REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN) ġ L.S.363.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.18
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN)
3 ta’ Ottubru, 1998
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 53/3/98, kif emendata bil-Kunsill Lokali
Bye-Law 53/16/2001.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali San Ġwann).
Tifsir.
Emendat:
K.L.B.L. 53/16/
2001.
2. F’dawn il-Bye-Laws kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tflsser kull haġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda fuqu u tinkludi dustbins, bankijiet, arbli,
qsari, ċnut, ħitan, railings, balavostri, kolonni, roundabouts,
central strips u traffic islands u kull proprjetà  oħra li tista’ tiġi
inkluża mill-Kunsill b’riżoluzzjoni;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tinkludi avviż.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
ta’ San Ħwann mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub għal hekk, li ssir lill-Kunsill jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda din l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mar-rekwiżiti li hemm stabbiliti
fil-linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
2 L.S.363.18 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN)
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq anke billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dan il-każ l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma’ jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għar-
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt.
Emendat:
K.L.B.L. 53/16/
2001.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt skond kif hemm stabbilit
fl-Iskeda:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta milqugħa.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha jingħata l-permess tkun personalment
responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa taħt kull liġi
oħra.
3.7 Il-Kunsil1 jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità  jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għal kondizzjoni li r-reklam
jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi iż-żmien li għalih tkun
ħarġet l-awtorizzazzjoni.
Penali.
Emendat:
K.L.B.L. 53/16/
2001.
4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws teħel, meta tinstab ħatja, ammenda
ta’ ħamsa u għoxrin lira (Lm25) għal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull ġurnata
li tkun kisret xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws
jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SAN ĠWANN) ġ L.S.363.18 3
Drittijiet dovuti għal Reklamar fuq Għamara tat-Toroq
SKEDA Miżjuda:K.L.B.L. 53/16/2001.
(Ordinament 3.5)
Qisien Dritt dovut
Ġimgħatejn Xahar Sena
sa 0.1 metru kwadru Lm5 Lm20 Lm50
sa 1.0 metru kwadru Lm10 Lm30 Lm70
sa 2.0 metru kwadru Lm15 Lm40 Lm150
’il fuq minn 2.0 metri kwadri Lm2 kuljum (sakemm dan ma jkunx inqas minn 
Lm80)
