ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN) ġ L.S.363.09 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.09
BYE-LAWS DWAR IL-ĦARSIEN TA’ ART 
PUBBLIKA (KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
22 ta’ Settembru, 1995
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 27/3/95.
Titolu.
ta’ Art Pubblika (Kunsill Lokali Ħamrun).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"art pubblika" tfisser kull spazju miftuħ għall-pubbliku u kull
ġnien pubbliku, playing field jew post ieħor pubbliku maħsub
għall-użu jew għal rikreazzjoni tal-pubbliku u tinkludi bankini,
mogħdijiet għall-pedestrians jew passaġġi oħra iżda ma tinkludix
xi spazju li għalkemm jaqa’ fil-konfini tal-lokalità  tal-Ħamrun ma
jaqax la taħt l-awtorità  u 1anqas taħt l-amministrazzjoni tal-
Kunsill; jew xi triq jew post ieħor użat jew imħolli biex jiġi wżat
għal passaġġ jew parkeġġar ta’ vetturi bil-mutur;
"bicycle" tinkludi tricycle jew kull xorta ta’ rota oħra li tinsaq
bil-pedali ikun xi jkun in-numru ta’ roti;
"fixtures u attrezzaturi" tflsser barrikata, railing, arblu, bank,
qasrija, tagħmir, apparat jew faċilità  u kull ornament, struttura jew
ħaġa oħra mwaħħla jew imqiegħda fuq art pubblika;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.
Tbagħbis ta’ 
fixtures u fornituri.
3. Ebda persuna m’għandha tneħħi jew tqiegħed f’post ieħor,
jekk mhux hekk awtorizzat, jew tuża ħażin, tagħmel xi ħsara jew
b’xi mod tbgħabas xi fixtures u attrezzaturi imqiegħda jew mibnija
f’xi art pubblika.
Ħarsien ta’ flower 
beds, eċċ.
4.1 Ebda persuna, f’xi art pubblika, m’għandha tidħol, taqla’,
tuża ħażin jew tagħmel ħsara lil:
4.1.1 xi flower bed, shrub, pjanta, siġra jew veġetazzjoni
oħra jew xi parti minnhom; jew
4.1.2 xi parti mill-art maħsuba għaż-żriegħ jew tkabbir ta’
ħaxix, turf jew veġetazzjoni oħra, fejn jitqiegħed
avviż xieraq sabiex ħadd ma jidħol f’xi parti ta’ l-art
bħal dik.
Projbizzjoni ta’ 
bicycles minn 
artijiet pubbliċi.
5. Ebda persuna m’għandha tirkeb bicycle f’xi art pubblika,
jew f’xi parti minn din l-art, fejn l-użu ta’ bicycle hu projbit
permezz ta’ tabella.
Projbizzjoni ta’ 
ċerti attivitajiet.
6.1 Ebda persuna m’għandha f’xi art pubblika, tilgħab xi
logħob jew taġixxi b’tali mod -
6.1.1 li x’aktarx jista’ jwassal biex idejjaq lil xi ħaddieħor
li jkun f’art pubblika; jew
6.1.2 li x’aktarx ser jagħmel ħsara lil xi flower bed, shrub,
pjanta, siġra jew veġetazzjoni oħra jew lil fixtures u
2 L.S.363.09 ħ
ĦARSIEN TA’ ART PUBBLIKA 
(KUNSILL LOKALI ĦAMRUN)
attrezzaturi li jkunu f’dik l-art pubblika.
Tkeċċija ta’ min 
jikser il-Bye-Laws.
7. Bla ħsara għal kull azzjoni oħra li tista’ tittieħed skond
dawn il-Bye-Laws, kull persuna li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws tista’ titkeċċa mill-art
pubblika minn uffiċjal tal-pulizija jew minn xi persuna oħra
awtorizzata mill-Kunsill.
Reati u pieni. 8.1 Kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws titqies li għamlet
kontravvenzjoni u teħel meta tinsab ħatja, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
8.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira;
8.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ tletin
lira; u
8.1.3 fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ ħames liri
għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
Danni ċivili. 9. L-għotja ta’ piena taħt l-ordinament 8 tkun bla ħsara għall-
jedd tal-Kunsill li jiġbor kull danni ċivili li jkunu saru bl-għemil ta’
kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
