ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) ġ L.S.363.101 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.101
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI MOSTA)
5 ta’ Settembru, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 39/6/2003.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Mosta).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xogħol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mosta;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Mosta.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza korsijiet
kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’, għal raġuni valida, (bħal meta ma
jkunx hemm l-inqas għadd meħtieġ ta’ parteċipanti), iħassar xi kors
li jkun diġà  tħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu xieraq u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-tfal
skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 L-eliġibilità  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm il-jedd li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi waħda mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-għadd ta’ applikazzjonijiet li jidħlu jkun
jaqbeż l-għadd ta’ postijiet disponibbli għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel prijorità  għandha tingħata lil residenti
reġistrati bħala votanti fl-aħħar Reġistru Elettorali
jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal
tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
tingħata preċedenza lil min ikun applika l-ewwel jew,
f’każ li l-applikazzjonijiet ikunu daħlu flimkien,
jingħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.101 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MOSTA)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lill-persuni
residenti fil-lokalità  iżda mhux reġistrati bħala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas għall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjoni għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-drittijiet
jew ta’ parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet għal xi kors
partikolari, huwa għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imħallas, in-numru ta’ l-irċevuta u l-
firma ta’ l-uffiċjal li jilqa’ l-applikazzjoni.
Ħlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill għandu jħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi
wieħed mill- każijiet li ġejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
prganizzat, jitħallas lura d-dritt sħiħ;
6.1.2 kemm-il darba l-kors ma jitkompliex mill-Kunsill,
jitħallas lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm ikun
jirrappreżenta l-proporzjon li l-għadd ta’ sessjonijiet
li jkun fadal maħdum fuq l-għadd totali ta’
sessjonijiet għal dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull każ ieħor li jista’ minn żmien għal żmien jiġi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew li għal xi raġuni
valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx intitolata
għal ebda ħlas lura ta’ xi dritt.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ ta’ korsijiet oħra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċju
tal-persuni residenti fil-lokalità  tiegħu.
Sejħa pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ joħroġ sejħa pubblika sabiex biha jagħti
kuntratt lil xi aġenzija, awtorità , organizzazzjoni jew kull persuna
oħra biex din torganizza għan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imniżżla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri li japplikaw għal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-għoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jagħmel dawk il-
korsijiet lilu awtorizzati taħt l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, iżda l-kuntrattur ma jistax jitlob ħlas
aktar mid-drittijiet imniżżla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) ġ L.S.363.101 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Arti ......................................................................... mhux aktar minn Lm 30
Artiġjanat u Hobbies ............................................... mhux aktar minn Lm 30
Computer ................................................................ mhux aktar minn Lm 60
First Aid ................................................................. mhux aktar minn Lm 15
Ħarġiet .................................................................... mhux aktar minn Lm 15
Lingwi .................................................................... mhux aktar minn Lm 30
Performing Arts ...................................................... mhux aktar minn Lm 40
Skola Sajf ............................................................... mhux aktar minn Lm 20
Sport ....................................................................... mhux aktar minn Lm 40
Taħdidiet informattivi ............................................. mhux aktar minn Lm 15
L-iġjeni fl-ikel ........................................................ mhux aktar minn Lm 10
Prinċipji ta’ l-iġjeni fl-ikel ...................................... mhux aktar minn Lm 15
Parental Skills ........................................................ mhux aktar minn Lm 10
