KUNSILLI LOKALI (TISMIJA TA’ TOROQ) ġ L.S.363.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.10
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(TISMIJA TA’ TOROQ)
12 ta’ Diċembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 176 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviż Legali 208 ta’ l-
1997.
Titolu.
Kunsilli Lokali (Tismija ta’ Toroq).
Tismija ta’ toroq 
ġewwa lokalità .
Kap. 363.
Kap. 10.
2. L-għoti jew l-għoti mill-ġdid ta’ ismijiet lit-toroq, li ma
jkunux toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura
kif speċifikat fl-artikolu 33(2) ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali,
għandu jseħħ wara li l-Kunsill Lokali ta’ dik il-lokalità
jissottometti r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Ministru responsabbli
għall-Pulizija li għandu jirreferi, qabel ma jordna t-tibdil ta’ l-isem
ta’ xi triq jew jagħti jew japprova isem li bih għandha tissejjaħ triq
ġdida skond l-artikolu 22 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, dik ir-
rakkomandazzjoni lill-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq proprju,
għall-parir tiegħu.
Tismija ta’ toroq 
arterji u 
distributorji.
Kap. 363.
Kap. 10.
3. L-għoti jew l-għoti mill-ġdid ta’ ismijiet lit-toroq arterji u
distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura, monumenti nazzjonali,
parks jew ġonna nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti
u territorji oħra nazzjonali, stabbilimenti, bini u oġġetti oħra
mniżżla fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar Kunsilli Lokali, u
kif speċifikati fl-artikolu 33(2) ta’ l-istess Att għandhom jiġu
ordnati mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija skond l-artikolu
22 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, li għandu jaġixxi fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq proprju,
wara li dak il-Kumitat jikkonsulta l-Kunsilli Lokali kollha ta’ dawk
il-lokalitajiet li jkunu jmissu ma’ l-area li tkun se tingħata l-isem.
Kriterji li 
għandhom 
jintużaw.
Emendat:
A.L. 208 ta’ l-
1997.
4. (1) Sew Kunsill Lokali sew Kumitat għat-Tismija ta’
Toroq, skond il-każ, ma għandhomx jissottomettu
rakkomandazzjoni għat-tibdil ta’ l-isem ta’ xi triq ġewwa lokalità
jew ta’ xi triq jew area speċifikati fir-regolament 3 kemm-il darba
ma jkunx hemm raġuni valida għal bidla bħal dik.
(2) It-tismija jew tismija mill-ġdid ta’ toroq ġewwa lokalità ,
toroq oħra u kull area speċifikata għal persuni tista’ biss isseħħ
wara l-mewt ta’ dawk il-persuni.
