NOTICE BOARDS (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.08
BYE-LAWS DWAR NOTICE BOARDS
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
1 ta’ Settembru, 1995
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 27/2/95.
Titolu.
Boards (Kunsill Lokali Ħamrun).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun;
"notice board" tfisser kull board, tabella, plakka, kartellun,
avviż, jew xi mezz jew rappreżentazzjoni magħmula, esibita,
imwaħħla jew imqiegħda f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità
tal-Ħamrun li tkun maħsuba għall-fini ta’ reklam jew pubbliċità
jew sabiex tgħaddi avviż, tagħrif jew messaġġ lill-pubbliku.
Tqegħid ta’ notice 
boards.
3. Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesibixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi notice board f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità
tal-Ħamrun, jekk ma tkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti
bil-linji ta’ gwida magħmula jew li jistgħu jiġu magħmula minn
żmien għal żmien mill-Kunsill bis-saħħa ta’ l-artikolu 33(1)(g) ta’
l-Att permezz ta’ Bye-Laws oħrajn.
Notifika lill-
Kunsill.
4. Kull persuna li tkun kisbet il-permess, awtorizzazzjoni jew
liċenza meħtieġa kif stabbilit fl-ordinament 3 għandha, għall-anqas
sebat ijiem qabel ma tesibixxi, twaħħal jew tqiegħed xi notice
board, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill flimkien ma’ kopja tal-
permess, awtorizzazzjoni jew liċenza.
Reati u pieni.
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws titqies 1i għamlet
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja:
5.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għaxar
liri;
5.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin
lira;
5.1.3 għat-tielet kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ tletin
lira; u
5.1.4 fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ ħames liri
għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
