ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA) ġ L.S.363.100 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.100
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI XEWKIJA)
29 ta’ Awissu, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 64/5/2003.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Xewkija).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xogħol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Xewkija;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Xewkija.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza korsijiet
kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’, għal raġuni valida, (bħal meta ma
jkunx hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti), iħassar xi kors
li jkun diġà  tħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu xieraq u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-tfal
skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 L-eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha tagħmel
applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu jkun
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet disponibbli għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lir-residenti
reġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali jew fir-
Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
tingħata preċedenza lil min ikun applika l-ewwel jew,
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
skond ix-xorti;
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
2 L.S.363.100 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA)
residenti fil-lokalità  iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjoni għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew ta’ parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jipproċessa l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill għandu jħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi
wieħed mill- każijiet li ġejjin:
6.1.1 jitħallas lura d-dritt sħiħ mill-Kunsill, kemm-il darba
tkun saret applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat;
6.1.2 kemm-il darba l-kors jiġi kanċellat mill-Kunsill,
titħallas lura dik il-parti tal-miżata li tirrappreżenta l-
proporzjon ta’ sessjonijiet li jkun fadal maħdum fuq
l-għadd totali ta’ sessjonijiet għal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew li għal xi raġuni
jew oħra tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tibqa’ tattendi, ma tkunx
intitolata għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Finanzjament tal-
korsijiet.
7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tal-persuni residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew lil xi persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri li japplikaw għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-
korsijiet lilu awtorizzati taħt l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma jistax jitlob rati
ogħla minn dawk stipulati fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA) ġ L.S.363.100 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Lingwi .................................................. mhux aktar minn Lm 35
Artiġjanat u Hobbies ............................. mhux aktar minn Lm 35
Arti ...................................................... mhux aktar minn Lm 20
Ħarġiet ................................................. mhux aktar minn Lm 7
Computer ............................................. mhux aktar minn Lm 40
L-Ewwel Għajnuna ............................... mhux aktar minn Lm 20
Sports ................................................... mhux aktar minn Lm 20
Snajja ................................................... mhux aktar minn Lm 30
Drama .................................................. mhux aktar minn Lm 30
Parental Crafts/Skills ........................... mhux aktar minn Lm 30
