PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.12
REGOLAMENTI DWAR PROĊEDURI GĦAL 
KUNSILLI LOKALI
19 ta’ Settembru, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 180 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 28, 152 u
320 ta’ l-2000, 320 u 323 ta’ l-2002, u 319 ta’ l-2003.
Titolu.
Proċeduri għal Kunsilli Lokali.
Tħaris ta’ 
proċeduri.
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-2000.
2. Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom taħt l-Att dwar
Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali, is-Segretarji u l-impjegati
tagħhom għandhom iħarsu l-proċeduri murija fil-pubblikazzjonijiet
imniżżla fl-Ewwel Skedahekk kif tista’ tiġi emendata skond id-
disposizzjonijiet ta’ kull skeda sussegwenti għal dawn ir-
regolamenti.
2 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
K.L.P. 1/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi)
K.L.P. 2/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Verifika)
K.L.P. 3/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Offerti)
K.L.P. 4/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani)
K.L.P. 5/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Prosekuzzjoni)
K.L.P. 6/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Bye-Laws)
K.L.P. 7/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Laqgħat)
K.L.P. 8/96 - Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Uffiċċju)
Il-Proċeduri msemmija fl-Ewwel Kolonna ta’ din l-Iskeda għandħom iseħħu
skond l-emendi magħmulin fit-Tieni Kolonna ta’ dik l-Iskeda.
Emendara:
A.L. 28 ta’ l-2000. L-EWWEL SKEDA(Regolament 2)
Miżjuda:
A.L. 28 ta’ l-2000.
Emendata:
A.L. 152 ta’ l-2000;
A.L. 320 ta’ l-2002;
A.L. 323 ta’ l-2002;
A.L. 319 ta’ l-2003.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2)
L-EWWEL KOLONNA IT-TIENI KOLONNA
PROĊEDURI EMENDA RELATTIVA
K.L.P. 1/96 - Proċeduri
ta’ l-1996 dwar Kunsilli
Lokali (Finanzi).
1. P1.09 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) fil-partita e.01, minflok il-kliem "il-Lm100"
għandhom jidħlu l-kliem "il-Lm500"; u
(b) fil-partita e.02, minflok il-kliem "Lm100" u
"Lm1000" għandhom jidħlu l-kliem "Lm500"
u "Lm2000" rispettivament;
(ċ) fil-partita e.03 minflok il-kliem "Lm1,000"
għandhom jidħlu l-kliem "Lm2,000"".
2. Fil-partita C.09 ta’ P1.14, minnufih wara l-kliem
"jitqiegħdu kuljum" għandhom jiżdiedu l-kliem "jew
għall-inqas darbtejn fil-ġimgħa".
3. P1.01 għandu jiġi emendat kif ġej:
Minnufiħ, wara il-partita h.06 għandu jidħol dan li
ġej:
"h.07 Id-deprezzament ta’ l-assi fissi jiġi kalkolat
fl-aħħar ta’ kull xahar. Ir-rati ta’ deprezzament
jiġu stabbiliti fl-appendiċi PI.XI.".
4. P.1.02 għandu jiġi emendat kif ġej:
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 3
Minnufih wara l-partita a.02 għandu jidħol dan li
ġej:
"a.03 Jiżgura li kull ħlas u rabta ta’ ħlas kemm
eżistenti kemm fil-futur, jiġu reġistrati kif imiss
f’format kumulattiv u konsolidat kif stabbilit fil-
formula Appendiċi Pl.XII, liema formula għandha
tiżvela u tipprovdi previżjoni ta’ bilanċ emerġenti.
Meta din il-previżjoni tkun taħt benchmark
stabbilit skond ir-regolament 4 tar-Regolamenti
Finanzjarji, sew il-Kunsill, sew id-Direttur
għandhom jiġu infurmati immedjatament, sabiex
hemm jagħtu lok li tinbeda l-proċedura korrettiva
għal dan il-għan. Kopja ta’ din il-formula -
(Appendiċi P1.XII) tkun mehmuża mal-minuti ta’
kull laqgħa tal-Kunsill u għandha tintbagħat lid-
Direttur.".
5. P1.05 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Minnufih wara d.06 għandhom jidħlu dawn il-
paragrafi ġodda kif ġej:
"d.07 Kopja ta’ dan ir-rapport għandha
tintbagħat lid-Direttur fi żmien
ħmistax-il ġurnata wara li tkun ġiet
preżentata lil Kunsill kif speċifikat fil-
paragrafu ta’ qabel dan (i.e. sat-30 ta’
Lulju, sat-30 ta’ Ottubru, sat-30 ta’
Jannar u sat-30 ta’ April ta’ kull sena).
F’każ li l-Kunsill jonqos milli jibgħat
dan ir-rapport, il-Ministru għandu, fuq
il-parir tad-Direttur, iżomm parti mill-
allokazzjoni ta’ fondi approvata lill-
Kunsill, sakemm il-Kunsill jonora dan
l-obbligu tiegħu.
Iżda l-Ministru għandu biss iżomm
dawk il-fondi wara perijodu ta’ żmien
kif preskritt f’avviż bil-miktub fejn il-
Kunsill jingħata l-opportunità
jirrettifika n-nuqqas tiegħu.
Iżda wkoll l-ammont miżmum
m’għandux jeċċedi 1% tal-fondi
allokati lil Kunsill għal dik is-sena
fmanzjarja.".
(b) Minnufih wara g.05 għandu jidħol dan li ġej:
"h. Il-Kunsill għandu jgħaddi lid-Direttur
kopja tal-minuti approvati tal-laqgħat
tiegħu kif ukoll kopja tal-minuti
approvati tal-laqgħat tal-Kumitat tal-
Finanzi.
4 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
F’każ li l-Kunsill jonqos milli jgħaddi
dawn il-minuti fi żmien tliet ijiem tax-
xogħol wara li jkunu ġew approvati l-
Ministru jista’, fuq parir tad-Direttur,
iżomm parti mill-allokazzjoni ta’ fondi
approvata lill-Kunsill, sakemm il-
Kunsill jonora dan l-obbligu tiegħu.
Iżda l-ammont miżmum m’għandux
jeċċedi 1% tal-fondi allokati lil Kunsill
għal dik is-sena finanzjarja.
i. L-Indikatur tal-Qagħda Finanzjarja kif
imfisser fir-regolament 4 tar-
Regolamenti Finanzjarji, jiġi kalkolat
billi jittieħed l-ammont totali ta’ l-assi
kurrenti (flus fil-bank u debituri) u
minnu jitnaqqas l-ammont totali tal-
passiv kurrenti (pagamenti/kreditur
kemm tal-futur qrib kemm ta’ dawk fit-
tul), b’eċċezzjoni ta’ rbit finanzjarju fit-
tul li kien approvat bil-miktub mill-
Ministru skond l-Att.
F’sitwazzjonijiet fejn il-Kunsill għandu
arranġamenti ta’ self approvat, dan is-
self fit-tul m’għandux jiġi kkonsidrat
meta jkun ikkalkolat l-Indikatur tal-
Qagħda Finanzjarja. Iżda, kemm il-
Kunsill kif ukoll id-Direttur għandhom
jiżguraw li l-ħlas tas-self ikun dak kif
approvat fil-ftehim oriġinali meta jkun
ġie approvat u inħareġ is-self.
i.0.1 F’każ li Kunsill Lokali jkollu Indikatur
tal-Qagħda Finanzjarja f’bilanċ
favorevoli li jkun anqas minn għaxra
fil-mija ta’ l-allokazzjoni li l-Gvern
ikun approva lil Kunsill Lokali għal dik
l-istess sena finanzjarja tal-Kunsill
Lokali:
(i) Id-Direttur għandu joħroġ avviż
ta’ dan bil-miktub lil Kunsill
Lokali. Il-Kunsill Lokali jkun
obbligat iwieġeb bil-miktub biex
jistqarr kif se jfassal ir-rapport
finanzjarju ta’ kull tliet xhur li
jkun imiss, kif il-Kunsill ikun se
jtejjeb il-qagħda finanzjarja
tiegħu u b’liema tnaqqis fl-ispiża
tiegħu jkun se jilħaq il-mira ta’
għaxra fil-mija;
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 5
(ii) Il-Kunsill ikun obbligat jaħtar
Kumitat tal-Finanzi li jkun
jinkludi, bħala membri, lis-
Sindku, Kunsillier ieħor u lis-
Segretarju Eżekuttiv, u f’każ li l-
ebda persuna mill-Kunsill jew is-
Segretarju Eżekuttiv ma jkun
accountant kwalifikat, għandu
jiġi maħtur accountant kwalifikat.
Qabel kull deċizjoni dwar xi
spiża, il-Kunsill għandu jikseb il-
parir bil-miktub tal-Kumitat tal-
Finanzi, li għandu jevalwa in-
nefqa proposta fil-kuntest tal-
qagħda finanzjarja tal-Kunsill;
(iii) Jekk sat-tieni rapport finanzjarju
ta’ kull tliet xhur wara l-ittra tad-
Direttur, il-Kunsill ma jkunx
għamel l-arranġamenti meħtieġa
biex tintlaħaq il-mira ta’ għaxra
fil-mija, il-Ministru jista’, fuq il-
parir tad-Direttur iżomm somma
ta’ flus mill-allokazzjoni
approvata lill-Kunsill Lokali li
din is-somma tkun pariġġ id-
differenza bejn il-bilanċ attwali u
l-mira ta’ għaxra fil-mija. Dan l-
ammont għandu jinżamm sakemm
f’xi rapport ta’ kull tliet xhur li
jsir wara li linżamm dan l-
ammont il-mira ta’ għaxra fil-
mija tintlaħaq. Meta jiġri dan, il-
Ministru għandu jgħaddi l-
ammont ta’ flus miżmum lill-
Kunsill:
Iżda f’każ li l-Kunsill juri riżultat
pożittiv konsistentement, il-
Ministru għandu jneħħi l-
applikazzjoni tar-rekwiżit ta’
bilanċ favorevoli ta’ għaxra fil-
mija sakemm il-Kunsill Lokali
jkompli juri qagħda finanzjarja
pożittiva. Il-Ministru jista’ f’kull
waqt jerġa jattiva r-rekwizit ta’
għaxra fil-mija f’dawk il-każi fejn
ir-riżultat finanzjarju tal-Kunsill
ikun jnrikjedi din il-miżura.
i.02 F’każ li Kunsill Lokali jkollu Indikatur
tal-Qagħda Finanzjarja bi żbilanċ anqas
minn ħamsa fil-mija ta’ l-allokazzjoni li
l-Gvern ikun alloka lil Kunsill Lokali
għal dik l-istess sena finanzjarja tal-
Kunsill Lokali:
6 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
(i) Id-Direttur għandu jsejjaħ
formalment lis-Sindku u lis-
Segretarju Eżekuttiv fi żmien
ħmistax-il ġurnata minn meta jiġi
osservat l-iżbilanċ;
(ii) Id-Direttur għandu jitlob lis-
Sindku u lis-Segretarju Eżekuttiv
iħejju proposti dwar kif jitneħha
l-iżbilanċ u sabiex il-mira ta’
għaxra fil-mija bilanċ tkun tista’
tintlaħaq mhux aktar tard minn
tnax-il xahar wara:
Iżda f’każ li l-iżbilanċ fl-
Indikatur tal-Qagħda Finanzjarja
jkun reġistrat f’xi żmien fl-aħħar
sena tat-termini tal-ħatra tal-
Kunsill Lokali, il-mira ta’ bilanċ
favorevoli ta’ għaxra fil-mija
għandha tintlaħaq fi żmien
xahrejn mid-data ta’ l-avviż tad-
Direttur lill-Kunsill Lokali, u bis-
saħħa ta’ dan l-avviż, id-
disposizzjonijiet tal-partita (v)
għandhom japplikaw minnufih;
(iii) Il-proposti tas-Sindku u tas-
Segretarju Eżekuttiv għandhom
ikopru l-metodu u l-minn fejn se
jiġi l-finanzjament ta’ l-iżbilanċ,
liema voti fil-budget għandhom
jintużaw, u liema proġetti jkunu
se jiċċekknu jew jitwaqqfu;
(iv) Jekk id-Direttur japprova l-
proposti tas-Sindku u tas-
Segretarju Eżekuttiv, dawk il-
proposti kif approvati għandhom
minnhom infusħom jgħelbu l-
allokazzjonijiet li jkunu saru fil-
budget tal-Kunsill u kull
deċizjoni li tkun qabel ittieħdet
mill-Kunsill;
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 7
(v) Jekk id-Direttur ma japprovax il-
proposti li jkunu għamlu s-Sindku
u s-Segretarju Eżekuttiv, il-
Ministru, fuq il-parir tad-Direttur,
ikollu l-poter li jnaqqas mill-
allokazzjoni tal-Kunsill somma
ta’ flus li tkun pariġġ id-
differenza bejn l-iżbilanc negattiv
u l-mira ta’ għaxra fil-mija tal-
bilanċ favorevoli, u b’din is-
somma jibda jħallas dawk l-
ammonti ta’ flus li l-Kunsill
ikollu jagħti lil terzi persuni;
(vi) Jekk fi żmien tnax-il xahar il-
Kunsill ma jilħaqx il-mira ta’
għaxra fil-mija, allura japplikaw
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu
1.03, ikun xi jkun il-bilanċ jew
żbilanċ tal-Kunsill;
Iżda kull fejn f’dan il-paragrafu huwa
indikat li għandha tapplika rata ta’
bilanċ pożittiv ta’ għaxra fil-mija,
għandha għall-perjodu bejn l-1 ta’
Ottubru, 2003 u l-31 ta’ Marzu, 2004
tapplika rata ta’ ħamsa fil-mija.
i.03 F’każ li Kunsill Lokali jkollu Indikatur
tal-Qagħda Finanzjarja bi żbilanċ ta’
aktar minn ħamsa fil-mija ta’ l-
allokazzjoni li l-Gvern ikun għadda
għal dik l-istess sena finanzjarja tal-
Kunsill Lokali:
(i) Fi żmien xahar mid-data li fiha
jkun ġie osservat l-iżbilanċ id-
Direttur għandu, wara li jkun
ikkonsulta lill-Kunsill, lill-
accountant u l-awdituri tiegħu,
iħejji pjan ta’ ristrutturazzjoni
finanzjarja għax-xhur jew is-snin
li jkun hemm bżonn, skond kemm
ikun kbir l-iżbilanċ, liema żmien,
iżda m’għandux jaqbeż it-tliet
snin.
F’każ li d-Direttur jidħol f’xi
spejjeż sabiex iħejji dan il-pjan
jew fil-konsultazzjoni meħtieġa
għalih, dawn l-ispejjeż jitnaqqsu
mill-allokazzjoni li l-Gvern ikun
għadda lil dak il-Kunsill;
8 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
(ii) Il-pjan għandu jindika s-somma li
għandha tintuża mill-allokazzjoni
tal-Kunsill biex tiġi finanzjata r-
ristrutturazzjoni tal-finanzi, u
f’linji ġenerali, liema voti tal-
Kunsill għandhom jintużaw għal
dan il-għan;
(iii) Qabel l-implimentazzjoni tal-pjan
ta’ ristrutturazzjoni, id-Direttur
għandu jinforma lill-Ministru bil-
pjan u l-Ministru għandu, qabel
ma jikkonferma l-pjan, jitlob u
jisma’ l-veduti ta’ l-Assoċjazzjoni
tal-Kunsilli Lokali;
(iv) Matul il-perijodu tar-
ristrutturazzjoni, il-kontijiet tal-
Kunsill ikunu kkontrollati mid-
Direttur, u d-Direttur ikollu l-jedd
li jirrifjuta li jiffinanzja xi rabta
tal-Kunsill li tagħmel ħsara lill-
pjan ta’ ristrutturazzjoni;
(v) Il-Kunsill ma jkunx jista’ jidħol
għal xi rbit mingħajr l-
approvazzjoni tad-Direttur.
(vi) Kull dokument dwar xi sejħiet
pubbliċi għal offerti u kull
dokumentazzjoni tal-Kunsill
inkluż kull korrispondenza li
jibgħat il-Kunsill, trid tinkludi
stqarrija li tkun tgħid li l-Kunsill
ma jistax jintrabat
finanzjarjament jekk mhux bi qbil
bil-miktub mad-Direttur;
(vii) Il-fondi li jkunu allokati mill-
Gvern jinżammu mid-Direttur
f’isem il-Kunsill Lokali u jintefqu
skond proċeduri approvati;
(viii) Fil-kuntest tal-pjan ta’
ristrutturazzjoni id-Direttur ikollu
l-jedd li jħallas dawk l-ammonti li
l-Kunsill ikollu jagħti lil terzi.".
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 9
Appendiċi p1. XI
Rati ta’ Deprezzament
Ir-rati ta’ deprezzament li jkunu applikabbli huma kif ġej:
% Rata
Artijiet 0
Bini 1
Għamara għall-uffiċċju u aċċessorji oħra 7.5
Xogħol ta’ kostruzzjoni 10
Titjib urban (għamara tat-toroq) 10
Programmi Speċjali 10
Tagħmir li għandu x’jaqsam ma’ uffiċċju 20
Vetturi bil-mutur 20
Impjanti u makkinarju 20
Tagħmir tal-Computer 25
Siġar 0
Pjanti 100
Reċipjenti ta’ l-iskart 100
Għamara tal-Playgrounds 100
Sinjali tat-traffiku 100
Sinjali tat-toroq 100
Mirja tat-toroq 100
Lampi tat-toroq 100
10 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
Appendiċi P1. XII
1. Dettalji Konsolidati ta’ Dħul u Infiq
Nru. 
tal-
Kont
DESKRIZ-
ZJONI
XAHAR SENA S’ISSA (SENA)
ATWALI COMMITTED TOTAL ESTIMI ATWALI COMMITTED TOTAL ESTIMI
Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm
2 Dħul
0000 Mill-Gvern
0020 Il-Bye-laws
0090 L-investment
0100 Ġenerali
TOTAL
1 Infiq
1000 Emolumenti
personali
2000 Manutenzjoni u
xogħlijiet oħra
7000 Infiq kapitali
TOTAL
Bilanċ
Bilanċi ta’ flus
fl-idejn u fil-
bank fil-bidu
(opening
balances)
Naqqas Spejjeż diġà
marbutin
(commitments)
Żid Bilanċ (surplus/
deficit)
Fondi
disponibbli
Allokazzjoni
għas-sena
finanzjarja
kurrenti tal-
Kunsill Lokali
% Indikatur tal-
Qagħda
Finanzjarja
Noti: 1 L-ammonti mdaħħla fil-kolonna (Attwali) jkunu l-figuri meħuda mir-rapporti tas-Sage.
2 L-ammonti mdaħħla fil-kolonna (Committed) ikunu dawk l-ammonti li ma jkunux għadhom daħlu fis-Sage
bħala Kredituri jew Accruals f’każ ta’ infiq u kull dħul accrued jew ammonti dovuti li għadhom pendenti.
3 Irbit (commitments) għall-futur għandhom jinkludu l-offerti kollha li jkunu ngħataw u li jkunu għadhom ma
ġewx fis-seħħ jew li parti minnhom huma lesti. L-ammont marbut (committed) mall-proġett (li għadu mhux
utilizzat) ikun irid jitniżżel f’din il-parti u jingħataw dettalji dwar dawn il-proġetti.
Dikjarazjoni:
Is-Sindku u s-Segretarju Eżekuttiv jiddikjaraw illi r-rendikont t’hawn fuq juri stampa reali u vera tal-qagħda finanzjarja
tal-Kunsill fid-data ta’ meta qed jiġu ffirmati u kull irbit (commitments) ġie inkluz f’dan ir-rendikont finanzjarju.
Sindku Segretarju Eżekuttiv Data
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 11
1.1 Dettalji tad-dħul
1.1 Dettalji ta’ l-Infiq
a b ċ=(a+b) d e f g=(e+f) h
Nru. 
tal-
Kont
DESKRIZ-
ZJONI
XAHAR SENA S’ISSA (SENA)
ATTWAL
I
ACCRUED TOTAL ESTIMI ATTWAL
I
ACCRUED TOTAL ESTIMI
Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm
2 Dħul
0000 Mill-Gvern
0001 Annwali
0002 Supplimentari
0003 Bżonnijiet
Speċjali
0004 Delegazzjoni-
jiet Pubbliċi
Governattivi
0015 Ħwejjeġ oħra
0020 Il-Bye-laws
0021 Servizzi
Komunitarji
0036 Ksur tal-bye-
laws u kont-
ravvenzjonijiet
0056 Għotjiet
sponsorjali
0066 Ġenerali
0090 L-Investment
0091 Imgħax tal-
Bank
0096 Sigurtajiet fil-
Gvern
0100 Ġenerali
0110 Donazzjonijiet
0120 Kontribuzzjo-
nijiet
TOTAL
a b b - a ċ d d - ċ
Nru. 
tal-
Kont
DESKRIZ-
ZJONI
XAHAR SENA S’ISSA (SENA)
ATTWAL
I
COMMITTED TOTA
L
ESTIMI ATTWAL
I
COMMITTED TOTA
L
ESTIMI
Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm Lm
1 Infiq
1000 Emolumenti
personali
1100 Allowance tas-
Sindku
1200 Pagi ta’ l-
impjegati
1300 Bonus
1400 Dħul
supplimentari
1500 Kontribuzzjo-
nijiet tas-
Sigurtà  Soċjali
12 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
1600 Konċessjoni-
jiet
(Allowances)
1700 Sahra
2000 Manutenzjoni u
Xogħlijiet oħra
2100 Servizzi (dawl,
ilma, telefon,
eċċ)
2200 Xiri ta’
materjal u
fornimenti
Tiswijiet u
manutenzjoni
2310 Proprjetà
pubblika
2311 Toroq u
bankini
2312 Passaġġi
2313 Sinjali
2314 Marki tat-
toroq
2330 Għamara
għall-uffiċċju
u aċċessorji
2340 Impjant u
makkinarju
2360/
70
Tiswijiet u
manutenzjoni
oħra
2375 Proprjetà  tal-
Kunsill
2400 Kera
2500 Sħubija
f’għaqdiet
nazzjonali u
internazzjonali
2600 Spejjeż ta’ l-
uffiċċju
2700 Trasport
2800 Safar u vjaġġar
2900 Tagħrif lill-
pubbliku
3000 Spejjeż ta’
kuntratti
3010 Tidwil fit-
toroq
3020 Kiri ta’
tagħmir
3030 Polza ta’
assiguraz-
zjoni
3035 Spejjeż
Bankarji
3040 Tneħħija ta’
skart
3041 Ġbir ta’ skart
3042 Ġbir ta’ skart
goff
3050 Spejjeħ ta’
tindif
3051 Tindif ta’
toroq
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 13
3052 Tindif u
manutenzjoni
- toroq mhux
urbani
3053 Tindif ta’
latrini
pubbliċi
3055 Tindif ta’ l-
uffiċini tal-
Kunsill
3060 Spejjeż
kuntrattwali
oħra
3061 Tindif u
manutenzjoni
- ġonna
pubbliċi
3062 Tindif u
manutenzjoni
- Verges
3063 Tindif u
manutenzjoni
- bajjiet u
xtut
3064 Tindif u
manutenzjoni
- postijiet
mhux urbani
3100 Servizzi
Professjonali
3200 Taħriġ
3300 Ospitalità  u
Servizzi lill-
komunità
3600 Spejjeż ta’ l-
infurzar lokali
(LES)
3400 Spejjeż oħra li
jinqalgħu
7000 Infiq Kapitali
7001 Xiri ta’
proprjetà
7100 Bini
7200 Titjib
7300 Makkinarju u
apparat
7500 Programmi
speċjali
TOTAL
K.L.P. 2/96 -
Proċeduri ta’ l-1996
dwar Kunsilli Lokali
(Verifika)
Minflok il-paragrafu "e" ta’ P2.05 għandu jidħol dan il-
paragrafu ġdid kif ġej:
"e L-udituri tal-gvern lokali għandhom jibgħatu seba’
kopji tar-rapport tagħhom dwar ir-rapporti finanzjari
tal-Kunsilli lill-Awditur Ġenerali. L-Awditur
Ġenerali għandu wara li jkun irċevihom iqassam
dawk il-kopji kif ġej:
e. 01 Kopja lill-Kunsill Lokali.
14 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
e. 02 Żewġ kopji lil Ministru, li kopja minnhom
għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u l-oħra
tiġi arkivjata mill-Iskrivan tal-Kamra.
e.03 Kopja lill-Ministru tal-Finanzi.
e.04 Kopja li tinżamm mill-Awditur Ġenerali.
e.05 Żewġ kopji lid-Direttur (Kunsilli Lokali), li
waħda minnhom għandha tintbagħat lid-Direttur
Ġenerali Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.".
K.L.P. 3/96 -
Proċeduri ta’ l-1996
dwar Kunsilli Lokali
(Offerti).
1. F’P3.03, a, il-paragrafu mhux enumerat għandu jiġi
enumerat a, u fih minflok il-kliem minn "Is-Segretarju" sa
"ta’ l-offerta mitfugħa." għandu jidħol dan li ġej:
"Is-Segretarju għandu jiżgura li l-offerti mitfugħin
ikunu konformi ma’ din it-tabella li ġejja:
Valur Stmat tal-Kuntratt Garanzija meħtieġa
sa Lm2000  Xejn
minn Lm2,001 sa Lm5,000 Lm200
minn Lm5,001 sa Lm15,000 Lm500
minn Lm15,001 sa Lm25,000 Lm1,000
minn Lm25,001 sa Lm50,000 Lm2,000
Lm50,001 u fuqhom Lm2,500.
2. Minnufih fi tmiem l-Appendiċi P3.V, għandu jiżdied
dan li ġej:
"KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI DWAR IL-
GARANZIJA TA’ OFFERTA (BID BOND)
Din l-Offerta għandu jkollha magħha Garanzija ta’
offerta (Bid Bond) valida u oriġinali fl-ammont ta’
............. lira Maltija (Lm ...........) fil-għamla tal-
kampjun ta’ Garanzija mehmuż. Din il-Garanzija
għandha tkun valida għal żmien ............... xhur
kalendarji mid-data stabbilita għall-għemil ta’ offerti.
Din il-Garanzija hi maħsuba bħala rahan li min jitfa
offerta jidħol f’kuntratt mal-Kunsill Lokali bil-
pattijiet imsemmija fl-Offerta tiegħu u għandu jagħti
Performance Bond (skond il-kampjun mehmuż mad-
Dokumenti ta’ l-Offerta) li tkun tkopri t-twettiq fidil
tal-Kuntratt u l-ħlas ta’ kull obbligazzjoni li titnissel
minnu. Il-garanzija tintilef jekk min jitfa’ l-offerta
jirtira l-offerta tiegħu qabel iż-żmien stipulat ta’ xhur
jew jekk min jitfa’ l-offerta jonqos milli jipprovdi l-
Performance Bond fi żmien sebat (7) ijiem minn
meta jirċievi l-Ittra ta’ Aċċettazzjoni.
Il-Kunsill Lokali jkollu l-jedd li jibqa’ jżomm il-
Garanzija ta’ dawk li jitfgħu l-Offerti saż-żmien sew
(a) li l-kuntratt ikun ingħata u l-Performance Bond
tkun ġiet mogħtija, sew (b) ikun skada ż-żmien
speċifikat biex jiġu irtirati l-offerti, sew (ċ) l-Offerti
jkunu ġew riġettati.
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 15
Offerti li meta jiskadi l-ħin u d-data stabbiliti għall-
għemil ta’ l-offerta ma jkunux imseħbin bil-
Garanzija mandatorja, jiġu skwalifikati.".
3. Fl-Appendiċi P3.IX.A (Servizzi), il-klawsola 47,
għandha tiġi emendata kif ġej:
(a) fit-tielet paragrafu tiegħu, minnufih wara l-
kliem "għat-twettiq tas-servizz." għandha tidħol
din is-sentenza ġdida li ġejja:
"Fejn il-Kunsill Lokali jeħtieġ żieda fis-servizz
li jvarja s-somma tal-kuntratt b’iktar minn 20%,
il-Kunsill Lokali għandu jew definittivament
itemm il-kuntratt mogħti lill-kuntrattur u joħroġ
sejha ġdida għall-offerti, jew inkella joħroġ biss
sejħa għall-offerti għal dik il-parti tal-
varjazzjoni, b’dan illi jekk il-varjazzjoni tkun
inqas minn Lm2,000 jew 5% ta’ l-allokazzjoni
finanzjarja ordinarja, għandhom japplikaw il-
limitazzjonijiet għal ordnijiet diretti jew
kwotazzjonijiet."; u
(b) fir-raba’ paragrafu tiegħu, il-kliem minn "Fejn
il-varjazzjoni fil-metodu" sal-kliem "għat-
twettiq tas-servizz.", għandu jitħassar.
P3. IX Kondizzjonijiet Ġenerali ta’ Kuntratt għandhom
jiġu emendati kif ġej:
1. F’A. Servizzi, minflok il-partita 41 għandu
jidħol dan li ġej:
"41. Deċiżjoni ta’ Kwistjonijiet
Kull kwistjoni, differenza jew talba li toħroġ
mill-kuntratt, jew xi ksur, terminazzjoni jew
nuqqas ta’ validità  tiegħu, għandhom ikunu
deċiżi minn l-arbitraġġ skond il-liġijiet taċ-
Ċentru ta’ l-Arbitraġġ Malti kif ikunu fis-seħħ.
(a) L-awtorità  u l-amministratur stabbiliti
għandu jkun iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ
Malti;
(b) L-għadd ta’ arbitri għandu jkun wieħed;
(ċ) Il-post ta’ l-arbitraġġ għandu jkun Malta;
(d) Waqt il-proċedimenti ta’ arbitraġġ il-
lingwa wżata għandha tkun il-Malti,
sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor; u
(e) Il-liġijiet sostantivi applikabbli għandhom
ikunu l-Liġijiet ta’ Malta.".
2. F’B. Oġġetti, fil-partita 28 minflok il-kliem
"Minkejja xi ftehim jew kondizzjoni oħra li jgħidu l-
kuntrarju fil-każ ta’ xi kwistjoni, il-Qrati Maltin ikollhom
ġurisdizzjoni esklużiva li jisimgħu u jiddeċiedu skond il-
meriti tas-suġġett tal-kwistjoni." għandu jidħol dan li ġej:
16 L.S.363.12 ħ PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI
"Kull tilwima, kwistjoni jew talba li toħroġ mill-
kuntratt jew li jkollha x’taqsam miegħu, jew xi
ksur, terminazzjoni jew nuqqas ta’ validita
tiegħu għandhom ikunu deċiżi minn l-arbitraġġ
skond il-liġijiet taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ Malti
kif ikunu fis-seħħ.
(a) L-awtorità  u l-amministratur stabbiliti
għandu jkun iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ
Malti;
(b) L-għadd ta’ arbitri għandu jkun wieħed;
(ċ) Il-post ta’ l-arbitraġġ għandu jkun Malta;
(d) Waqt il-proċedimenti ta’ arbitraġġ il-
lingwa wżata għandha tkun il-Malti,
sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor; u
(e) Il-liġijiet sostantivi applikabbli għandħom
ikunu l-Liġijiet ta’ Malta.".
3. F’Ċ. Kiri ta’ Proprjetà  Immobbli, minnufiħ wara l-
partita 20 għandha tidħol din il-partita ġdida 21 kif ġej:
"21. Deċiżjoni ta’ Kwistjonijiet.
Kull tilwima, kwistjoni jew talba li toħroġ mill-
kuntratt jew li jkollħa x’taqsam miegħu, jew xi
ksur, terminazzjoni jew nuqqas ta’ validità
tiegħu għandhom ikunu deċiżi minn l-arbitraġġ
skond il-liġijiet taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ Malti
kif ikunu fis-seħħ.
(a) L-awtorità  u l-amministratur stabbiliti
għandu jkun iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ
Malti;
(b) L-għadd ta’ arbitri għandu jkun wieħed;
(ċ) Il-post ta’ l-arbitraġġ għandu jkun Malta;
(d) Waqt il-proċedimenti ta’ arbitraġġ il-
lingwa wżata għandha tkun il-Malti,
sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor; u
(e) Il-liġijiet sostantivi applikabbli għandhom
ikunu l-Liġijiet ta’ Malta.".
4. F’D. Amministrazzjoni ta’ Proprjetà  Immobbli,
minnufih wara l-partita 18 għandha tidħol din il-partita ġdida
19 kif ġej:
"19. Deċiżjoni ta’ Kwistjonijiet.
Kull tilwima, kwistjoni jew talba li toħroġ mill-
kuntratt jew li jkollha x’taqsam miegħu, jew xi
ksur, terminazzjoni jew nuqqas ta’ validità
tiegħu għandhom ikunu deċiżi minn l-arbitraġġ
skond il-liġijiet taċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ Malti
kif ikunu fis-seħħ.
(a) L-awtorità  u l-amministratur stabbiliti
għandu jkun iċ-Ċentru ta’ l-Arbitraġġ
Malti;
(b) L-għadd ta’ arbitri għandu jkun wieħed;
PROĊEDURI GĦAL KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.12 17
(ċ) Il-post ta’ l-arbitraġġ għandu jkun Malta;
(d) Waqt il-proċedimenti ta’ arbitraġġ il-
lingwa wżata għandha tkun il-Malti,
sakemm ma jiġix dikjarat mod ieħor; u
(e) Il-liġijiet sostantivi applikabbli għandhom
ikunu l-Liġijiet ta’ Malta.".
