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 27/1/94.
Titolu.
(Kunsill Lokali Ħamrun).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun;
"skip" tfisser kull skip provdut mill-Kunsill jew taħt l-awtorità
tiegħu u mqiegħda f’post pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-
Ħamrun u tinkludi skips maħsuba biex jintużaw mill-pubbliku
għad-depożitu ta’ żibel domestiku;
"żibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar minn postijiet ta’
abitazzjoni magħduda appartamenti u djar residenzjali, iżda ma
tinkludix żibel jew skart ta’ natura kummerċjali jew industrijali.
Tqegħid ta’ skips.
tqiegħed xi skip f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-
Ħamrun.
3.2 Iżda l-Kunsill jista’ jawtorizza bil-miktub lil xi persuna
biex tqiegħed skip matul kull żmien u f’kull post u b’dawk il-
pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu stipulati bl-awtorità
miktuba murija fl-Iskeda.
3.3 Għandu jitħallas meta ssir applikazzjoni lill-Kunsill mill-
persuna li tingħata awtorità  taħt dan l-ordinament dritt ta’ erbgħin
ċenteżmu għal kull jum dwar kull skip.
3.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorità  miktuba, tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
Użu ħażin ta’ l-
iskips.
4. Ebda persuna ma għandha:
4.1 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew tħassar xi marki
stampati jew imwaħħlin ma’ xi skip; jew
4.2 wara li tuża l-iskip, tħalli l-għatu tagħha miftuħ; jew
4.3 tuża l-iskip għal xi għan li ma jkunx maħsub għalih;
jew
4.4 meta l-iskip tkun mimlija, tiddepożita xi żibel b’mod li
l-għatu ta’ l-iskip ma jingħalaqx sewwa; jew
4.5 meta tiddepożita dak iż-żibel, ixxerred xi żibel barra
mill-iskip; jew
4.6 titfa’ jew tiddepożita xi żibel maġenb l-iskip; jew
4.7 tiddepożita fl-iskip xi żibel, oġġetti jew sustanza li ma
jkunux ta’ xorta domestika; jew
2 L.S.363.05 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
4.8 tiddepożita fl-iskip xi oġġett goff jew likwidu jew xi
żibel, oġġetti jew sustanza li l-iskip ma tkunx maħsub
li tirċievi; jew
4.9 tneħħi l-iskip minn fejn tkun qiegħda; jew
4.10 wara l-1 ta’ Jannar, 1996, tiddepożita fl-iskip xi żibel
li ma jkunx tqiegħed f’borża magħluqa, ta’ xorta u
materjal approvat mill-Kunsill.
Reati u pieni. 5.1. Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 4 tkun ħatja ta’ kontrawenzjoni u
teħel meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx applikabbli piena ogħla
taħt xi liġi oħra:
5.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin
lira, u
5.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara ammenda ta’ tletin
lira.
5.2 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinament 3, persuna
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira, u fil-każ ta’ reat
kontinwu, ammenda oħra ta’ ħames liri għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
5.3 L-għotja ta’ piena taħt dan l-ordinament tkun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor kull danni ċivili li jkunu saru bl-
għemil ta’ kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
Temm ta’ l-
awtorità .
6. Il-Kunsill jista’ jtemm l-awtorità  mogħtija skond dawn il-
Bye-Laws jekk ikun sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-
kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  ma
jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil sostanzjali
f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li dik l-
awtorità  tiġi rtirata.
SKIPS (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.05 3
SKEDA
(Ordinament 3.2)
KUNSILL LOKALI ĦAMRUN
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 3 tal-Bye-Laws dwar Skips
(Kunsill Lokali Ħamrun), il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qiegħed jagħti l-kunsens
tiegħu lil ........................................... li joqgħod ......................................................
................................ biex iqiegħed ................. skip/s fil-konfini tal-lokalità  tal-
Ħamrun bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip għandu jkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat bil-miktub mill-
Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip jekk
mhux bil-kunsens tal-Kunsill mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip dawk il-marki li
jistgħu jiġu permessi mill-Kunsill mogħtija bil-miktub.
4. L-iskip/s għandhom jiġu mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill, fuq il-
pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tara li l-iskip tiġi mbattla kull ................ jew
hekk kif timtela, liema mit-tnejn iseħħ l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali Ħamrun) għandhom japplikaw għal
kull skip imqiegħda fil-lokalità  tal-Ħamrun.
7. Il-persuna awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun
aċċettabbli għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex
tindennizza lill-Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew
b’konsegwenza jew in konnessjoni mat-tqegħid ta’ dawn l-skip.
8. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax dan il-permess qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, dan il-permess ikun validu għall-
perijodu ta’ .................................. li jibda minn ..................................... .
9. Dan il-permess qiegħed jingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
