AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.15
BYE-LAWS DWAR L-AMMINISTRAZZJONI
TA’ ĠNIEN IS-SERENITÀ
(KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
20 ta’ Frar, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 57/1/97, kif emendata bil-Kunsill Lokali
Bye Laws 57/1/99 u 57/6/2001.
Titolu.
Amministrazzjoni ta’ Ġnien is-Serenità  (Kunsill Lokali Santa
Luċija).
Tifsir.
Emendat:
K.L.B.L.57/6/2001.
2. F’dawn il-Bye-Laws, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
"amministrazzjoni" għandha l-istess tifsira kif mogħti lilha bir-
regolament 43(2) tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi);
"applikant" tfisser dik il-persuna, organizzazzjoni jew grupp ta’
persuni li japplikaw lill-Kunsill għal awtorizzazzjoni għall-użu tal-
Ġnien skond id-disposizzjoni ta’ l-ordinament 7;
Kap. 363.
"attività  kummerċjali" tfisser kull attività  li għandha bħala għan
ewlieni l-promozzjoni kummerċjali jew bejgħ ta’ oġġetti jew
servizzi kif stabbilit fit-Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, jew kull attività
oħra hekk meqjusa mill-Kunsill;
"attività  mhux kummerċjali" tfisser kull attività  li għandha
għanijiet edukattivi, soċjali, kulturali jew informattivi kif stabbilit
fit-Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, iżda li m’għandhiex bħala għan
ewlieni l-promozzjoni kummerċjali jew il-bejgħ ta’ oġġetti jew
servizzi;
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill
lil xi applikant skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7;
"Ġnien" tfisser Ġnien is-Serenità ;
"Ġnien is-Serenità " tfisser il-ġnien li jinsab fil-konfini tal-post
magħruf bħala "Iżra’ u Rabbi" kif stabbilit fis-site plan li tinsab fl-
Ewwel Skeda u indikat bħala l-area shaded;
"guided tours" tfisser grupp ta’ persuni li jkun ta’ għaxra jew
aktar, li jkunu qed iżuru l-Ġnien taħt il-gwida ta’ xi persuna jew
persuni;
"ħinijiet tal-ftuħ" tflsser dak il-perijodu ta’ ħin li matulu l-ġnien
ikun miftuħ għall-pubbliku u li jiġi stabbilit mill-Kunsill minn
żmien għal żmien;
"Kumitat ta’ Tmexxija" tfisser il-Kunsill jew xi Kumitat
imwaqqaf mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 47 u
l-Ordnijiet Permanenti 26 sa 28 tas-Sitt Skeda ta’ l-Att, sabiex
jeżerċita l-funzjoni li jamministra l-Ġnien għan-nom tal-Kunsill
skond it-termini stipulati fl-ordinament 9;
2 L.S.363.15 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija;
"kuratur" tfisser dik il-persuna maħtura mill-Kunsill bħala
amministratur ta’ Ġnien is-Serenità  skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
ordinament 6;
"organizzazzjoni" tfisser kull għaqda, assoċjazzjoni, jew grupp
ta’ persuni, kemm jekk governattiva u kemm jekk mhux;
"persuna awtorizzata" tfisser dik il-persuna, organizzazzjoni jew
grupp ta’ persuni li tingħatalhom awtorizzazzjoni għall-użu
temporanju tal-Ġnien skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Kunsill Lokali ta’ Santa
Luċija;
"sit" tfisser dik l-area magħrufa bħala "Iżra u Rabbi" li tinsab fil-
konfini kif stabbilit fl-Ewwel Skeda;
"tfal" tfisser dawk il-persuni taħt l-età  ta’ erbatax-il sena;
"użu esklużiv" tfisser l-użu li jsir mill-Ġnien minn xi persuna,
organizzazzjoni jew grupp ta’ persuni li japplikaw għal dan il-għan
skond kif stabbilit fl-ordinament 8, li jagħti dritt lil dik il-persuna,
organizzazzjoni jew grupp ta’ persuni li jitolbu dritt għal dħul
għall-attività  awtorizzata;
"użu temporanju" tfisser perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx il-
ħamest ijiem jew perijodu iqsar.
Drittijiet għal dħul.
Emendat:
K.L.B.L.57/6/2001.
3.1 Il-Kunsill jista’ jitlob dritt fil-każ ta’ guided tours li jidħlu
fil-Ġnien:
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni għal dħul bla ħlas
jew bi dritt imnaqqas lil kull persuna jew organizzazzjoni hekk kif
jiġi deċiż b’riżoluzzjoni.
3.2 Id-drittijiet għal dħul huma dawk kif stipulat fit-Tieni
Skeda, li jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien mill-Kunsill
permezz ta’ Bye-Laws oħrajn.
3.3 Il-ġbir ta’ dawn id-drittijiet għandu jsir jew mill-persuna li
tkun awtorizzata tagħmel dan mill-Kunsill, jew bil-mezz ta’ xi
metodu ieħor kif jiddetermina l-Kunsill.
Projbizzjoni fil-
partijiet kollha tal-
Ġnien.
Emendat:
K.L.B.L.57/6/2001.
4. Tfal mhux akkumpanjati minn adulti, roti, logħob bil-
ballun, skate-boarding, roller-skating, blade-rollers, tipjip u
annimali huma projbiti f’kull parti tal-Ġnien.
Apparat li 
jirreġistra 
awtomatikament 
kemm jidħlu 
persuni fil-Ġnien.
5. Għal skop ta’ żamma ta’ records, il-Kunsill jista’ jwaħħal
turnstile jew kull apparat ieħor li jirreġistra b’mod awtomatiku
kemm persuni jidħlu fil-Ġnien.
Kuratur. 6.1 Il-Kunsill jista’ jaħtar persuna biex taġixxi bħala kuratur
tal-Ġnien.
Ħatra ta’ kuratur. 6.2 Il-ħatra ta’ kuratur issir bil-mezz ta’ kuntratt li jkun għal
perijodu ta’ sena, li jista’ jiġi mġedded għal perijodi oħra suċċesivi
ta’ sena kull darba.
Funzjonijiet ta’ 
kuratur.
6.3 Il-kuratur ikun l-amministratur tal-Ġnien. Il-funzjonijiet
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.15 3
tiegħu huma -
(a) li jamministra l-Ġnien fix-xogħol ta’ kuljum;
(b) li jkollu l-kustodja ta’ l-assi kollha li jinsabu ġewwa l-
Ġnien;
(ċ) li jimmaniġġja, jagħmel superviżjoni u jagħti kull
istruzzjoni lil kull persuna li tkun qed tagħmel
xogħlijiet ġewwa l-Ġnien jew xi xogħol ieħor konness
miegħu;
(d) li jżomm inventarju dettaljat u aġġomat ta’ l-oġġetti
kollha li jinsabu fi jew jappartjenu għall-Ġnien;
(e) li jagħti permess għall-użu ta’ kull għamara, fornituri,
apparat, vetturi, impjant, makkinarju jew kull oġġett
ieħor li jkun taħt il-kontroll tiegħu, ġewwa l-konfini
tal-Ġnien;
(f) li jivverifika minn żmien għal żmien kull oġġett li
jinsab fl-inventarju u jagħmel rapport lis-Segretarju
dwar kull oġġett żejjed jew nieqes;
(g) li jieħu miżuri ta’ kontroll u ta’ ħażna ta’ l-oġġetti
kollha fl-inventarju;
(h) li jżomm inventarju preċiż ta’ l-oġġetti ta’ stock;
(i) li jagħmel rapport ta’ xi inċident li jseħħ fil-konfini
tal-Ġnien meta jiġi mitlub jagħmel dan mis-Segretarju;
(j) li joħroġ entrance block tickets maħruġa mill-Kunsill
lil kull persuna jew organizzazzjoni li tagħmel talba
bil-quddiem għal dħul, u li jieħu deċiżjoni dwar dħul
jew tkeċċija mill-Ġnien kif jidhirlu xieraq fiċ-
ċirkostanzi; iżda ma jkollu ebda awtorità  li jagħti jew
jirrevoka xi awtorizzazzjoni li tkun fil-kompetenza tal-
Kunsill;
(k) li jżomm record ta’ l-attivitajiet kollha li jkunu saru
jew maħsuba li jsiru fil-Ġnien, li għalihom tkun
ingħatat awtorizzazzjoni;
(l) li kuljum jiddepożita mas-Segretarju, il-flus miġbura
bħala drittijiet għal dħul u dawk miġbura minn makni
mħaddma bil-flus, kif ukoll li jagħmel rapporti
finanzjarji kull ġimgħa u jgħaddihom lis-Segretarju;
(m) li jagħmel rapport amministrattiv kull tliet xhur u
jgħaddih lill-Kunsill, li jkun jinkludi
rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-Ġnien u għas-
sistema ta’ maniġġjar b’mod ġenerali;
(n) li jagħmel dawk il-funzjonijiet l-oħra li jistgħu jiġu
ordnati jew delegati lilu mill-Kunsill.
Awtorizzazzjoni 
mill-Kunsill għal 
ċerti attivitajiet.
7.1 Il-Kunsill ikollu d-dritt li jagħti awtorizzazzjoni bil-miktub
lil xi persuna jew organizzazzjoni, għall-użu temporanju tal-Ġnien,
li ċerti attivitajiet għaliha jitħallas dritt lill-Kunsill.
Awtorizzazzjoni 
tkun iffirmata mis-
Segretarju jew mis-
Sindku.
7.2 L-awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa skond kif stipulat
fl-ordinament 7.1 tingħata bil-firma tas-Segretarju jew tas-Sindku
wara li tkun saret applikazzjoni lill-Kunsill fuq il-formula
4 L.S.363.15 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
preskritta fit-Taqsima 1 tat-Tielet Skeda:
Iżda attività  kummerċjali tiġi awtorizzata biss mill-Kunsill
b’riżoluzzjoni. F’każ ta’ dubju jekk attività  tkunx kummerċjali jew
le, dan għandu jiġi deċiż mill-Kunsill, li d-deċiżjoni tiegħu tkun
finali:
Iżda wkoll, fil-każ ta’ applikazzjoni għal photo sessions ta’
tiġijiet, engagements, l-Ewwel Tqarbina u Griżma, l-
awtorizzazzjoni għandha tingħata mis-Segretarju meta ssir l-
applikazzjoni.
Awtorizzazzjoni 
soġġetta għal 
pattijiet u 
kondizzjonijiet.
7.3.1 Kull awtorizzazzjoni li tingħata tkun soġġetta għall-
pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 tat-Tielet Skeda.
7.3.2 Kopja tal-pattijiet u kondizzjonijiet marbuta ma’
awtorizzazzjoni li tkun ingħatat tista’ titqiegħed mill-Kunsill f’post
prominenti fid-daħla tal-Ġnien matul iż-żmien 1i fih issir l-attività .
Drittijiet għal 
awtorizzazzjoni.
7.4 L-applikant għandu jħallas dak id-dritt kif stipulat fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, skond ix-xorta ta’ l-attività :
Ħlas lura tad-dritt 
imħallas ma’ l-
applikazzjoni.
Iżda d-dritt imħallas għandu jingħata lura lill-app1ikant
kemm-il darba dik l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għal xi raġuni li
tkun, mill-Kunsill, u lil kull applikant li jirtira l-applikazzjoni sa
mill-inqas ġimgħa qabel il-bidu ta’ l-attività :
Nuqqas ta’ tħaris 
tal-pattijiet u l-
kondizzjonijiet 
twassal għal telf ta’ 
ħlas lura tad-dritt 
imħallas.
Iżda wkoll l-awtorizzazzjoni titqies mhux valida kemm-il
darba l-persuna awtorizzata tonqos li tħares il-pattijiet u
kondizzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni jew jekk tonqos li tobdi
xi istruzzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill. F’dan il-każ, id-dritt li
jkun tħallas jinżamm mill-Kunsill.
Persuna 
awtorizzata tista’ 
titlob ħlas għal 
dħul.
7.5.1 Il-Kunsill ikollu d-dritt li jagħti awtorizzazzjoni lil xi
applikant li jkun ser jagħmel attività  li għaliha l-persuna
awtorizzata tista’ titlob ħlas ħlas għal dħul. F’dan il-każ, il-Kunsill
ikollu d-dritt li jirċievi sa għoxrin fil-mija (20%) tad-dħul kollu
mid-drittijiet għad-dħul li jitħallas għall-attività  awtorizzata:
Iżda, f’kull każ, il-Kunsill m’għandux jirċievi inqas minn
ħamsa u għoxrin ċenteżmu għal kull persuna adulta:
Iżda wkoll, meta ma jintalab l-ebda ħlas għad-dħul mill-
persuna awtorizzata, japplikaw id-drittijiet stabbiliti fit-Tieni
Skeda.
7.5.2 Il-Kunsill ikollu l-jedd ukoll li jirċievi sa massimu ta’
għoxrin fil-mija (20%) tad-dħul kollu minn sponsorship, reklami bi
ħlas jew bejgħ li jkun sar minn jew b’konsegwenza ta’ l-attività
awtorizzata.
Ħlasijiet u spejjeż 
addizzjonali li 
jitħallsu lill-
Kunsill mill-
persuna 
awtorizzata.
7.6 Il-Kunsill jista’ jitlob ukoll lill-persuna awtorizzata sabiex
tħallas kull nefqa u spiża addizzjonali li jagħmel il-Kunsill bħala
konsegwenza ta’ l-attività , li jinkludu utilities u l-għoti ta’ servizz
addizzjonali.
Attivitajiet oħra. 7.7 Il-Kunsill ikollu d-dritt ukoll li jagħti awtorizzazzjoni
għall-użu temporanju tal-Ġnien għal xi attività  li mhix elenkata fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, li għaliha d-dritt jiġi stabbilit mill-
Kunsill u li fl-ebda każ m’għandu jkun ta’ aktar minn mitt lira (Lm
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.15 5
100).
Caution money.
dritt kif imsemmi fl-ordinament 7.4, jitlob somma li ma teċċedix il-
mitt lira (Lm 100) li sservi bħala caution money.
Ħlas lura tal-
caution money.
7.8.2 Dik is-somma titħallas lura lill-persuna awtorizztata
kemm-il darba l-Kunsill ikun sodisfatt li fi tmiem l-attività  ma tkun
saret l-ebda ħsara jew ksur tal-kondizzjonijiet mill-persuna
awtorizzata.
Caution money 
tinżamm mill-
Kunsill f’każ ta’ 
ksur tal-pattijiet u 
kondizzjonijiet.
7.8.3 F’każ ta’ xi ksur ta’ xi waħda mill-pattijiet u
kondizzjonijiet imsemmija hawn aktar qabel din is-somma tiġi
miżmuma mill-Kunsill mingħajr ħsara għal kull azzjoni oħra li l-
Kunsill jista’ jieħu.
Polza ta’ 
assigurazzjoni.
7.9. Mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7.8,
il-Kunsill jista’ wkoll jitlob li l-applikant jissottometti polza ta’
assigurazzjoni li tagħmel tajjeb għal ħsarat, serq, u għal kull xorta
jew għamla ta’ danni jew talba minn terzi persuni, għal kemm
iddum dik l-attività , inkluż il-perijodu ta’ preparamenti u dak ta’
żarmar ta’ tagħmir, apparat, għamara jew mezz ieħor użati fl-
attività .
Konċessjoni 
speċjali.
7.10 Il-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni speċjali lil xi
organizzazzjoni volontarja jew lil xi organizzazzjoni oħra biex
tagħmel attività  fil-Ġnien, bi ħlas inqas minn dak stipulat fit-
Taqsima 3 tat-Tielet Skeda, jew mingħajr ebda ħlas.
Użu esklużiv tal-
Ġnien jew ta’ parti 
minnu.
8. Il-Kunsill, kull awtorità  tal-Gvern ċentrali, jew kull
persuna jew organizzazzjoni li tingħatalhom awtorizzazzjoni skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 7.5.1, jista’ jagħmel użu
esklużiv tal-Ġnien jew parti minnu sakemm ikun avża mill-inqas
ġimgħatejn qabel lill-Kunsill. Għal dan il-għan, il-Ġnien kollu jew
parti minnu jista’ jingħalaq jew id-dħul ikun ristrett.
Kumitat ta’ 
Tmexxija.
9.1 Il-Kunsill jista’ jaħtar Kumitat ta’ Tmexxija li għandu
jaqdi dawk id-dmirijiet kollha fil-kompetenza tal-Kunsill għar-
rigward ta’ l-immaniġġjar tal-Ġnien skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws:
Iżda s-Segretarju jkun responsabbli mill-immaniġġjar
finanzjarju.
9.2 L-għadd ta’ membri, il-korpi li jiġu mistiedna biex
jinnominaw membri u t-termini ta’ riferenza tal-Kumitat ta’
Tmexxija jiġu stabbiliti mill-Kunsill.
Dritt tal-Kunsill li 
jagħti b’kuntratt lil 
terzi drittijiet, 
konċessjonijiet, 
eċċ.
L.S. 363.01
10. Il-Kunsill ikollu dritt, skond kif stipulat fir-regolament 43
tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) li jagħti b’kuntratt
lil terzi persuni, drittijiet, konċessjonijiet, permessi jew
awtorizzazzjonijiet biex imexxu, jħaddmu, jużaw jew jokkupaw il-
Ġnien jew parti minnu:
Iżda kuntratt ikun biss validu kemm-il darba l-persuna li
lilha jkun ingħata tkun kisbet kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt xi liġi oħra.
Makni mħaddma 
bil-flus.
11. Il-Kunsill jista’ jwaħħal, fil-konflni kif stabbilit fl-Ewwel
Skeda, makna li taħdem bil-flus għall-bejgħ ta’ biljetti, ikel tal-ħut,
xorb jew snacks, kif ukoll għal xi għan ieħor normalment assoċjat
6 L.S.363.15 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
ma’ postijiet pubbliċi, li jinkludu mobile public toilets, u kull
apparat ieħor imħaddem bil-flus li l-Kunsill jidhirlu xieraq,
soġġetti għal kull permess ieħor meħtieġ taħt xi liġi oħra.
Penali. 12. Kull persuna li tikser xi waħda mid-diposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws, jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda ta’ tletin lira (Lm 30) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm 5) għal kull ġurnata
li fiha tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-
Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
Avviż li għandu 
jitwaħħal jew 
jitpoġġa fid-daħla 
tal-Ġnien.
13. Il-Kunsill ikollu d-dritt li jwaħħal jew ipoġġi avviż fid-
daħla tal-Ġnien li fih jiġu mniżżla dawn il-Bye-Laws jew parti
minnhom, sew bl-ilsien Malti sew bl-ilsien Ingliż.
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.15 7
L-EWWEL SKEDA
(Ordinament 2)
KONFINI TAS-SIT MAGĦRUF BĦALA "IŻRA U RABBI" (SANTA LUĊIJA)
8 L.S.363.15 ħ
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA)
Sostitwita:
K.L.B.L. 57/1/99.
Emendata:
K.L.B.L. 57/6/2001.
IT-TIENI SKEDA
(Ordinament 3)
DRITTIJIET GĦAL DĦUL
Id-dritt għad-dħul f’każ ta’ guided tour ikun ta’
25 ċenteżmu kull persuna.
IT-TIELET SKEDA
(Ordinament 7.2)
TAQSIMA I
FORMULA TA’ APPLIKAZZJONI
ġ Din l-applikazzjoni qed issir skond id-disposizzjonijiet tal-Bye-Laws dwar l-
Amministrazzjoni tal-Ġnien is-Serenità  (Kunsill Lokali Santa Luiċija), u soġġetta għall-
pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fit-Taqsima 2 ta’ din l-Iskeda.ħ
Nru. ta’ l-Applikazzjoni (timtela mill-Kunsill): ..................................................................
Isem ta’ l-Applikant: .........................................................................................................
Nru. tad-Dokument ta’ l-Identità /Nru. tal-Passport: ...........................................................
Kariga fl-Organizzazzjoni: ................................................................................................ 
(e.ż. President, Segretarju, eċċ.)
Isem ta’ l-Organizzazzjoni: ...............................................................................................
Indirizz Uffiċjali: ..............................................................................................................
...............................................................................................................
Nru tat-Tel: ................................................. Nru tal-Fax.:
.................................................
Tip ta’ Attività  li ser issir:
..................................................................................................
(jingħataw dettalji sħaħ)
Jekk hix Attività  Kummerċjali/Attività  Mhux Kummerċjali (ingassa skond il-każ) 
(Ara it-Taqsima 3 ta’ din l-Iskeda)
Jekk hux qed jintalab Użu Esklużiv: Iva/Le (ingassa kif meħtieġ) (ara l-ordinament 8 tal-
Bye-Laws. Jekk timmarka Iva, ehmeż pjanta li turi l-area esklużiva li qed tintalab)
Għadd ta’ persuni li ser jipparteċipaw: ...............................................................................
Data/i ta’ l-Attività : Minn .............................................. Sa ..............................................
Ħin: Minn ...................................................................... Sa ..............................................
Dritt imħallas: Lm ............................. Caution Money imħallas: Lm ..................................
(jekk mitluba)
Nru. ta’ l-Irċevuta: ............................................ (timtela mill-Kunsill)
Segretarju / Sindku* Data
* indikazzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill
TIMBRU TAL-KUNSILL
AMMINISTRAZZJONI TA’ ĠNIEN I
S-SERENITÀ  (KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA) ġ L.S.363.15 9
Taqsima 2
(Ordinament 7.3)
PATTIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL-UŻU 
TEMPORANJU TA’ ĠNlEN IS-SERENITÀ
Taqsima 3
(Ordinament 7.4)
DRITTIJIET LI GĦANDHOM JITĦALLSU GĦAL ATTIVITAJIET LI JEĦTIEĠU 
AWTORIZZAZZJONI MILL-KUNSILL
1. L-awtorizzazzjoni tkun valida biss jekk iffirmata mis-Segretarju tal-Kunsill
jew mis-Sindku u f’dawk id-dati u ħinijiet indikati fl-awtorizzazzjoni u
għall-arei awtorizzati.
2. Il-Kunsill ikollu d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni f’kull ħin għal xi ksur ta’
xi waħda minn dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet jew xi disposizzjoni tal-
Bye Laws. Il-Kunsill għandu d-dritt ukoll li jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk
l-attività  titqies li tkun kontra d-diċenza pubblika jew il-morali.
3. Jekk il-Kunsill jirrevoka l-awtorizzazzjoni għal xi waħda mir-raġunijiet
imsemmija fil-paragrafu 2 hawn aktar qabel, il-persuna awtorizzata ma
tingħatax lura d-dritt li tkun ħallset jew xi parti minnu.
4. L-awtorizzazzjoni hi soġġetta għal kull permess jew liċenza meħtieġa taħt xi
liġi oħra, u jkun obbligu ta’ l-applikant li jġibhom hu innifsu.
5. Il-persuna awtorizzata ma tistax tagħmel xi attività  li ma tkunx indikata fl-
awtorizzazzjoni.
6. Il-persuna awtorizzata tinżamm responsabbli għal kull serq, użu ħażin, jew
ħsara kkaġunata fil-Ġnien b’konsegwenza ta’ l-attività  awtorizzata.
7. Il-persuna awtorizzata għandha żżomm il-post fejn issir l-attività  nadif minn
kull skart f’kull waqt ta’ l-attività .
8. L-apparat, mezzi, għamara u aċċessorji oħra użati waqt l-attività  għandhom
jitneħħew mill-Ġnien sa mhux aktar tard minn wara t-tmiem ta’ l-attività .
9. Il-mod li bih tkun ser issir l-attività  għandu jiġi diskuss minn qabel bejn l-
applikant u s-Segretarju tal-Kunsill jew il-Kuratur tal-Ġnien, u l-persuna
awtorizzata għandha tagħmel dawk l-aġġustamenti rakkomandati mis-
Segretarju/Kuratur.
10. Kull ħoss għandu jieqaf fil-11.00 p.m.
Tip ta’ Attività Dritt Dovut
1. KUMMERĊJALI
Photo Sessions (esklużi ritratti għal Tiġijiet,
Engagements, l-Ewwel Tqarbina u Griżma),
reklami, mudellar, u fashion shows, fieri, eċċ. u
l-iffilmar u produzzjonijiet li għandhom
x’jaqsmu magħhom, u kull attività  oħra li
għandha hekk tiftiehem skond l-ordinament 2 ta’
dawn il-Bye-Laws.
Lm 100 għall-ewwel siegħa
Lm 25 għal kull siegħa oħra
2. MHUX KUMMERĊJALI
Plays, serati, attivitajiet mużikali u letterarji,
media productions, Tiġijiet, Engagements, l-
Ewwel Tqarbina u Griżma, u kull attività  oħra li
għandha hekk tiftiehem skond l-ordinament 2 ta’
dawn il-Bye-Laws.
Lm 10 kull jum
