ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.06
REGOLAMENTI DWAR L-ASSOĊJAZZJONI
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
8 ta’ Novembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 153 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 86, 199 u
232 ta’ l-1998, 195 ta’ l-1999, 30 ta’ l-2000, 57 u 296 ta’ l-2001, 250 ta’ l-
2003 u 135 ta’ l-2004.
TAQSIMA I
Ġenerali
Titolu.
Assoċjazzjoni ta’ Awtoritajiet ta’ Gvern Lokali.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Assoċjazzjoni" tfisser l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
imwaqqfa bir-regolament 3;
Kap. 363.
"Kumitat" tfisser il-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni;
"Kummissjoni Elettorali" tfisser il-Kummissjoni Elettorali
mwaqqfa bl-artikolu 60 tal-Kostituzzjoni;
"Kungress" tfisser il-Kungress ta’ l-Awtoritajiet Lokali u
Reġjonali ta’ l-Ewropa u tinkludi l-Kamra ta’ l-Awtoritajiet Lokali
u l-Kamra ta’ l-Awtoritajiet Reġjonali ta’ l-istess Kungress;
"Kunsillier" tinkludi Sindku;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali;
"President" u "Viċi President" ifissru rispettivament il-persuni li
jokkupaw il-kariga ta’ President u ta’ Viċi President ta’ l-
Assoċjazzjoni eletti skond ir-regolament 8;
"Reġistratur" tfisser id-Direttur tad-Dipartiment responsabbli
għall-Kunsilli Lokali;
"Segretarju Eżekuttiv" tfisser il-persuna li tokkupa l-kariga ta’
Segretarju Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni maħtura skond ir-
regolament 4;
"sena finanzjarja" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar konsekuttivi li
jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.
TAQSIMA II
Titwaqqaf l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Twaqqif ta’ l-
Assoċjazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
3. (1) Għandu jkun hemm Assoċjazzjoni li tkun
tirrappreżenta l-Kunsilli Lokali kollha bil-għan li tħares u ġġib ’l
quddiem l-interessi komuni tal-Kunsilli Lokali kollha u li tkun
tirrappreżenta, unikament għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
lill-Kunsilli Lokali kollha, sew f’Malta sew barra minn Malta kif
ukoll f’assoċjazzjonijiet internazzjonali ta’ awtoritajiet ta’ gvern
2 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
lokali.
(2) L-Assoċjazzjoni hija korp b’personalità  ġuridika distinta
bis-setgħa li tagħmel kuntratti, li tħarrek u li tkun mħarrka, u li
tagħmel kull ħaġa oħra u li tidħol f’dawk l-operazzjonijiet li huma
inċidentali jew li jwasslu għall-eżerċizzju u għall-qadi tal-
funzjonijiet tagħha skond dawn ir-regolamenti:
Iżda l-Assoċjazzjoni ma jkollhiex setgħa li -
(a) tissellef jew tislef flus ħlief bl-awtorità bil-miktub tal-
Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-
Finanzi;
(b) tidħol f’xi għamla ta’ soċjetà kummerċjali ħlief bl-
awtorità bil-miktub tal-Ministru bi ftehim mal-
Ministru responsabbli għall-Finanzi.
(3) L-għanijiet ta’ l-Assoċjazzjoni huma li tħares u li
tippromwovi l-interessi komuni tal-Kunsilli Lokali kif ukoll li
toffri servizzi ta’ konsulenza u taħriġ fuq inizzjattivi tagħha kif
ukoll flimkien ma’ xi Kunsill jew Kunsilli oħra.
Għamla tal-
Kumitat Eżekuttiv.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
4. (1) L-Assoċjazzjoni jkollha Kumitat Eżekuttiv li jkun
magħmul minn sitt Kunsillieri fil-kariga.
(2) Il-Kunsillieri kollha fil-kariga eletti fil-Kunsilli Lokali
kollha għandu jkollhom id-dritt li jeleġġu l-Kumitat skond ir-
regolament 6.
Ħatra ta’ 
Segretarju 
Eżekuttiv.
(3) Il-Ministru għandu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat,
jaħtar uffiċjal pubbliku bħala s-Segretarju Eżekuttiv bl-inkarigu li
jaqdi d-dmirijiet lilu mogħtija skond dawn ir-regolamenti.
Aġent Segretarju 
Eżekuttiv.
(4) Il-Kumitat jista’, bl-approvazzjoni tal-Ministru, jaħtar
Aġent Segretarju Eżekuttiv biex iwettaq il-funzjonijiet minflok is-
Segretarju Eżekuttiv kull meta huwa ma jkunx jista’ jwettaq il-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu jew kull meta l-kariga ta’ Segretarju
Eżekuttiv tkun vakanti.
(5) Kull meta jinħatar Aġent Segretarju Eżekuttiv, għandhom
japplikaw ukoll il-kondizzjonijiet kollha li jirregolaw il-pożizzjoni
tas-Segretarju Eżekuttiv sa dak il-jum meta s-Segretarju Eżekuttiv
jerġa’ jassumi d-dmirijiet tiegħu jew il-Ministru jaħtar Segretarju
Eżekuttiv ġdid skond il-każ.
Kif isiru n-nomini 
għall-elezzjoni tal-
Kumitat Eżekuttiv.
Sostitwit:
A.L. 232 ta’ l-
1998.
5. (1) Kunsillier li jkollu l-ħsieb jikkontesta l-elezzjoni tal-
Kumitat għandu jiġi nominat permezz tal-formula li hemm fl-
Ewwel Skeda. Il-formula tan-nomina għandha tiġi kkunsinnata lil
wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali fl-Uffiċċju Elettorali mill-
kandidat innifsu, jew, jekk dan ma jkunx jista’ minħabba mard jew
għax ikun nieqes minn Malta, mir-rappreżentant awtorizzat minnu
bil-miktub, fil-ġranet u fil-ħinijiet stabbiliti għal dak il-għan mill-
Kummissjoni Elettorali.
(2) Kull nomina għandha ssir lill-Kummissjoni Elettorali u
għandha tiġi ffirmata minn proponent li jkun Kunsillier mil-lokalità
tal-kandidat innifsu, u minn żewġ sekondanti li jkunu Kunsillieri
minn żewġ lokalitajiet differenti u li ma jkunux anqas il-lokalità
tal-kandidat. Il-kandidat, fil-każijiet imsemmija fis-subregolament
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 3
(1), jew ir-rappreżentant tiegħu minnu awtorizzat bil-miktub,
għandu wkoll jiffirma li jkun qiegħed jaċċetta n-nomina.
Kif issir l-
elezzjoni.
Emendat:
A.L. 86 ta’ l-1998;
A.L. 199 ta’ l-
1998;
A.L. 195 ta’ l-
1999;
A.L. 250 ta’ l-
2003;
A.L. 135 ta’ l-
2004.
6. (1) Is-sitt membri tal-Kumitat Eżekuttiv għandhom jiġu
eletti bil-mezz tas-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali bl-użu
ta’ vot wieħed trasferibbli kif tapplika separatament għal kull
waħda minn żewġ listi kif ġej:
(a) lista ġenerali, li minnha jiġu eletti tliet membri minn u
minn fost il-Kunsillieri kollha li jkunu jokkupaw dik
il-kariga; u
(b) lista reġjonali, li minnha jiġu eletti tliet membri b’mod
li jiġi elett membru wieħed minn kull wieħed mit-tliet
reġjuni stabbiliti fit-Tieni Skeda minn u minn fost il-
Kunsillieri kollha li jkunu jokkupaw dik il-kariga u li
jkunu jirrappreżentaw il-lokalitajiet f’kull wieħed mir-
reġjuni:
Iżda kull Kunsillier jista’ jiġi nominat biex jikkontesta l-
istess elezzjoni taħt lista speċifika waħda biss, u fil-każ ta’
kontestazzjoni li ssir taħt il-lista reġjonali, taħt dak ir-reġjun
speċifiku biss li għalih tkun tappartjeni l-lokalità ta’ dak il-
Kunsillier.
(2) L-elezzjoni għandha ssir kull sentejn fit-tieni Sibt ta’
Ottubru wara li l-Kummissjoni Elettorali toħroġ avviż għal dan l-
għan:
Iżda l-Kumitat li ġie elett b’elezzjonijiet li saru fl-1 ta’
Diċembru, 2001, għandu jkompli f’dik il-kariga sa l-elezzjonijiet li
jmiss u li għandhom isiru fid-9 ta’ Ottubru, 2004:
Iżda meta l-elezzjoni għall-Kumitat ikollha ssir fi żmien
tlett xhur qabel ma jkunu se jsiru l-Elezzjonijiet Ġenerali, jew
referendi, jew elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, jew is-sessjoni
ordinarja annwali tal-Kungress, l-elezzjoni tista’ titħalla għal data
li tiġi stabbilita mill-Ministru, iżda f’kull każ mhux aktar tard minn
tliet xhur wara li jsiru dawk l-Elezzjonijiiet Ġenerali, ir-referendi,
l-elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali, jew is-sessjoni tal-Kungress,
skond il-każ:
Iżda wkoll, jekk l-elezzjoni titħalla għal wara, iż-żmien tal-
kariga tal-Kunsillieri bħala membri tal-Kumitat għandu jitwal bl-
istess żmien bħall-posponiment ta’ l-elezzjoni, u ż-żmien tal-kariga
tal-Kunsillieri li wara jiġu hekk eletti bħala membri tal-Kumitat
għandu jitnaqqas bl-istess żmien li bih ikun ittawwal iż-żmien tal-
kariga tal-Kunsillieri li kienu membri tal-Kumitat ta’ qabel.
(3) Is-Segretarju tal-Kunsill jagħmilha minflok il-Kummissjoni
Elettorali matul il-votazzjoni fll-lokalità tiegħu.
(4) Jekk sa tmiem iż-żmien stabbilit biex jsiru n-nomini l-
għadd ta’ kandidati nominati jkun ta’ tlieta jew inqas, fil-każ tal-
lista ġenerali, jew ikun ta’ wieħed biss fil-każ ta’ kull lista
reġjonali, il-Kummissjoni Elettorali għandha tiddikjara lill-
kandidati li jiġu hekk nominati li ġew eletti.
(5) Jekk ma’ tmiem iż-żmien stabbilit biex isiru n-nomini l-
għadd ta’ kandidati nominati jkun ta’ inqas minn tlieta fil-każ tal-
4 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
lista ġenerali,jew inkella ma tiġi riċevuta ebda nomina fil-każ ta’ xi
lista reġjonali, il-Kummissjoni Elettorali għandha toħroġ avviż
ġdid għall-elezzjoni biex jimtlew is-siġġijiet vakanti li jkun għad
fadal fil-lista ġenerali jew fil-lista reġjonali skond il-każ:
Iżda jekk wara li jkun ħareġ avviż ġdid ma jiġux riċevuti
aktar nomini, jew jekk l-għadd ta’ kandidati nominati jkun anqas
mill-għadd ta’ siġġijiet vakanti, dawk is-siġġijiet li wara dan
jibqgħu vakanti jistgħu jimtlew bl-għażla ta’ Kunsillier jew
Kunsillieri minn fost il-Kunsillier jew Kunsillieri li jkunu qabel
ġew dikjarati eletti mill-Kummissjoni, b’dan illi l-għażla tal-
membru l-ieħor jew membri oħra għandha tkun skond dawk il-
kriterji stabbiliti fl-istatut tal-Kungress.
Kumitat maħtur 
mill-Ministru.
(6) Jekk l-għadd ta’ kandidati għall-elezzjoni tal-Kumitat ikun
inqas minn erbgħa, jew meta l-Kumitat jiġi xolt għal xi raġuni
msemmija f’dawn ir-regolamenti, il-Ministru għandu jaħtar membri
biex jimlew il-postijiet battala u dan skond il-kriterji stabbiliti fl-
istatut tal-Kungress.
(7) Wara tletin jum mix-xoljiment tal-Kumitat jew minn meta
kellha ssir l-elezzjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni Elettorali
għandha tagħmel elezzjoni għal Kumitat ġdid:
Iżda wkoll, ma ssir ebda elezzjoni f’każ ta’ xoljiment meta
ż-żmien tal-ħatra li jkun fadal tal-Kumitat xolt ikun ta’ anqas minn
tliet xhur.
(8) Il-Kumitat li jkun għadu kemm ġie elett għandu jibqa’ fil-
kariga għall-bqija ta’ dak iż-żmien li kellu l-Kumitat xolt.
Persuni li 
għandhom jedd 
jivvutaw.
(9) Il-persuni li għandhom jedd li jivvutaw fl-elezzjoni tal-
Kumitat huma dawk il-Kunsillieri kollha li f’dak iż-żmien ikunu
fil-kariga.
Formuli tal-polza u 
l-proċeduri tal-
votazzjoni.
(10) Kull Kunsillier għandu jivvota fuq żewġ poloz li minnhom
waħda tkun tikkonsisti f’lista ġenerali, u l-oħra li tkun tikkonsisti
fil-kandidati eliġibbli f’ lista reġjonali skond ir-reġjun li l-votant
ikun jappartjeni għalih fl-għamla stabbilita fit-Tielet Skeda. Kull
polza għandu jkollha l-lista ta’ kandidati li jkunu indikati
b’isimhom (inkluż xi laqam li jista’ jkollhom), kif ukoll il-lokalità
jew ir-reġjun li jkunu qegħdin jirrappreżentaw, il-Partit li f’ismu
jkunu qed jikkontestaw.
(11) (a) Il-votanti għandhom jitfgħu l-poloz tagħhom ġewwa
kaxxa tal-voti li tkun provduta għal dak il-għan mill-
Kummissjoni Elettorali. Il-kaxxa tal-voti għandha tiġi
ssiġillata qabel ma tibda l-votazzjoni mis-Segretarju
tal-Kunsill flimkien ma’ wieħed mill-Kunsillieri u dan
wara li jkunu ivverifikaw li l-kaxxa tal-voti lilhom
konsenjata tkun waħda vojta.
(b) Ma’ l-għeluq tal-votazzjoni, is-Segretarju tal-Kunsill
għandu jissiġilla l-fetħa li jkun hemm fil-kaxxa tal-
votazzjoni u wara dan is-Segretarju għandu
personalment jikkonsenja l-kaxxa siġillata lill-
Kummissjoni Elettorali.
(12) L-għadd tal-voti għandu jibda malli l-Kummissjoni
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 5
Elettorali tibda tirċievi l-kaxxi siġillati.
(13) (a) Ir-riżultati ta’ l-elezzjonijiet għandhom jingħataw
minnufih mill-Kummissjoni Elettorali lill-Ministru u
lir-Reġistratur u għandhom jiġu pubblikati fil-Gazzetta
mhux aktar tard minn ġimgħa wara.
(b) Malli jirċievi l-komunikazzjoni mingħand il-
Kummissjoni Elettorali, ir-Reġistratur għandu
jirreġistra lill-Assoċjazzjoni kif tkun ġiet komposta.
(14) Ħlief hekk kif provdut mod ieħor b’dawn ir-regolamenti, l-
elezzjoni għandha titmexxa mill-Kummissjoni Elettorali skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 8(2) ta’ l-Att skond kif dawn
japplikaw fiċ-ċirkostanzi.
Vakanza każwali 
fost il-membri.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 296 ta’ l-
2001.
7. Kull meta tinħoloq vakanza każwali fost l-għadd ta’
membri tal-Kumitat, għandu jintbagħat avviż bil-miktub dwar dik
il-vakanza lill-Ministru, lir-Reġistratur u lill-Kummissjoni
Elettorali mis-Segretarju Eżekuttiv fi żmien sitt ijiem wara li tkun
inħolqot il-vakanza. Il-Kummissjoni fi żmien tliet ijiem mid-data
tan-notifika mis-Segretarju Eżekuttiv għandha tagħti avviż, li
joħroġ fil-Gazzetta, li ser issir elezzjoni biex jimtela l-post battal.
Dwar il-proċedura ta’ l-elezzjoni biex jimtela l-post battal
kif imsemmi hawn aktar qabel għandhom japplikaw mutatis
mutandis il-proċeduri li jinsabu fir-regolamenti 89, 90, 91 u 92 li
hemm fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ l-Att, u kull riferenza għal
lokalità u kunsilliera għandha tiftiehem li tapplika għall-Kumitat u
membru tal-Kumitat rispettivament:
Iżda jekk il-vakanza każwali tiġri matul it-tliet xhur li jiġu
qabel ma jagħlaq iż-żmien ta’ kariga tal-Kumitat, ma għandha ssir
ebda elezzjoni każwali u l-Kumitat għandu jitqies li jkun
debitament kostitwit għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti:
Iżda wkoll ebda elezzjoni oħra m’għandha ssir jekk iż-
żmien ta’ kariga tal-Kumitat ikun ġie imtawwal skond id-
disposizzjonijiet tal-proviso tar-regolament 6.
Elezzjoni u 
vakanza każwali 
fil-kariga ta’ 
President.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 296 ta’ l-
2001.
8. (1) (a) Il-Kumitat għandu jaħtar bħala President lil dak il-
membru li jġib il-maġġoranza tal-voti tal-membri fil-Kumitat. Bl-
istess mod għandhom jinħatru l-Viċi President (Qasam Nazzjonali)
u l-Viċi President (Qasam Internazzjonali).
(b) Dwar il-proċedura ta’ l-elezzjoni għall-ħatra ta’
President u dik ta’ Viċi President kif imsemmi hawn fuq għandhom
japplikaw mutatis mutandis il-proċeduri li hemm fis-Seba’ Skeda li
tinsab ma’ l-Att u kull riferenza għal Sindku jew Viċi Sindku, għal
Kunsillier u għal Segretarju Eżekuttiv għandha tiftiehem li tapplika
għall-President jew Viċi President, membru tal-Kumitat u s-
Segretarju Eżekuttiv, rispettivament.
(2) Jekk tinħoloq vakanza każwali fil-kariga ta’ President, il-
persuna li tkun qed tokkupa l-kariga ta’ Viċi President (Qasam
Nazzjonali) għandha tassumi l-kariga ta’ President sakemm issir
elezzjoni minn fost il-membri tal-Kumitat għall-ħatra ta’ President.
6 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
Membru tal-
Kumitat jitlef postu 
meta ma jibqax 
Kunsillier.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
9. Membru tal-Kumitat m’għandux jibqa’ aktar membru hekk
kif itemm mill-kariga ta’ Kunsillier.
Riżenja ta’ 
membru mill-
Kumitat.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
10. (1) Membru tal-Kumitat jista’ f’kull żmien jirriżenja mill-
kariga tiegħu b’avviż bil-miktub iffirmat minnu u mogħti lis-
Segretarju Eżekuttiv, u r-riżenja tiegħu tibda sseħħ malli s-
Segretarju Eżekuttiv ikun irċieva dak l-avviż u l-kariga tiegħu ssir
vakanti minnufih.
(2) F’każ ta’ riżenja, is-Segretarju Eżekuttiv għandu jaġixxi
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 7.
Il-membri 
għandhom jattendu 
l-laqgħat kollha.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
11. (1) Il-membri tal-Kumitat għandhom jattendu l-laqgħat
kollha tal-Kumitat, u l-Ministru għandu, wara li jkun mgħarraf mis-
Segretarju Eżekuttiv, b’avviż iffirmat minnu u indirizzat lis-
Segretarju Eżekuttiv jiddikjara li l-post ikun vakanti jekk membru
jonqos li jattendi għal sitt laqgħat konsekuttivi tal-Kumitat jew
jekk b’kollox huwa jattendi għal anqas minn terz tal-laqgħat
imsejħa fi żmien sitt xhur:
Iżda meta n-nuqqas ta’ attendenza jkun ġustifikat, is-
Segretarju Eżekuttiv, meta jgħarraf lill-Ministru bin-nuqqas tal-
membru, għandu wkoll jgħaddilu r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat
sabiex huwa ma jiddikjarax dak il-post bħala wieħed vakanti, jekk
dan jkun il-każ.
(2) Ir-Reġistratur għandu jkun mgħarraf kemm bl-avviż tas-
Segretarju Eżekuttiv kif ukoll bid-deċiżjoni tal-Ministru.
Xoljiment tal-
Kumitat mill-
Ministru.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
12. Il-Ministru jista’, b’Ordni fil-Gazzetta u bil-parir tar-
Reġistratur, ixolji l-Kumitat għal xi waħda minn dawn ir-raġunijiet
li ġejjin:
(a) rapport ta’ l-Awditur Ġenerali għal nuqqasijiet gravi
jew persistenti tar-responsabbiltajiet finanzjarji; jew
(b) nuqqas ta’ osservanza kontinwa tad-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti anki wara avviż formali mill-
Ministru b’konsultazzjoni mar-Reġistratur; jew
(ċ) ma jiġix elett il-President skond ir-regolament 8; jew
(d) ma jiġux approvati mill-Kumitat l-estimi ta’ kull sena;
jew
(e) rakkomandazzjoni f’dak is-sens li ssir f’rapport ta’
Bord ta’ Inkjesta maħtur għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Elezzjoni f’każ ta’ 
xoljiment jew 
riżenja.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
13. (1) Max-xoljiment tal-Kumitat skond ir-regolament 12,
jew jekk il-membri kollha jirriżenjaw u ebda kandidat ieħor ma
jista’ jiġi elett skond ir-regolament 6, il-Kummissjoni Elettorali
għandha, fi żmien tletin jum, tagħmel elezzjoni għal Kumitat ġdid:
Iżda ma ssir ebda elezzjoni jekk iż-żmien li l-Kumitat xolt
ikun għad fadallu fil-kariga, jkun ta’ anqas minn tliet xhur.
(2) Il-Ministru jista’ f’dak il-każ jaħtar Kumitat ta’ Tmexxija li
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 7
għandu jaqdi dawk id-dmirijiet kollha fil-kompetenza tal-Kumitat,
sakemm ikun elett Kumitat ġdid:
Iżda jekk, jew sakemm, skond il-każ, Kumitat ta’ Tmexxija
ma jkunx hekk maħtur, is-Segretarju Eżekuttiv għandu jaqdi dawk
id-dmirijiet kollha fil-kompetenza tal-Kumitat.
(3) Il-Kumitat ġdid li jkun ġie elett għandu jibqa’ fil-kariga
għall-bqija taż-żmien applikabbli għall-Kumitat xolt.
TAQSIMA III
Il-Kariga ta’ President tal-Kumitat
Il-President 
jirrappreżenta l-
Assoċjazzjoni u 
jippresjedi l-
laqgħat.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, il-President ikun ir-rappreżentant ta’ l-Assoċjazzjoni
u għandu jippresjedi l-laqgħat kollha tal-Kumitat u jissorvelja l-
funzjonijiet kollha ta’ l-Assoċjazzjoni.
(2) Il-President ikun responsabbli sabiex jara li jitwettqu l-
għanijiet u d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Rappreżentanza 
legali u ġuridika ta’ 
l-Assoċjazzjoni.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
15. (1) Ir-rappreżentanza legali u ġuridika ta’ l-Assoċjazzjoni
tkun vestita fil-President flimkien mas-Segretarju Eżekuttiv li
jistgħu jħarrku u jkunu mħarrka f’isem l-Assoċjazzjoni wkoll meta
l-każ jirreferi għal atti magħmula qabel iż-żmien tal-kariga jew
ħatra tagħhom, skond il-każ.
(2) Kull korrispondenza, rapport, stqarrija għall-istampa jew
dokument ieħor simili ta’ l-Assoċjazzjoni għandhom ikunu ffirmati
mill-President jew mis-Segretarju Eżekuttiv.
(3) Kull dokument bankarju għandu jiġi ffirmat mill-President
jew mill-Viċi President (Qasam Nazzjonali) flimkien mas-
Segretarju Eżekuttiv jew il-Viċi Segretarju Eżekuttiv, u dan wara li
tingħata l-approvazzjoni mill-Kumitat skond id-disposizzjonijiet
ta’ dawn ir-regolamenti u tas-Sitt Skeda li tinsab ma’ l-Att.
Żmien tal-kariga.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
16. Il-President u l-Viċi President (Qasam Nazzjonali) u l-Viċi
President (Qasam Internazzjonali) għandhom jidħlu fil-kariga mill-
ewwel jum ta’ l-elezzjoni tagħhom u jibqgħu f’dik il-kariga sa
tmiem iż-żmiem tal-Kumitat jew sa kull żmien ieħor meta l-
President jew il-Viċi President ma jibqgħux, għal xi raġuni li tkun,
f’dik il-kariga.
Meta l-Viċi 
President jassumi 
l-funzjonijiet ta’ 
President.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
17. Meta l-President ma jkunx jista’, għal xi raġuni, jaqdi l-
funzjonijiet tal-kariga tiegħu, il-funzjonijiet tal-President
għandhom ikunu eżerċitati mill-Viċi President (Qasam Nazzjonali).
Vot ta’ sfiduċja.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 296 ta’ l-
2001.
18. (1) Il-President jew xi Viċi President ma jibqax fil-kariga
wara mozzjoni ta’ vot ta’ sfiduċja mgħoddija b’maġġoranza tal-voti
tal-Kumitat.
(2) Il-mozzjoni li tkun qiegħda tipproponi vot ta’ sfiduċja fil-
President jew fil-Viċi President li tkun iffirmata mill-anqas minn
terz tal-membri, għandha tispeċifika r-raġuni għal dik il-mozzjoni,
għandha tipproponi lil xi membru ieħor biex jiġi elett President jew
Viċi President, skond il-każ, u għandha tiġi notifikata lill-membri
8 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
kollha bħala mozzjoni għall-vot permezz ta’ aġenda.
(3) Il-mozzjoni għandha tiġi diskussa wara li jgħaddu mhux
inqas minn ħamest ijiem minn meta tkun ġiet preżentata skond kif
imsemmi hawn aktar qabel iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem
minn dik id-data.
(4) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu mingħajr dewmien
jinnotifika lill-Ministru u lir-Reġistratur bil-vot ta’ sfiduċja
mgħoddi skond dan ir-regolament.
Onorarju tal-
President.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
Sostitwit:
A.L. 250 ta’ l-
2003.
19. (1) Il-President ikun uffiċjal part-time u l-Kumitat għandu
jħallas lill-President dik l-allowance li l-Kumitat jikkunsidra
xierqa, hekk iżda li l-allowance ma għandha f’ebda każ tkun iżjed
minn tlieta u tletin fil-mija ta’ l-onorarju li minn żmien għal żmien
jitħallas lill-Membri tal-Kamra tad-Deputati.
(2) Bla ħsara għas-subregolament (1), il-membri kollha jservu
fuq bażi onorarja iżda għandhom jingħataw dik l-għajnuna kollha
mill-prinċipali tagħhom li tkun xierqa sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-
funzjonijiet tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
TAQSIMA IV
Funzjonijiet ta’ l-Assoċjazzjoni, Proċedura u Laqgħat
Rappreżentanza 
fil-Kungress.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
20. (1) L-Assoċjazzjoni għandha tkun rappreżentata fil-
Kungress.
(2) Il-Ministru għandu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat,
jaħtar id-delegazzjoni għall-Kungress kemm jista’ jkun skond il-
kriterji għar-rappreżentanza stabbiliti fl-Istatut tal-Kungress.
(3) Id-delegazzjoni, li għandu jkollha Kap u Segretarju, tkun
magħmula minn rappreżentanti u s-sostituti tagħhom minn fost il-
membri tal-Kumitat.
(4) Jekk mhux miftiehem xort’oħra mill-Kumitat, il-President u
s-Segretarju Eżekuttiv għandhom rispettivament ikunu l-Kap u s-
Segretarju tad-delegazzjoni.
Applikabilità ta’ l-
Ordnijiet 
Permanenti.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
21. (1) L-Ordnijiet Permanenti li hemm fis-Sitt Skeda li tinsab
ma’ l-Att għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għall-
proċeduri li għandhom jitħarsu mill-Kumitat, u kull riferenza
f’dawk l-Ordnijiet Permanenti għal Sindku, Viċi Sindku, Kunsillier
u Segretarju għandha tiftiehem li tapplika għall-President, Viċi
Presidenti, membri tal-Kumitat u s-Segretarju Eżekuttiv
rispettivament.
(2) Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom isiru wara li jingħata
avviż bil-miktub mill-inqas ħamest ijiem qabel dik il-laqgħa:
Iżda jekk ikun hemm qbil unanimu mill-membri kollha, dik
il-laqgħa tkun tista’ ssir mingħajr il-ħtieġa ta’ din il-proċedura.
(3) Il-laqgħat għandhom isiru mill-inqas darba fix-xahar jew
f’dawk l-intervalli iqsar hekk kif jista’ jiddeċiedi l-President. Il-
laqgħat jistgħu jissejħu wkoll fuq talba ta’ l-iżgħar numru sħiħ ’il
fuq minn terz tal-membri li jkunu fil-kariga, u f’dan il-każ għandu
jingħata avviż bil-miktub ta’ mill-inqas tmint ijiem qabel il-laqgħa.
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 9
Kunsillieri jistgħu 
jattendu laqgħat 
tal-Kumitat.
(4) Il-laqgħat tal-Kumitat ikunu miftuħa għall-Kunsillieri
kollha.
Għoti ta’ kopji ta’ 
dokumenti.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
22. Il-Kumitat għandu, jekk ikun hekk mitlub li jagħmel minn
xi Kunsill, Kunsillier jew Reġistratur, u mal-ħlas tal-pustaġġ u
spejjeż oħra meħtieġa li jsiru għall-għoti ta’ tagħrif bħal dak,
jagħti:
(a) kopja ta’ l-aġenda kif ċirkolata lill-membri tal-
Kumitat; u
(b) dawk id-dikjarazzjonijiet jew partikolaritajiet l-oħra u
kopja ta’ dawk id-dokumenti l-oħra li jkunu meħtieġa
biex juru x-xorta ta’ xi suġġett li jkun inkluż fil-kopja
ta’ l-aġenda hekk mogħtija:
Iżda l-Kumitat għandu dejjem u mingħajr ħlas
jibgħat kopja ta’ l-aġenda u l-minuti ta’ kull laqgħa lir-
Reġistratur ; u
(ċ) kopja tal-minuti kif approvati mill-Kumitat.
Ħatra ta’ Sotto-
kumitati.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
23. (1) Il-Kumitat jista’ jaħtar Sotto-kumitati bil-għan biss li
jkun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu aħjar. Dawn is-Sotto-kumitati
jkunu presjeduti minn Chairman li jkun membru tal-Kumitat u jkun
magħmul minn għadd ta’ persuni oħra hekk kif il-Kumitat jidhirlu
li jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi.
(2) Il-President tal-Kumitat ikun membru ex officio ta’ kull
Sotto-kumitat.
(3) Sotto-kumitat jista’ jaħtar Segretarju minn fost il-membri
ta’ l-istess Sotto-kumitat.
(4) Sotto-kumitat jibqa’ fil-kariga sakemm -
(a) ikun iffinalizza x-xogħol li għalih ikun ġie maħtur; jew
(b) jiġi xolt mill-Kumitat; jew
(ċ) jintemm iż-żmien ta’ kariga tal-Kumitat.
(5) Il-Membri tas-Sotto-kumitati jservu fuq bażi onorarja.
(6) Il-laqgħat tas-Sotto-kumitati għandhom ikunu reġistrati
bħala minuti tal-Kumitat u għandhom jinżammu fil-kustodja tas-
Segretarju Eżekuttiv.
Laqgħat annwali 
għall-Kunsillieri.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
24. (1) Il-Kumitat għandu jlaqqa’ darba fis-sena lill-
Kunsillieri kollha li jkunu f’dik il-kariga għal dawn il-laqgħat li
ġejjin:
(a) laqgħa annwali għas-Sindki kollha, li tkun presjeduta
mill-President jew mid-delegat tiegħu;
(b) laqgħa annwali għall-Kunsillieri kollha, minbarra s-
Sindki, li tkun presjeduta mill-President jew mid-
delegat tiegħu; u
(ċ) sessjoni plenarja annwali tas-Sindki u l-Kunsillieri, li
tiġi presjeduta mill-President.
(2) Il-Kumitat jista’ jsejjaħ laqgħat jew sessjonijiet plenarji
oħra hekk kif jista’ jqis li jkun meħtieġ jew meta jiġi hekk mitlub
10 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
bil-miktub minn nofs il-persuni eliġibbli li jattendu għal dawk il-
laqgħat jew sessjonijiet plenarji.
Laqgħat reġjonali 
annwali.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
25. (1) It-tliet membri tal-Kumitat li jkunu jirrappreżentaw it-
tliet reġjuni għandhom darba fis-sena u kemm jista’ jkun f’data
viċina għal dawk il-laqgħat annwali msemmija fir-regolament 24
ilaqqgħu u jippresjedu individwalment laqgħa annwali reġjonali
tas-Sindki u tal-Kunsillieri kollha tar-reġjun rispettiv tagħħom.
(2) Il-Kumitat jista’ jsejjaħ laqgħat reġjonali oħra kif jista’ jqis
li jkun meħtieġ jew meta jiġi hekk mitlub bil-miktub minn nofs il-
persuni eliġibbli li jattendu għal dawk il-laqgħat reġjonali.
L-Assoċjazzjoni 
tagħti pariri lill-
Ministru fuq 
ġemellaġġ.
Sostitwit:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
26. (1) Kull ġemellaġġ bejn belt kapitali, belt oħra jew raħal
f’Malta u lokalità oħra f’xi pajjiż barrani ieħor jeħtieġ li jiġi
approvat mill-Ministru wara li l-Assoċjazzjoni tkun tat lill-Ministru
l-fehma tagħha dwar dak il-ġemellaġġ ippjanat.
(2) Meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ġemellaġġ ta’
lokalitajiet, għandu jitqies l-istatus tal-lokalitajiet li jkun qed jiġi
ppjanat li jsir il-ġemellaġġ tagħhom b’mod illi kemm jista’ jkun il-
belt kapitali jew il-bliet kapitali li kellha qabel Malta jitqiegħdu
f’ġemellaġġ ma’ belt kapitali jew bliet kapitali li kellhom qabel
pajjiżi barranin oħra, kif ukoll li kemm jista’ jkun belt titqiegħed
f’ġemellaġġ ma’ belt oħra.
TAQSIMA V 
Uffiċjali u Impjegati
Segretarju 
Eżekuttiv full-time.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
27. Is-Segretarju Eżekuttiv jaħdem fuq bażi full-time.
Ħatra u kwalifiki 
tas-Segretarju 
Eżekuttiv u ta’ l-
impjegati l-oħra.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
28. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 110(6)
tal-Kostituzzjoni, il-Kumitat jista’ jaħtar lil dawk l-impjegati l-oħra
hekk kif il-Kumitat jidhirlu meħtieġa għall-qadi effiċjenti tal-
funzjonijiet ta’ l-Assoċjazzjoni, b’dan illi l-Kumitat ma jistax
jimpjega aktar minn żewġ persuni.
(2) Il-Kumitat jista’ b’konsultazzjoni mar-Reġistratur
jippreskrivi l-kwalifiki li jrid ikollha, kif ukoll il-proċeduri tekniċi,
amministrattivi u ta’ l-uffiċċju meħtieġa minn -
(a) persuna maħtura fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv; u
(b) kull persuna oħra maħtura mill-Kumitat.
Funzjonijiet tas-
Segretarju 
Eżekuttiv.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
29. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv ikun il-kap eżekuttiv,
amministrattiv u finanzjarju tal-Kumitat.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
is-Segretarju Eżekuttiv għandu:
(a) joħroġ l-avviżi kollha u jħejji l-aġenda
b’konsultazzjoni mal-President u jattendi għal-laqgħat
kollha;
(b) jirreġistra l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat, u jekk ma
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 11
jkunx maħtur Segretarju għal xi Sotto-kumitat kif
provdut fir-regolament 23(3), jirreġistra wkoll il-
minuti ta’ dak is-Sotto-kumitat;
(ċ) ta’ kull sena jissottometti rapport amministrattiv
dettaljat lill-President;
(d) jieħu ħsieb li jingħataw lill-Kumitat u lir-Reġistratur
estimi tad-dħul u nfiq ta’ l-Assoċjazzjoni matul is-sena
finanzjarja li jkun imiss;
(e) jaqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jingħatawlu
jew ikunu lilu delegati mill-President jew mill-
Kumitat.
Rimunerazzjoni 
tas-Segretarju u ta’ 
l-impjegati l-oħra.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
L.S.363.20
30. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jirċievi rimunerazzjoni
ekwivalenti għall-ogħla rimunerazzjoni li tingħata lis-Segretarji
tal-Kunsilli Lokali kif stabbilit bir-Regolamenti dwar Kunsilli
Lokali (Riżorsi Umani) kif emendati minn żmien għal żmien.
(2) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 53 u 54 ta’ l-Att
għandhom, meta huma applikabbli, ikunu wkoll japplikaw mutatis
mutandis għas-Segretarju Eżekuttiv.
(3) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 14(2), (4) u (5), tar-
regolament 15(3) u tar-regolamenti 18, 19, 22, 24 u minn 26 sa 32
tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani), għandhom
japplikaw għall-impjegati l-oħra ta’ l-Assoċjazzjoni.
Kondizzjonijiet u 
kwalifiki ta’ 
Segretarju 
Eżekuttiv.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
L.S. 363.20
31. Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 6, 9, 11, 12, 13, 14(5)
u 19(2) ta’ dawn ir-regolamenti u tar-regolamenti 24 u minn 27 sa
32 tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani),
għandhom ikunu japplikaw għas-Segretarju Eżekuttiv.
TAQSIMA VI
Finanzi
Talba għall-
finanzjament.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
32. (1) Ta’ kull sena l-Ministru responsabbli għall-finanzi
għandu jalloka somma flus lill-Assoċjazzjoni biex twettaq il-
funzjonijiet tagħħa.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu mhux iktar tard mit-tletin
ta’ Settembru ta’ kull sena jagħmel talba bil-miktub lill-Ministru
permezz tar-Reġistratur għall-finanzjament kif hemm fis-
subregolament (1).
(3) Il-flus kollha li f’xi sena finanzjarja ma ntefqux
m’għandhomx jitpattew mas-somma li tkun allokata lill-
Assoċjazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara.
(4) Mat-talba msemmija fis-subregolament (2), is-Segretarju
Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll abbozz tal-pjan tal-ħidma li tkun se
ssir.
Finanzjament 
addizzjonali.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
33. L-Assoċjazzjoni tista’, b’konsultazzjoni mar-Reġistratur,
tiġbor fondi billi tniedi skema biex jinġabru kontribuzzjonijiet
mill-Kunsilli Lokali, biex tipprovdi aktar flus minn dawk lilha
allokati mill-Gvern:
12 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
Iżda l-flus hekk miġbura għandhom jintużaw biss għall-
funzjonijiet ta’ l-Assoċjazzjoni.
Talbiet għal ħlas 
lura ta’ spejjeż 
minfuqa.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
34. It-talbiet kollha għar-rifużjoni ta’ ħlasijiet li jkunu saru
minn membri tal-Kumitat u minn impjegati tiegħu matul, u għall-
finijiet tal-qadi tad-dmirijiet tagħhom għandhom isiru, u jkunu
debitament ċertifikati, mis-Segretarju Eżekuttiv fuq il-formula
adatta skond il-proċeduri finanzjarji għall-Kunsilli Lokali:
Iżda kull ħlas lura ta’ spejjeż jista’ jsir biss jekk ikun hemm
l-approvazzjoni bil-quddiem tal-Kumitat dwar dik ix-xorta ta’
talba.
Rapport 
amministrattiv.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
35. (1) Ma’ tmiem kull sena finanzjarja għandu jitħejja mis-
Segretarju Eżekuttiv rapport amministrattiv dettaljat. Dak ir-
rapport għandu -
(a) jagħti rendikont lill-Kumitat dwar il-finanzi ta’ l-istess
Kumitat matul is-sena ta’ qabel;
(b) jirrevedi r-riżultati operattivi u finanzjarji miksuba kif
mqabbla ma’ l-għanijiet dikjarati, pjanijiet u budget
tal-Kumitat; u
(ċ) jinkludi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati tal-
Kumitat għas-sena li tkun għadha kemm għalqet u xi
jkunu l-fondi miżmuma mill-Kumitat fl-aħħar jum tas-
sena.
(2) Ir-rapport amministrattiv annwali għandu jingħata lill-
Awditur Ġenerali mhux iktar tard mill-wieħed u tletin ta’ Marzu ta’
kull sena.
L.S.363.12
(3) Ir-rapport amministrattiv annwali dettaljat għandu jitħejja
skond il-forma speċifikata fir-Regolamenti dwar Proċeduri għal
Kunsilli Lokali.
(4) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu, fi żmien ġimgħatejn mill-
approvazzjoni tal-Kumitat u mhux iktar tard mill-wieħed u tletin ta’
Marzu ta’ kull sena, jibgħat kopja tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji
verifikati u kopja tal-budget, lill-Ministru, lir-Reġistratur u lil kull
Kunsill.
Ħatra ta’ awdituri.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
Emendat:
A.L. 57 ta’ l-2001;
A.L. 296 ta’ l-
2001.
Kap. 396.
36. (1) L-Awditur Ġenerali għandu jaħtar awditur jew
awdituri biex jivverifikaw l-kontijiet ta’ l-Assoċjazzjoni b’dawk il-
kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa. Il-ħatra tkun għal perijodu ta’
sena, li tista’ tiġġedded minn sena għall-oħra, għal perijodi totali
ta’ mhux aktar minn ħames snin konsekuttivi.
(2) L-awdituri ta’ l-Assoċjazzjoni għandhom jippreżentaw ir-
rapport tagħhom mhux aktar tard minn tnax-il ġimgħa wara l-
għeluq tas-sena finanzjarja lill-Awditur Ġenerali li għandu
minnufih jibgħat kopji ta’ dak ir-rapport lill-Ministru, lill-Ministru
responsabbli għall-Finanzi, lill-Assoċjazzjoni u lir-Reġistratur.
Kopja tar-rapport għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mill-
Ministru bl-istess mod kif provdut fl-artikolu 7 ta’ l-Ewwel Skeda
ta’ l-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika.
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 13
Applikabilità ta’ 
diversi 
regolamenti.
Miżjud:
A.L. 195 ta’ l-
1999.
L.S.363.01
L.S.363.02
L.S.363.03
37. (1) Mingħajr ebda ħsara għad-disposizzjonijiet tas-
subregolament (2), ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi),
ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Verifika), u r-Regolamenti
dwar Kunsilli Lokali (Offerti), għandhom japplikaw mutatis
mutandis għall-Assoċjazzjoni, u kull riferenza, jekk applikabbli,
f’dawk ir-regolamenti għal Kunsill, Sindku jew Segretarju għandha
tiftiehem bħala riferenza għall-Kumitat, President u Segretarju
Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni rispettivament.
(2) F’dawk il-każijiet fejn id-disposizzjonijiet tar-regolamenti
msemmija fis-subregolament (1) ma jkunux jaqblu mad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti għandhom jipprevalu.
(3) Dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin ma għandhomx
japplikaw għall-Assoċjazzjoni -
L.S.363.01
(a) ir-regolamenti 7(2)(ċ), 8, 9, 11(1), 13(2), 15, 16, 17,
18, 21(1), 32 u 43(2) tar-Regolamenti dwar Kunsilli
Lokali (Finanzi);
L.S.363.02
dwar Kunsilli Lokali (Verifika).
L.S.363.01
Kunsilli Lokali (Finanzi), għandha tkun suġġetta għad-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) fir-regolament 11(5) ta’ dawk ir-regolamenti, il-kliem
"fiż-żmien stabbilit fl-artikolu 56(1) ta’ l-Att"
għandhom jinqraw u jiftiehmu daqslikieku
minflokhom kien hemm sostitwiti l-kliem "fix-xahar
ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja";
(b) fir-regolament 13(1) ta’ dawk ir-regolamenti, il-kliem
"kif stipulat fl-artikolu 56(2) ta’ l-Att" għandhom
jinqraw u jiftiehmu daqslikieku minflokhom kien
hemm sostitwiti l-kliem "sa mhux aktar tard mill-15
ta’ Ottubru.".
14 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
L-EWWEL SKEDA
Regolament 5
Formula ta’ Applikazzjoni għall-Elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv
ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Lill-Kummissjoni Elettorali
To the Electoral Commission
Kunjom ........................................................................
Isem .............................................................................
Lokalità tal-Kunsill Lokali ...........................................
B’dan qed nipproponi lill-Kunsillier fuq indikat bħala kandidat/a għall-
elezzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li
għandhom isiru fi (titniżżel id-data fuq il-formula).
Il-Kunsillier ser jikkontesta l-elezzjoni fil-Lista hawn isfel indikata li se tiġi
mmarkata fl-inkwadratura ta’ ħdejha:
  Lista Ġenerali JEW 
  Lista Reġjonali:
  Għawdex JEW
  Malta Majjistral JEW
  Malta Xlokk
Proponent ................................................. Lokalità tal-Kunsill .........................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identità ...................... Firma ..............................................
B’dan qed nissekondaw lill-Kunsillier fuq indikat bħala kandidat/a għall-istess
elezzjoniiet.
Sekondant ................................................ Lokalità tal-Kunsill .........................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identità ...................... Firma ..............................................
Sekondant ................................................ Lokalità tal-Kunsill .........................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identità ...................... Firma ..............................................
B’dan jien niddikjara li qed naċċetta n-nomina tiegħi magħmula hawn iktar qabel.
Data ............................................... ........................................................
........................................................
Firma tal-kandidat
u Nru. tal-Karta ta’ l-Identità
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 15
It-tliet reġjuni jkunu Għawdex, Malta Majjistral u Malta Xlokk u kull reġjun ikun
kostitwit minn dawn il-lokalitajiet li ġejjin:
Għawdex Rabat (Città Vittoria)
Fontana
Għajnsielem
Għarb
Għasri
Kerċem
Munxar
Nadur
Qala
San Lawrenz
Sannat
Xagħra
Xewkija
Żebbuġ.
Malta Majjistral Mdina (Città Notabile)
Qormi (Città Pinto)
Żebbuġ (Città Rohan)
Siġġiewi (Città Ferdinand)
Attard
Balzan
Birkirkara
Dingli
Gżira
Għargħur
Ħamrun
Iklin
Lija
Mellieħa
Mġarr
Mosta
Msida
Naxxar
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 30 ta’ l-2000.
Regolament 6(1)
16 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
Pembroke
Pietà
Rabat
San Ġiljan
San Ġwann
San Pawl il-Baħar
Santa Venera
Sliema
Swieqi
Ta’ Xbiex
Mtarfa
Malta Xlokk Valletta (Città Umilissima)
Birgu (Città Vittoriosa)
Isla (Città Invicta)
Bormla (Città Cospicua)
Żabbar (Città Hompesch)
Żejtun (Città Beland)
Birżebbuġa
Fgura
Floriana
Gudja
Għaxaq
Kalkara
Kirkop
Luqa
Marsa
Marsaskala
Marsaxlokk
Mqabba
Paola
Qrendi
Safi
Santa Luċija
Tarxien
Xgħajra
Żurrieq.
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI ġ L.S.363.06 17
(a) Polza waħda tkun tikkonsisti f’Lista Ġenerali kif ġej:
LISTA ĠENERALI
Nota: Il-prinċipju tas-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali bl-użu tal-vot
wieħed trasferibbli japplika separatament għal din il-lista, u din għandha
għaldaqshekk tiġi mmarkata bi preferenzi li jibdew bin-numru 1 bħala lista separata.
IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 195 ta’ l-1999.
Regolament 6(10)
Formula tal-Poloz
18 L.S.363.06ħ
ASSOĊJAZZJONI 
TA’ AWTORITAJIET TA’ GVERN LOKALI
(b) Polza oħra tkun tikkonsisti f’Lista Reġjonali, bit-tibdiliet meħtieġa, kif ġej:
LISTA REĠJONALI
Jew Għawdex
jew Malta Majjistral
jew Malta Xlokk
Nota: Il-prinċipju tas-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali bl-użu tal-vot
wieħed trasferibbli japplika separatament għal din il-lista, u din għandha
għaldaqshekk tiġi mmarkata bi preferenzi li libdew bin-numru 1 bħala lista separata.
