UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR) ġ L.S.363.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.19
BYE-LAWS DWAR UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
3 ta’ Ottubru, 1998
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 8/4/98.
Titolu.
Faċilitajiet (Kunsill Lokali Żabbar).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"amministratur" tfisser il-persuna, każin, għaqda jew soċjetà  li
tirbaħ tender mill-Kunsill sabiex tamministra xi faċilità  skond kif
provdut fl-ordinament 8.1;
"applikant" tfisser kull persuna, kemm jekk individwu, każin,
għaqda jew soċjetà  li japplika biex jagħmel użu mill-faċilitajiet
skond dawn il-Bye-Laws;
Kap. 363.
"attrezzamenti" tfisser kull ħaġa imqiegħda jew imwaħħla
ġewwa l-faċilitajiet li tinkludi qsari, bankijiet, litter-bins, u kull
struttura ornamentali oħra;
"faċilitajiet" tfisser it-Teatru Grieg, is-Sala tal-Konferenzi tal-
Kunsill u l-Pitch Sintetiku tal-Football, li huma taħt ir-
responsabbiltà  tal-Kunsill;
"Gvern" tfisser il-Gvern ċentrali;
"każin", "għaqda" jew "soċjetà " tfisser kull grupp ta’ persuni li
huma assoċjati ma’ dak il-każin, għaqda jew soċjetà , u li jkunu
kostitwiti skond il-liġi;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Żabbar;
"lokalità " tfisser il-lokalità  ta’ Żabbar li tinsab fil-konfini skond
kif stipulat fit-Tieni Skeda ta’ l-Att;
"persuna awtorizzata" tfisser il-persuna, għaqda jew soċjetà  li
tkun ġiet mogħtija l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill jew mill-
amministratur skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws
sabiex tuża xi waħda mill-faċilitajiet.
Użu ta’ faċilitajiet.
awtorità  oħra jew taħt xi liġi oħra, ħadd ma jista’ jagħmel użu mill-
faċilitajiet mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kunsill.
Użu ta’ 
attrezzamenti.
3.2 L-attrezzamenti jistgħu jiġu użati biss għall-iskop li għalih
saru.
Applikazzjoni 
għall-użu ta’ 
faċilitajiet.
4.1 Il-Kunsill għandu jagħti awtorizzazzjoni għall-użu ta’ xi
waħda mill-faċilitajiet wara li ssir applikazzjoni bil-miktub minn
applikant fuq il-formula stabbilita fl-Ewwel Skeda:
Iżda l-Kunsill ikollu d-dritt li jirrifjuta li jagħti
awtorizzazzjoni f’dawk iċ-ċirkostanzi u għal xi raġuni li l-Kunsill
2 L.S.363.19 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
iħoss li hija ġusta; madanakollu, il-Kunsill għandu, fi żmien
ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ l-applikazzjoni, jagħti l-
awtorizzazzjoni jew ir-rifjut, skond il-każ, bil-miktub.
4.2 L-applikazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kunsill sa
mhux aktar tard minn xahar u mhux iżjed kmieni minn xahrejn mid-
data li fiha hu propost li ssir l-attività . Id-deċiżjoni tal-Kunsill
għandha tiġi mgħarrfa lill-applikant kemm jista’ jkun malajr:
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni billi jbiddel dawn il-
perijodi.
4.3 Meta jaslu aktar minn applikazzjoni waħda għal xi attività
biex issir fl-istess post u fl-istess ħin, l-ewwel applikazzjoni li tkun
daħlet għandha tingħata prijorità . Jekk jaslu applikazzjonijiet
f’daqqa, l-applikant li jgħix fil-lokalità  għandu jingħata preferenza.
Jekk l-applikanti huma kollha mil-lokalità , jew jekk ħadd minnhom
ma hu mil-lokalità , il-Kunsill għandu jtella’ bix-xorti fil-preżenza
ta’ l-applikanti.
Xorta ta’ attività . 5.1 M’għandha tiġi milqugħa l-ebda applikazzjoni skond kif
provdut fl-ordinament 4.1 jekk ix-xorta ta’ attività  ma tkunx waħda
sportiva, edukattiva, rikreattiva, reliġjuża, kulturali jew
filantropika, jew jekk din l-attività  ma tkunx approvata mill-
Kunsill.
5.2 Il-Kunsill ikollu d-dritt li jagħti awtorizzazzjoni għal
żmien speċifiku u għal kull attività  li matulha jistgħu jintużaw
gabbani, imwejjed u siġġijiet għal għanijiet kummerċjali.
Awtorizzazzjoni. 6.1 (a) L-awtorizzazzjoni għandha tingħata lill-applikant fuq
il-formula stabbilita fl-Ewwel Skeda u soġġetta għal
dawk it-termini u kondizzjonijiet stabbiliti fit-Tieni
Skeda, li għandha tinkludi xi kummenti li l-Kunsill
iħoss li jkunu meħtieġa. Kopja ta’ l-awtorizzazzjoni
għandha tinżamm mill-Kunsill jew mill-amministratur
skond il-każ.
(b) Din il-proċedura għandha tapplika wkoll f’każ ta’
rifjut. F’dan il-każ ir-raġuni għar-rifjut għandha tiġi
inkluża.
L-awtorizzazzjoni 
mhix trasferibbli.
6.2 Awtorizzazzjoni maħruġa taħt dawn il-Bye-Laws ma tkunx
trasferibbli jekk mhux bil-permess bil-miktub bil-quddiem tal-
Kunsill jew ta’ l-amministratur, skond il-każ.
Il-Kunsill preferut 
fl-użu tal-
faċilitajiet.
6.3.1 Il-Kunsill ikollu preferenza għall-użu tal-faċilitajiet.
6.3.2 Meta tkun diġà  inħarġet awtorizzazzjoni taħt dawn il-Bye-
Laws biex issir attività  fl-istess data u post fejn il-Kunsill ikun
beħsiebu jagħmel attività , il-Kunsill jista’ jirrevoka l-
awtorizzazzjoni li tkun diġà  maħruġa billi jinforma b’dan lill-
applikant bil-miktub mill-inqas ħmistax-il ġurnata qabel id-data ta’
dik l-attività . F’ dan il-każ, il-Kunsill għandu jirrifondi d-dritt
imħallas mill-applikant, u kull spejjeż oħra li jkunu saru in
konnessjoni ma’ l-attività  li tkun saret applikazzjoni għaliha
sakemm jiġu prodotti r-riċevuti.
UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR) ġ L.S.363.19 3
Drittijiet għall-użu 
tal-faċilitajiet u 
attrezzament.
7. L-applikant għandu, meta jissotometti l-applikazzjoni,
iħallas dritt kif stipulat fit-Tielet Skeda skond ix-xorta ta’ l-attività :
Konċessjoni 
speċjali.
Iżda l-Kunsill jista’ jagħti konċessjoni speċjali ta’ ħlas
nominali ta’ lira (Lm1) fil-każ ta’ attivitajiet li jkollhom għan
filantropiku.
Offerti.
amministrazzjoni ta’ xi waħda mill-faċilitajiet wara li tkun inħarġet
sejħa pubblika għall-offerti.
Pattijiet u 
kondizzjonijiet.
8.2 Il-persuna li tingħata l-offerta għandha taderixxi mal-
pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fit-Tieni Skeda u ma’ xi
kondizzjonijiet oħra li l-Kunsill jista’ jimponi.
Dritt ta’ appell 
mill-applikant.
8.3 Meta applikant iħossu aggravat b’deċiżjoni meħuda mill-
amministratur, hu jista’ jappella minn din id-deċiżjoni lill-Kunsill,
u d-deċiżjoni tal-Kunsill tkun finali.
Responsabbiltà  
għal danni.
9. Il-persuna awtorizzata tinżamm responsabbli għal kull
danni magħmula lill-faċilitajiet jew lill-attrezzamenti tagħhom jew
xi danni oħra li jistgħu isofru terzi persuni ġewwa l-faċilitajiet
matul iż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni.
Użu ħażin tal-
faċilitajiet; ksur 
tal-pattijiet u 
kondizzjonijiet.
10.1 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 9, jekk
persuna awtorizzata tagħmel użu ħażin mill-faċilitajiet jew tikser xi
waħda mill-pattijiet u kondizzjonijiet stipulati fl-awtorizzazzjoni,
il-Kunsill jew l-amministratur skond il-każ, jista’ jirrevoka l-
awtorizzazzjoni u d-dritt imħallas ma jingħatax lura.
10.2 Ikun fid-diskrezzjoni tal-Kunsill jew ta’ l-amministratur
jekk għandhiex tinħareġ awtorizzazzjoni fil-futur lill-persuna
awtorizzata li lilha tkun ġiet revokata l-awtorizzazzjoni kif indikat
fl-ordinament 10.1.
Penali.
dawn il-Bye-Laws, jew li tonqos li taderixxi ma’ xi kondizzjoni ta’
l-awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta’ dawn il-Bye-Laws, teħel,
meta tinsab ħatja, ammenda ta’ mhux aktar minn tletin lira (Lm 30)
għal kull kontrawenzjoni.
11.2 Il-Kunsill jista’, b’żieda mal-penali stabbiliti fl-ordinament
11.1, jordna lill-persuna li tinstab ħatja ta’ ksur li jagħmel it-
tiswijiet meħtieġa li jkunu għas-sodisfazzjon tal-Kunsill. Hu jista’
wkoll jeħel ammenda ta’ ħames liri (Lm 5) għal kull ġurnata li
matulha it-tiswijiet ma jsirux.
11.3 Il-Kunsil1 ikollu dritt 1i jagħmel it-tiswijiet meħtieġa bi
spejjeż tal-persuna misjuba ħatja.
4 L.S.363.19 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
L-EWWEL SKEDA
(Ordinament 4.1)
Applikazzjoni għall-użu tal-faċilitajiet 
(is-Sala tal-Konferenzi tal-Kunsill, it-Teatru Grieg u l-Pitch Sintetiku tal-Football)
Nru. ta’ l-Applikazzjoni ......................................
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Nru. tad-Dokument ta’ Identità /Nru. tal-Passaport: ...............................................
Kariga fl-Għaqda (e.ż. President, Segretarju, eċċ.): ...............................................
Isem ta’ l-Għaqda (jekk applikabbli): ....................................................................
Indirizz Uffiċjali: ..................................................................................................
..................................................................................................
Nru. tat-Telefon: ............................................ Nru. tal-Fax: .................................
Il-Faċilità  li qed tapplika għaliha: .........................................................................
Ġranet ta’ l-Attività : Minn: ............................. Sa: ........................................
Żmien (Ħin) Minn: ............................. Sa: ........................................
Nru. ta’ nies li maħsub li ser jattendu: ...................................
Dritt għad-Dħul (jekk applikabbli): ....................................
Miżuri meħuda biex jindennizzaw lill-Kunsill (ehmeż id-dokumenti): ...................
(eż. Polza ta’ Assigurazzjoni, Garanzija Bankarja, eċċ.)
Data: ............................................ Firma ta’ l-Applikant: .....................................
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
GĦALL-UŻU UFFIĊJALI
Dritt Imħallas: ................................Nru. tar-Riċevuta ...........................................
Data u Ħin meta waslet l-applikazzjoni: ................................................................
Aċċettata / Mhux Aċċettata (ħassar kif meħtieġ) Data: ..........................................
Kummenti mill-Kunsill (jekk meħtieġ): .................................................................
Firma: ................................................ Timbru Uffiċjali:
Kariga: ...........................................
UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR) ġ L.S.363.19 5
IT-TIENI SKEDA
(Ordinament 6.1)
Pattijiet u Kondizzjonijiet għall-Awtorizzazzjoni għall-użu tal-Faċilitajiet
(Is-Sala tal-Konferenzi tal-Kunsill, it-Teatru Grieg u l-Pitch Sintetiku tal- Football)
1. L-awtorizzazzjoni hi valida għat-tul ta’ żmien skond kif muri fl-
applikazzjoni li tinsab fl-Ewwel Skeda u soġġetta għal xi kondizzjonijiet oħra
magħmula mill-Kunsill fuq il-formula ta’ l-awtorizzazzjoni.
2. Il-Kunsill għandu dritt li jirrevoka l-awtorizzazzjoni f’kull ħin għal xi ksur
ta’ xi waħda minn dawn il-pattijiet u kondizzjonijiet jew xi disposizzjonijiet tal-Bye-
Laws jew xi kondizzjonijiet oħra magħmula mill-Kunsill fuq il-formula ta’ l-
awtorizzazzjoni. Il-Kunsill għandu dritt ukoll li jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk l-
attività  titqies li tkun kontra l-morali jew id-deċenza pubblika.
3. Jekk il-Kunsill jirrevoka l-awtorizzazzjoni għal xi raġuni msemmija fil-
paragrafu 2, il-persuna awtorizzata ma jkollhiex jedd li tieħu lura d-dritt imħallas
jew xi parti minnu.
4. L-awtorizzazzjoni hi bla ħsara għal kull permess jew liċenza meħtieġa taħt
xi liġi oħra. L-applikant għandu d-dmir li jikseb dawk il-permessi u l-liċenzi
meħtieġa.
5. Il-persuna awtorizzata ma tistax tagħmel xi attività  li ma tkunx imniżżla fl-
awtorizzazzjoni.
6. Il-persuna awtorizzata għandha żżomm il-faċilità  nadifa f’kull ħin matul l-
attività , u tassigura li dak il-post għandu jibqa’ nadif sakemm jagħlaq iż-żmien ta’ l-
awtorizzazzjoni.
7. Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li mat-tmiem ta’ l-awtorizzazzjoni
il-faċilità  titħalla fl-istat oriġinali li fiha kienet tinstab.
8. Il-persuna awtorizzata għandha tassigura li ma jinħoloq ebda inkonvenjent
jew skumdità  lill-pubbliku matul iż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni.
9. Kull storbju għandu jieqaf fil-11.00 p.m.
10. Kopja ta’ l-awtorizzazzjoni għandha tiġi esposta għall-informazzjoni tal-
pubbliku f’post prominenti f’kull ħin fid-daħla tal-faċilità .
6 L.S.363.19 ħ
UŻU TA’ FAĊILITAJIET
(KUNSILL LOKALI ŻABBAR)
IT-TIELET SKEDA
(Ordinament 7)
Drittijiet għall-Użu tal-Faċilitajiet
1. Dritt għall-Użu tal-Pitch Sintetiku tal-Football:
Lm 10 kull siegħa
2. Dritt għall-Użu tat-Teatru Grieg:
Tombla: applikanti residenti ta’ Żabbar - Lm 5
applikanti mhux residenti ta’ Żabbar - Lm 15
Attivitajiet Kulturali - Lm 15 kull attività
Attivitajiet Kummerċjali - Lm 50 kull attività
3. Dritt għall-Użu tas-Sala tal-Konferenzi tal-Kunsill:
Konferenzi Edukattivi - Lm 10 kull attività
Attivitajiet oħra - Lm 30 kull attività
4. Tqegħid ġewwa l-Faċilitajiet ta’ Stalls jew Imwejjed għal Skopijiet
Kummerċjali:
Għal kull Stall - Lm 7
Għal kull Mejda - Lm 7
5. Attivitajiet b’Għan Filantropiku:
Ħlas nominali ta’ Lm 1 għal kull attività  li ssir li jkollha għan filantropiku.
