SKIPS (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ) ġ L.S.363.07 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.07
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ)
21 ta’ Awissu, 1995
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 7/1/95.
Titolu.
(Kunsill Lokali Żebbuġ).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"bin on wheels" tfsser reċipjent fuq roti li jingħalaq b’għatu,
għar-rimi ta’ skart domestiku, provdut mill-Kunsill jew taħt l-
awtorità  tiegħu u mqiegħed f’post pubbliku fil-konfini tal-lokalità
ta’ Ħaż-Żebbuġ iżda ma tinkludix skip;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ;
"skart jew żibel kummerċjali u/jew industrijali" tfisser kull xorta
ta’ skart li mhux domestiku u li jkun mormi minn ħwienet, fabbriki,
intrapriżi, soċjetajiet u entitajiet oħra li joperaw fil-kummerċ u fl-
industrija u tinkludi kull xorta ta’ skart goff in ġenerali, iżda ma
tinkludix żibel jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq jew miftuħ provdut mill-Kunsill,
jew mqiegħed minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post
pubbliku il-konfini tal-lokalità  ta’ Ħaż-Żebbuġ u tinkludi kull
reċipjent ieħor ta’ dan ix-xorta maħsub biex jintuża mill-pubbliku
għad-depożitu ta’ skart kummerċjali u/jew industrijali, iżda ma’
tinkludix bin on wheels;
"żibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti u djar residenzjali iżda ma’
tinkludix skart kummerċjali u/jew industrijali.
Tqegħid ta’ skips.
tqiegħed xi skip jew xi bin on wheels f’xi post pubbliku fil-konfini
tal-lokalità  ta’ Ħaż-Żebbuġ.
3.2 Iżda l-Kunsill jista’ jawtorizza bil-miktub lil xi persuna
biex tqiegħed skip jew bin on wheels matul kull żmien u f’dak il-
post u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu
stipulati fl-awtorità  miktuba tal-Kunsill murija fl-Iskeda A.
3.3 Għandu jitħallas, meta ssir applikazzjoni lill-Kunsill mill-
persuna li tingħata awtorità  taħt dan l-artikolu:
3.3.1 fil-każ ta’ skip, dritt ta’ ħamsin ċenteżmu kull jum
għal kull skip;
3.3.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ għaxar ċenteżmi
kull jum għal kull bin.
3.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorità  miktuba tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
2 L.S.363.07 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ)
Użu ħażin ta’ 
skips.
4. Ebda persuna ma għandha:
4.1 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati jew imwaħħlin magħhom;
jew tħażżeż jew tagħmel xi marki ma’ xi skip jew
bin on wheels mingħajr il-kunsens tal-Kunsill, jew
tal-persuna li tingħatalha awtorità  biex tqegħdhom
għall-użu tagħha taħt l-ordinament 3, skond il-każ;
jew
4.2 wara li tuża l-iskip jew il-bin on wheels tħalli l-għatu
tagħha miftuħ jew imbexxaq; jew
4.3 tuża l-iskip jew il-bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx maħsub għalih; jew
4.4 meta l-iskip jew il-bin on wheels tkun mimlija,
tiddepożita xi skart b’mod li l-għatu tagħhom ma
jingħalaqx sewwa jew jibqa’ mbexxaq; jew
4.5 meta tiddepożita dak iż-żibel jew skart ixxerred
barra mill-iskip u ma tiġbrux; jew
4.6 titfa’ jew tiddepożita xi żibel jew skart ma’ ġenb jew
madwar l-iskip; jew
4.7 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel, skart, oġġetti
jew sustanza li ma jkunx ta’ xorta domestika; jew
titfa’ f’xi skip xi skart kummerċjali u/jew industrijali
meta ma jkollhiex l-awtorità  bil-miktub skond dawn
il-Bye-Laws; jew
4.8 tiddepożita fl-iskip jew bin on wheels xi oġġett goff
jew likwidu jew xi skart, żibel, oġġetti jew sustanza
li l-iskip jew il-bin on wheels ma tkunx maħsuba li
tirċievi; jew
4.9 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew bin on wheels minn
fejn tkun qegħda sakemm, fil-każ ta’ skip jew bin on
wheels imqegħda minn xi persuna bl-awtorità  tal-
Kunsill, ma jkollhiex l-awtorità  bil-miktub biex
tagħmel dan; jew
4.10 tiddepożita skart jew żibel fi skip jew bin on wheels
li mhux provduti mill-Kunsill iżda li jkunu qed jiġu
wżati minn xi persuna li tingħatalha awtorità  mill-
Kunsill skond dawn il-Bye-Laws; jew
4.11 wara l-1 ta’ Jannar, 1997, tiddepożita f’xi bin on
wheels xi żibel domestiku li ma jkunx tqiegħed
f’borża magħluqa, ta’ xorta u materjal approvat mill-
Kunsill; jew
4.12 fil-każ ta’ skip, tarmi jew tiddepożita żibel jew skart
kummerċjali u/jew industrijali li ma jkunx
provenjenti minn ġo Ħaż-Żebbuġ stess, sakemm
mhux bl-awtorità  bil-miktub tal-Kunsill u ma’
reġistrazzjoni jew ħlas jekk il-każ, kif muri fil-
Kolonna 2 ta’ l-Iskeda B; jew
4.13 meta tingħatalha l-awtorità  mill-Kunsil1 biex tarmi
żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels
partikolari, tarmi żibel jew skart f’xi skip jew bin on
SKIPS (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ) ġ L.S.363.07 3
wheels oħra.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
5.1 Kull persuna li tagħmel jew tmexxi xogħol ta’ natura
kummerċjali u/jew industrijali fil-konfini tal-lokalità  ta’ Ħaż-
Żebbuġ u li xogħlha jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’
stabbilimenti mniżżla taħt il-Kolonna 1 ta’ l-Iskeda B, għandha
tirreġistra mal-Kunsill sabiex ikollha l-awtorità  tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali fl-iskips provduti mill-Kunsill fil-
konfini tal-lokalità  ta’ Ħaż-Żebbuġ.
5.1.2  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 5.1, kull
persuna indikata fil-Kategorija Nru. 1 fi Skeda B tista’ tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali f’bin on wheels.
5.2 Għal kull reġistrazzjoni taħt l-ordinament 5.1 għandu
jitħallas lill-Kunsill dritt kif muri fil-Kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
5.3 Il-Kunsill jista’, għal raġunijiet validi mogħtija bil-miktub,
jiċħad li jirreġistra persuna skond l-ordinament 5.1.
5.4 Ebda persuna murija fil-Kolonna 1 ta’ l-Iskeda B ma
għandha tarmi jew tiddepożita skart kummerċjali u/jew industrijali
fl-iskips ipprovduti mill-Kunsill fil-konfini tal-lokalità  ta’ Ħaż-
Żebbuġ sakemm issir ir-reġistrazzjoni mal-ħlas tad-dritt dovut taħt
il-Kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
Reati u pieni.
kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 4 tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni u
teħel, meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx applikabbli piena ogħla
taħt xi liġi oħra -
6.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin
lira, u
6.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira.
6.2 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinament 3, persuna
teħel meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira, u il-każ ta’ reat
kontinwu ammenda oħra ta’ ħames liri għal kull jum li matulu
jkompli r-reat.
6.3 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinament 5.4, persuna
teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’ tletin lira.
6.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament jkun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor kull danni ċivili li jkunu saru bl-
għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
Temm ta’ l-
awtorità .
7. Il-Kunsill jista’ jtemm kull awtorità  mogħtija jew iħassar
ir-reġistrazzjoni magħmula skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun
sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-kondizzjonijiet li
taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  jew saret ir-
reġistrazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li
dik l-awtorità  tiġi rtirata jew li r-reġistrazzjoni titħassar. F’dan il-
każ il-Kunsill ma jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li jkun tħallas
taħt l-Iskeda B.
4 L.S.363.07 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ)
SKEDA A
(Ordinament 3.2)
KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 3 tal-Bye-Laws dwar Skips
(Kunsill Lokali Żebbuġ), il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ qiegħed b’dan jawtorizza
lil ........................................... li joqgħod .................................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru tat-telefon/fax ................. biex
iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini tal-lokalità  ta’ Ħaż-Żebbuġ
bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
bil-miktub mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill mogħti bil-
miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on wheels dawk
il-marki li jistgħu jiġu permessi mill-Kunsill mogħtija bil-miktub.
4. L-iskip/ bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-
Kunsill, fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn iseħħ l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali Żebbuġ) għandhom japplikaw għal
kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-lokalità  ta’ Ħaż-Żebbuġ.
7. Il-persuna awtorizzata għandha tħaddem kull mezz preventiv possibbli
għall-ħarsien ta’ l-ambjent u għall-protezzjoni taċ-ċittadin.
8. Il-persuna awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun
aċċettabbli għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex
tindennizza lill-Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew
b’konsegwenza jew in konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-skips/
bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax din l-awtorizzazzjoni qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, dan il-permess ikun validu għall-
perijodu ta’ .................................. li jibda minn ..................................... .
10. Din l-awtorità  qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
SKIPS (KUNSILL LOKALI ŻEBBUĠ) ġ L.S.363.07 5
SKEDA B
(Ordinament 5.1)
KATEGORIJI TA’ STABBILIMENTI U DRITTIJIET
Kolonna 1 Kolonna 2
KATEGORIJI DRITTIJIET GĦALL-UŻU
TA’ SKIPS
Kategorija Nru. 1
Bars, snack bars, każini, istituzzjonijiet u
organizzazjonijiet oħra, ċentri sportivi,
grocers, fran, butchers, spiżeriji, hairdressers,
salons, bazaars, stationeries, confectioneries,
ħajjata, pet-shops, ħwienet li jbiegħu il-fjuri u
l-pjanti, ħwienet tal-ħwejjeġ, uffiċini, kliniċi,
swali, ħwienet oħra kummerċjali u knejjes,
ħwienet ta’ l-antikità , ironmongers,
mastrudaxxi, household appliances, u min
jaħdem l-aluminium u bejjiegħa tal-qubbajt.
L-ebda ħlas.
Reġistrazzjoni mal-Kunsill
biss
Kategorija Nru. 2
Mobile kiosks u bejjiegħa ta’ fast foods, li
jeħtieġu liċenza temporanja tal-pulizija biex
joperaw waqt jiem ta’ festa fil-lokal.
Ħlas ta’ Lm 10 għaż-żmien
tal-liċenzja
Kategorija Nru. 3
Lukandi, ristoranti, holiday complexes, guest
houses, skejjel, djar ta’ l-anzjani, banek,
showrooms, green grocers u bejjiegħa fit-
toroq.
Ħlas ta’ Lm 50 fis-sena
Kategorija Nru. 4
Mechanics, tellara, sprayers, tyre service,
petrol stations, ħaddieda.
Ħlas ta’ Lm 100 fis-sena
Kategorija Nru. 5
Stabbilimenti industrijali li jinkludu intrapriżi
jew koperattivi u intrapriżi oħrajn, dipartimenti
tal-gvern u korpi parastatali jew
korporazzjonijiet, iżda li m’humiex barrieri,
jew siti ta’ kostruzzjoni.
Ħlas ta’ Lm 600 fis-sena
Kategorija Nru. 6
Stabbilimenti industrijali oħra li ma jaqgħu taħt
ebda waħda mill-kategoriji l-oħra murija f’din
l-Iskeda ħlief dawk diġà  esklużi fil-kategorija
Nru. 5.
Ħlas ta’ Lm 400 fis-sena
