KONTROLL TAL-ĦAMIEM (KUNSILL LOKALI FLORIANA) ġ L.S.363.107 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.107
BYE-LAWS DWAR KONTROLL TAL-ĦAMIEM 
(KUNSILL LOKALI FLORIANA)
15 ta’ Frar, 2004
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 18/1/2004.
Titolu.
tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Floriana).
Tifsir. 
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
''ħamiem domestiku'' tfisser ħamiem li jkun miżmum f’post ta’
abitazzjoni jew xi post ieħor għal skop ta’ rikreazzjoni, passatemp
jew sport;
''ħamiem selvaġġ'' tfisser ħamiem li ma jkunx ħamiem
domestiku;
''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Lokali Floriana;
''lokalità '' tfisser il-lokalità  ta’ Floriana kif murija fit-Tieni Skeda
li tinsab ma’ l-Att dwar Kunsilli Lokali.
Mhux permess li 
persuna titma’ 
ħamiem selvaġġ.
3.1 F’kull parti tal-lokalità  hu projbit li persuna titma’ ħamiem
selvaġġ.
3.2 Hu projbit ukoll li persuna tħalli, b’mod volontarju, ikel
f’postijiet aċċessibbli għall-ħamiem selvaġġ.
3.3 Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-ordinament ma japplikawx
għal dawk il-persuni li jrabbu jew jieħdu ħsieb ħamiem domestiku.
Proprjetà  immobbli 
abbandunata.
4. Il-proprjetarji ta’ proprjetà  immobbli ġewwa l-lokalità  li
ma tkunx abitata, għandhom jiżguraw li l-imsemmija proprjetà  tkun
imbarrata b’tali mod li ma’ jkunux jistgħu jidħlu jew ibejjet
ħamiem selvaġġ ġewwa fiha.
Penali.
Laws tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja,
sakemm ma tkunx applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra:
5.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm 20);
5.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’
tletin lira (Lm 30); u
5.1.3 fil-każ ta’ kontravvenzjoni kontinwata, ammenda ta’
ħames liri (Lm 5) għal kull jum li matulu tkompli l-
kontravvenzjoni.
