REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SLIEMA) ġ L.S.363.105 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.105
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI SLIEMA)
15 ta’ Jannar, 2004
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 59/9/2003.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Sliema).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbiltà  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda fuqu, u tinkludi laned taż-żibel, bankijiet,
arbli, qsari, ċnut, ħitan, balavostri, kolonni, roundabouts, central
strips, traffic islands, u kull proprjetà  oħra li tiġi inkluża mill-
Kunsill b’riżoluzzjoni;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Sliema;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
sabiex tesibixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-
toroq skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tinkludi avviż.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesibixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
ta’ Sliema mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub li ssir lill-Kunsill għal hekk, jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-ħtiġiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawk il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra permezz ta’ kuntratt.
2 L.S.363.105 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SLIEMA)
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq ukoll billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-każ, iżda, reklam jista’
jitwaħħal biss wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-
Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal xi
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta li tkun ġiet milqugħa.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt kull liġi oħra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità ,
għaqdiet parrokkjali u għaqdiet filantropiċi jew lill-
organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
għandu jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li
għalih tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni. F’każ kuntrarju l-persuna
responsabbli għat-tneħħija ta’ dawk ir-reklami tkun ħatja ta’
kontravvenzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda ta’ għoxrin lira (Lm 20) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ mhux inqas minn lira (Lm 1) u
mhux aktar minn ħames liri (Lm 5) għal kull ġurnata li tkun kisret
xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi
kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SLIEMA) ġ L.S.363.105 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq
Pjazzez, roundabouts u toroq prinċipali
Qisien Dritt dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.5 metru kwadru Lm 8 Lm 14 Lm 80
sa 1.0 metru kwadru Lm 20 Lm 30 Lm 130
sa 2.0 metri kwadru Lm 30 Lm 50 Lm 250
Iktar minn 2.0 metri kwadri - Lm 15 kuljum (suġġett għal minimu ta’ Lm 80)
Toroq sekondarji
Qisien Dritt dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.5 metru kwadru Lm 5 Lm 7 Lm 25
sa 1.0 metru kwadru Lm 8 Lm 12 Lm 60
sa 2.0 metri kwadru Lm 15 Lm 25 Lm 140
Iktar minn 2.0 metri kwadri - Lm 3 kuljum (suġġett għal minimu ta’ Lm 50)
