KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.20
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI
(RIŻORSI UMANI)
1 ta’ Lulju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-1998, kif emendat bl-Avviżi Legali 174 ta’ l-
1998, 89 ta’ l-2000 u 64 ta’ l-2001.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Ġenerali
Titolu.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
1. It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti dwar
Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani).
Tifsir.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
Kap. 363.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"Att" tfisser l-Att dwar Kunsilli Lokali;
"impjegat" tfisser kull impjegat tal-Kunsill li mhux is-Segretarju
Eżekuttiv;
"Kodiċi ta’ Etika" tfisser il-Kodiċi ta’ Etika għall-Impjegati fis-
Settur Pubbliku’ maħruġ mill-Uffiċċju tal-Kabinett f’Ottubru ta’ l-
1994;
"kuntratt tax-xogħol" tfisser il-kuntratt ta’ l-impjieg li jinsab fl-
Appendiċi P4.V tal-Proċeduri dwar Riżorsi Umani;
"Ministru" għandha l-istess tifsir kif mogħti fl-Att;
L.S. 363.12
"Proċeduri dwar Riżorsi Umani" tfisser il-Proċeduri ta’ l-1996
dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani), K.L.P. 4/96, pubblikati bis-
saħħa tar-Regolamenti dwar Proċeduri għal Kunsilli Lokali;
"Segretarju Eżekuttiv" għandha l-istess tifsir kif mogħti fl-Att.
TAQSIMA II
Kwalifiki u Rimunerazzjoni tas-Segretarji Eżekuttii
Kwalifiki tas-
Segretarji 
Eżekuttivi.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
3. Ebda persuna ma tkun kwalifikata biex tinħatar Segretarju
Eżekuttiv ta’ Kunsill Lokali jekk din il-persuna ma tipproduċix
ċertifikat, riferenza jew dikjarazzjoni li għandha dawn il-kwalifiki
minimi li ġejjin:
(a) ikun jaf tajjeb il-proċeduri ta’ Accounts u Office
Computer Applications (Word-processing, Data-base
u Spreadsheet);
(b) ikollu esperjenza jew kompetenza maniġerjali u/jew
eżekuttiva; u
(ċ) ikollu dawk il-kwalifiki li normalment jintalbu biex
wieħed jibda kors universitarju fl-istudji għal degree
fil-Business Administration u/jew fil-Management.
Iżda dawn ir-rekwiżiti minimi ma japplikawx għal dawk il-
persuni li fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti kienu
jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv jew li attendew
2 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
b’suċċess kors għal Segretarji Eżekuttivi prospettivi tal-Kunsilli
Lokali organizzat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u għal xi
żmien ħadmu bħala Segretarji Eżekuttivi ma’ xi Kunsill:
Iżda wkoll dawn ir-rekwiżiti ma japplikawx lanqas għal
dawk is-Segretarji Eżekuttivi li jiġu biex iġeddu l-kuntratt tax-
xogħol mal-Kunsill Lokali, jew li japplikaw għal ħatra oħra ta’
Segretarju Eżekuttiv ma’ xi Kunsill Lokali ieħor.
Rimunerazzjoni.
Emendat:
A.L. 174 ta’ l-
1998;
A.L. 89 ta’ l-2000.
4. (1) Is-Segretarji Eżekuttivi għandhom jiġu impjegati skond
l-artikolu 51 ta’ l-Att u jkollhom dritt għar-rimunerazzjoni
stabbilita fis-subregolament (2).
(2) Għandha tingħata din ir-rimunerazzjoni li ġejja lis-
Segretarji Eżekuttivi:
(a) Segretarju Eżekuttiv full-time: meta d-daqs tal-Kunsill
ikun -
9 sa 13-il membru mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 5
7 membri mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 6
5 membri mhux aktar mill-massimu ta’ Skala 7
Ir-rimunerazzjoni msemmija hawn aktar qabel hi marbuta
mal-kondizzjonijiet tax-xogħol indikati fir-regolament 27,
Taqsima V. Iżda s-Segretarji Eżekuttivi li fit-2 ta’ Ġunju,
2000, ikunu diġà  jokkupaw il-kariga ta’ Segretarji
Eżekuttivi għandhom jitħallsu l-massimu ta’ l-ikala
relattiva tagħhom;
(b) Segretarju Eżekuttiv part-time:
li jattendi għal mill-inqas 20 siegħa fil-ġimgħa jitħallas
pro rata tar-rimunerazzjoni li jkun intitolat għaliha
Segretarju Eżekuttiv ta’ dak il-Kunsill.
Salarji tas-
Segretarji 
Eżekuttivi.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
5. (1) Is-salarji tas-Segretarji Eżekuttivi huma marbuta ma’ l-
iskali tas-salarji tal-ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u kull żieda fis-
salarji fis-Servizz Pubbliku għandha tiżdied mas-salarji tas-
Segretarji Eżekuttivi kif indikat fir-regolament ta’ qabel dan:
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv full-time huwa intitolat ukoll għal
dawk iż-żidiet li jingħataw għall-għoli tal-ħajja li jistgħu jiġu
stabbiliti minn żmien għal żmien mill-Gvern.
Performance 
bonus.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
6. (l) Il-Kunsill jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti
lis-Segretarju Eżekuttiv, fi tmiem ta’ xi sena finanzjarja, bonus ta’
performance ta’ mhux iżjed minn 10% ta’ l-aħħar salarju li jkun
qed jirċievi:
Iżda fil-każ ta’ dawk is-Segretarji Eżekuttivi li jkunu
temmew l-impjieg qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, dan il-bonus
jinħadem fuq l-aħħar salarju li kienu qed jirċievu.
(2) (a) Jekk ikun ser jingħata l-performance bonus, dan
għandu jsir skond il-kriterji li ġejjin:
0% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali s-Segretarju
Eżekuttiv jkun wettaq xogħlu b’mod sodisfaċenti.
5% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali s-Segretarju
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 3
Eżekuttiv jkun wettaq xogħlu b’mod sodisfaċenti għal
kollox, kif ukoll ikun laħaq livell għoli ta’ kompetenza
u kapaċità  f’xogħlu tant li, b’mod ġenerali, ikunu
ntlaħqu l-objettivi li fiċ-ċirkostanzi setgħu jintlaħqu
jew f’xi każi wkoll eċċedihom. Il-livell ta’
performance meħtieġ f’dan il-każ irid ikun wieħed li
f’kull ħin is-Segretarju Eżekuttiv jkun laħaq l-objettivi
mistennija mill-kariga.
10% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali s-Segretarju
Eżekuttiv mhux biss ikun wettaq xogħlu b’mod
sodisfaċenti għal kollox iżda li b’mod sinifikanti u
tanġibbli jkun eċċeda l-livell ta’ kompetenza, u wkoll
fejn il-performance tiegħu tkun tali li tkun iżjed minn
dak li normalment hu rikjest mill-kariga.
(b) Dawn il-livelli għandhom jiġu mkejla permezz ta’
performance appraisal li ssir skond il-formula li hemm
fl-Iskeda. Dan il-performance appraisal hu maħsub
biex jgħin lill-Kunsill jevalwa l-livell ta’ performance
tas-Segretarju Eżekuttiv.
Deputat Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
7. Il-ħatra ta’ Deputat Segretarju Eżekuttiv trid issir
b’riżoluzzjoni tal-Kunsill u skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
51 ta’ l-Att. Id-Deputat Segretarju Eżekuttiv jingħata
rimunerazzjoni ekwivalenti għall-massimu ta’ salarju fi Skala 11
għal perijodu ta’ għaxart (10) ijiem konsekuttivi, u wara jitħallas l-
ekwivalenti tas-salarju dovut lis-Segretarju Eżekuttiv ta’ l-istess
Kunsill. F’dan il-każ japplikaw ukoll il-kondizzjonijiet kollha li
jirregolaw il-pożizzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv sa dak il-jum li s-
Segretarju Eżekuttiv jerġa’ jassumi d-dmirijiet tiegħu jew il-
Kunsill jaħtar Segretarju Eżekuttiv ġdid skond il-każ:
Iżda dan l-arranġament għall-ħatra ta’ Deputat Segretarju
Eżekuttiv ma jistax jeċċedi d-disgħin (90) jum mid-data tal-ħatra.
Aġent Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
8. Aġent Segretarju Eżekuttiv jista’ jinħatar biss skond l-
artikolu 49(1) u (4) ta’ l-Att.
TAQSIMA III
Kondizzjonijiet tax-Xogħol tas-Segretarju Eżekuttiv
Sigħat tax-xogħol 
tas-Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
9. Is-Segretarju Eżekuttiv jaħdem medja ta’ erbgħin (40)
siegħa fil-ġimgħa skond l-orarju li kull Kunsill jiddetermina
b’riżoluzzjoni minn żmien għal żmien sakemm dawn ikunu ħinijiet
normali ta’ l-uffiċċju:
Iżda s-Segretarju Eżekuttiv ma jkunx intitolat għal
rikompens għal sigħat żejda li jkun mistenni jaħdem minħabba
esiġenzi tax-xogħol jew sabiex jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.
Vacation leave.
skond kif determinat mill-Kunsill, jista’ biss jiġi akkumulat minn
sena għal oħra bl-approvazzjoni tal-Kunsill.
Leave speċjali bi 
ħlas.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
11. Is-Segretarju Eżekuttiv jkun intitolat ukoll għal leave
speċjali bi ħlas fil-każijiet li ġejjin:
(a) Mewt ta’ qraba - tliet (3) ijiem tax-xogħol fil-każ tal-
4 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
mewt tal-mara jew ir-raġel, l-omm jew il-missier, l-
iben jew il-bint, u ħu jew oħt is-Segretarju Eżekuttiv.
F’każ ta’ mewt ta’ nanniet, u ta’ l-omm jew il-missier,
ħu jew oħt il-mara jew ir-raġel tas-Segretarju
Eżekuttiv, tingħata ġurnata (1) tax-xogħol leave
speċjali bi ħlas. Dan il-leave speċjali jrid jittieħed
immedjatament wara l-mewt;
(b) Żwieġ - ħamest (5) ijiem tax-xogħol f’każ ta’ żwieġ
tas-Segretarju Eżekuttiv;
(ċ) Twelid - tlett (3) ijiem tax-xogħol f’każ ta’ twelid ta’
tarbija tal-mara tas-Segretarju Eżekuttiv;
(d) Tqala - Segretarji Eżekuttivi nisa jkunu intitolati għal
tlettax (13) -il ġimgħa leave speċjali minħabba tqala;
(e) Kura wara korriment - minbarra kif hemm stipulat fir-
regolament 13, Segretarju Eżekuttiv li jkun weġġa’
waqt il-qadi ta’ dmirijietu għandu jingħata l-leave
speċjali li jkun jeħtieġ sabiex jieħu l-kura jew biex
jidher quddiem il-Bord tas-Sigurtà  Soċjali dwar il-
Korrimenti;
(f) Ġurijiet - meta Segretarju Eżekuttiv jkun magħżul
bħala ġurat, dan għandu jingħata l-leave speċjali għal
kemm itul il-ġuri;
(g) Xhieda - Segretarju Eżekuttiv li jkun imħarrek minn
Qorti jew xi Tribunal ieħor bħala xhud għandu jingħata
leave speċjali, sakemm ix-xhieda tiegħu hi meħtieġa
f’kawża li hi konnessa direttament max-xogħol tiegħu
bħala uffiċjal tal-Kunsill;
(h) Attivitajiet Trejdunjonistiċi - tlett (3) ijiem tax-xogħol
leave speċjali fis-sena lil Segretarju Eżekuttiv li jkun
membru tal-Kumitat tal-Grupp tas-Segretarji
Eżekuttivi (sakemm dan in-numru ma jeċċedix is-seba’
persuni) f’kapaċità  rappreżentattiva tas-Segretarju
Eżekuttiv tal-Kunsilli Lokali. Dan il-leave speċjali
jingħata biss sabiex dan ir-rappreżentant jattendi għal
laqgħat, konferenzi, seminars jew attivitajiet oħra
simili tal-Union, u sakemm dan isir bl-approvazzjoni
bil-quddiem mis-Sindku tal-Kunsill konċernat.
Leave għal mard.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
Kap. 318.
12. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv jkun intitolat, f’kull sena
kalendarja, għal tletin (30) jum leave għal mard b’paga sħiħa li
minnha għandu jitnaqqas l-ammont sħiħ ta’ benefiċċju għall-mard
imħallas taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali, u tletin (30) jum oħra
b’nofs paga li minnha għandu jitnaqqas nofs l-ammont ta’
benefiċċju għall-mard imħallas taħt l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
(2) Segretarju Eżekuttiv li jkun impjegat ma’ Kunsill għal
inqas minn sena, ikun intitolat għall-leave għall-mard fuq bażi pro
rata skond kemm ikun ilu mpjegat ma’ dak il-Kunsill.
(3) F’każijiet eċċezzjonali ta’ rikoverazzjoni fi sptar,
konvalexxenza minn operazzjoni kirurgika, jew mard terminali, li
fit-tliet każi hu meħtieġ ċertifikat mediku minn speċjalista, id-dritt
għal leave għal mard kif imsemmi fis-subregolament (1) jiżdied
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 5
għal perijodu itwal, sakemm din iż-żjieda ma teċċedix il-leave għal
mard li ma jkunx sar użu minnu fis-sentejn preċedenti.
Korriment fuq ix-
xogħol.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
Kap. 318.
13. F’każ ta’ korriment fuq ix-xogħol, u sakemm dan ma jkunx
bi traskuraġni tiegħu u wkoll sakemm dak ix-xogħol ikun relatat
ma’ dmirijietu, Segretarju Eżekuttiv ikun intitolat għall-paga sħiħa,
li minnha jitnaqqas il-benefiċċju għall-korriment li jingħata taħt l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali għall-perijodu kollu li matulu jkun
rikoverat f’xi sptar, jew li matulu jkun konvalexxenti, jew li fih
ikun temporanjament inkapaċi milli jwettaq ix-xogħol tiegħu:
Iżda dan il-benefiċċju ma jistax jingħata għal perijodu itwal
minn sena li tibda tiddekorri minn ġurnata wara li jkun seħħ il-
korriment.
TAQSIMA IV
Kwalifiki, Rimunerazzjoni u Kondizzjonijiet tax-Xogħol
ta’ l-impjegati l-oħra
Kwalifiki u 
kondizzjonijiet tax-
xogħol.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
14. (1) Il-Kunsill jista’ jaħtar ukoll personnel klerikali,
tekniku jew f’xi kariga oħra, skond l-esiġenzi u għall-qadi
effiċjenti tiegħu kif stabbilit fl-artikolu 53 ta’ l-Att, u skond il-
kwalifiki li jidhirlu xierqa l-istess Kunsill u mingħajr ħsara għall-
kwalifiki kif indikati fis-subregolament (3)(b).
(2) Meta Kunsill jiġi biex jimpjega persuna f’xi kariga kif
imsemmi fis-subregolament (1), is-Segretarju Eżekuttiv, bħala l-
kap amministrattiv tal-Kunsill, għandu jkun membru ex officio tal-
bord tal-għażla.
(3) (a) Id-dmirijiet ta’ l-impjegati klerikali fi skali 11, 13 u 15
għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli
għal Assistent Uffiċjal Prinċipal, Uffiċjal Eżekuttiv u
Skrivan fis-Servizz Pubbliku.
(b) Ir-rekwiżiti minimi għall-mili tal-postijiet indikati fis-
subregolament (3)(a) għandhom ikunu kif ġej:
(i) Skrivan (Skala 15):
Ħames suġġetti f’livell ordinarju (‘O’ level
passes b’minimu ta’ Grade C jew ekwivalenti),
li jinkludu l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.
(ii) Uffiċjal Eżekuttiv (Skala 13):
Żewġ suġġetti differenti f’livell avvanzat (‘A’
level passes b’minimu ta’ Grade C jew
ekwivalenti) u tliet suġġetti oħra f’livell
ordinarju (‘O’ level passes b’minimu ta’ Grade
C jew ekwivalenti), li jinkludu l-Malti, l-Ingliż u
l-Matematika (f’livell avvanzat jew ordinarju);
jew
Tliet snin esperjenza fil-grad ta’ Skrivan (Skala
15) ma’ Kunsill Lokali, u soġġett għal
performance sodisfaċenti.
(iii) Assistent Uffiċjal Prinċipali (Skala 11):
Tliet suġġetti differenti f’livell avvanzat (‘A’
level passes b’minimu ta’ Grade C jew
6 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
ekwivalenti) u tliet suġġetti oħra f’livell
ordinarju (‘O’ level passes b’minimu ta’ Grade
C jew ekwivalenti), li jinkludu l-Malti, l-Ingliż u
l-Matematika (f’livell avvanzat jew ordinarju);
jew
Tliet snin esperjenza fil-grad ta’ Uffiċjal
Eżekuttiv (Skala 13) ma’ Kunsill Lokali, u
soġġett għal performance sodisfaċenti.
(4) Il-ħinijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati tal-Kunsill jiġu
determinati b’riżoluzzjoni tal-Kunsill wara li tkun saret ir-
rakkomandazzjoni mis-Segretarju Eżekuttiv:
Iżda fil-każ ta’ l-impjegati fuq xogħol klerikali, il-ħinijiet
tax-xogħol għandhom jiġu determinati mis-Segretarju wara li jkun
ikkonsulta lis-Sindku sakemm dawn jaħdmu medja ta’ erbgħin (40)
siegħa fil-ġimgħa mifruxin fuq ħamest ijiem, mit-Tnejn sal-
Ġimgħa, kif ġej:
(a) ix-xhur kollha (minbarra Awissu) mhux qabel is-7.00
a.m. u/jew wara s-6.00 p.m.;
(b) fix-xahar ta’ Awissu, mhux qabel is-7.00 a.m. u/jew
wara s-1.30 p.m.;
(ċ) fix-xahar ta’ Awissu l-impjegati (klerikali) għandhom
jaħdmu medja ta’ sitt sigħat xogħol kuljum. Is-
sagħtejn ta’ xogħol li jaħdmu anqas f’dan ix-xahar
ikunu jridu jpattu għalih matul ix-xhur l-oħra tas-sena.
(5) Is-Segretarju Eżekuttiv, bħala l-kap amministrattiv tal-
Kunsill, għandu jassumi r-responsabbilità  amministrattiva ta’ l-
impjegati kollha tal-Kunsill, inklużi ordnijiet, dixxiplina,
istruzzjonijiet u tqassim tax-xogħol.
Skali u 
rimunerazzjoni.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000;
A.L. 64 ta’ l-2001.
15. (1) Impjegati full-time għandhom jiġu mpjegati f’xi waħda
mill-iskali elenkati fis-subregolament (3)(a) sa (d).
(2) Meta l-Att jipprovdi għall-impjieg ta’ uffiċjal part-time,
min jiġi hekk impjegat ikun intitolat għall-ħlas pro rata tal-grad li
fih ikun ġie impjegat, inkluża l-weekly allowance, kif ukoll għall-
benefiċċji statutorji (bħal vacation leave u leave għal mard) fuq
bażi pro rata, u dan sakemm l-impjieg part-time mal-Kunsill ikun
l-impieg waħdieni tiegħu.
(3) Għandha tingħata din ir-rimunerazzjoni li ġejja lill-
impjegati full-time tal-Kunsill:
(a) Uffiċjal fi Skala 11:
minimu ta’ Lm 5,014 u massimu ta’ Lm 5,658 fis-sena;
(b) Uffiċjal fi Skala 13:
minimu ta’ Lm 4,438 u massimu ta’ Lm 5,014 fis-sena;
(ċ) Uffiċjal fi Skala 15:
minimu ta’ Lm 3,926 u massimu ta’ Lm 4,438 fis-sena;
(d) Uffiċjal fi Skala 16:
minimu ta’ Lm 3,786 u massimu ta’ Lm 4,174 fis-sena;
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 7
(e) Uffiċjal fi Skala 18:
minimu ta’ Lm 3,361 u massimu ta’ Lm 3,689 fis-sena.
(Din l-iskala ma tapplikax għall-impjegati klerikali).
Ir-rati indikati hawn fuq jinkludu ż-żieda għal għoli
tal-ħajja għas-sena 2001.
(4) Ir-rati msemmija fis-subregolament (3) huma ekwivalenti
għar-rimunerazzjoni mogħtija fl-imsemmija skali fis-Servizz
Pubbliku għas-sena 2001, u kull żieda li ssir f’dawn l-iskali hi
applikabbli wkoll għas-salarji ta’ impjegati tal-Kunsilli Lokali.
(5) (a) Kull impjegat li ma jkunx fil-massimu ta’ l-iskala tas-
salarju li fiha jkun ġie impjegat ikun intitolat għal
increment kull sena f’dik l-iskala, u dan sakemm
jintlaħaq il-massimu ta’ dik l-iskala.
(b) L-increment jinqasam f’partijiet indaqs fuq perijodu
ta’ erba’ snin meta l-impjegat jiġi ingaġġat fil-minimu
ta’ l-iskala.
(ċ) L-increment jingħata b’effett mill-ewwel xahar li fih
ikun sar l-impjieg, u dan l-increment għandu jingħata
biss bl-approvazzjoni tal-Kunsill wara li tiġi evalwata
l-ħidma ta’ l-impjegat.
(d) Increment jista’ ma jingħatax f’każ ta’ ksur serju ta’
dixxiplina jew għal xi raġuni oħra li l-Kunsill
jiddeċiedi li tkun ġustifikata.
(e) Mat-tiġdid tal-kuntratt tax-xogħol l-impjegat jibqa’
intitolat għal dawk l-increments li jkun fadal sakemm
jilħaq il-massimu ta’ l-iskala tal-grad li fih ikun
impjegat.
(f) It-tiġdid tal-kuntratt għal kul1 perijodu ieħor ta’ tlett
snin ikun meqjus fis-seħħ sakemm ma jkunx hemm xi
rapport negattiv fil-performance appraisal jew f’xi
rapport ieħor simili, li jkun jimmerita terminazzjoni
tal-kuntratt ta’ l-impieg. Għal dan il-għan, sa mill-
inqas xahar qabel it-tmiem tal-kuntratt ta’ l-impieg ta’
l-impjegat, is-Segretarju Eżekuttiv għandu jippreżenta
lill-Kunsill rapport dwar il-performance ta’ l-impjegat.
(6) Id-dmirijiet ta’ l-impjegati klerikali fi skali 15, 13 u 11
għadhom ikunu l-istess bħal dawk ta’ Skrivan, Uffiċjal Eżekuttiv u
Assistent Uffiċjal Prinċipali fis-Settur Pubbliku.
Mili ta’ postijiet 
vakanti u 
promozzjonijiet.
16. (1) Meta wara sejħa mill-Kunsill għal mili ta’ post vakanti
jew ġdid, li ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att, impjegat tal-
Kunsill li japplika għal dan il-post ikollu esperjenza u kwalifiki
daqs jew aħjar mill-applikanti oħra mhux impjegati tal-Kunsill, dan
għandu jingħata preferenza.
(2) Impjegat tal-Kunsill li ma jintgħażilx biex jimla post li
għalih ikun applika, jkollu d-dritt li jingħata r-raġinijiet għalfejn
ma jkunx ġie magħżul.
(3) Meta impjegat tal-Kunsill jingħażel biex jimla grad ogħla,
is-salarju fil-grad il-ġdid għandu jkun tali li jirrifletti żieda ta’
8 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
increment tal-grad il-ġdid. Fejn hu meħtieġ għandu jsir stepping up
fis-salarju.
Sahra.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
17. (1) L-impjegati ma jistgħux jirrifjutaw li jagħmlu sahra
meta fl-opinjoni tas-Segretarju Eżekuttiv din is-sahra tkun
meħtieġa, jekk mhux għal raġuni valida u ġusta, sakemm dawn,
għajr f’xi ta’ emerġenza, jkunu ingħataw avviż bil-quddiem xieraq
li bħala regola ma jkunx inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa.
(2) F’każ ta’ emerġenza, fejn jingħata avviż bil-quddiem mis-
Segretarju Eżekuttiv ta’ inqas minn sagħtejn l-impjegat għandu
jitħallas bir-rata ta’ sagħtejn għal kull siegħa.
(3) Ir-rata tas-sahra għall-impjegati għandha tkun kif ġej:
(a) mit-Tnejn sas-Sibt bir-rata ta’ siegħa u nofs għal kull
siegħa;
(b) il-Ħdud u l-festi pubbliċi bir-rata ta’ sagħtejn għal kull
siegħa;
(ċ) fejn is-sahra ma ssirx immedjatament wara jew qabel
il-ħinijiet tax-xogħol, ma tistax titħallas anqas minn
erba’ sigħat sahra bir-rata applikabbli;
(d) kull sahra li ssir bejn l-10 p.m. u s-6 a.m. għandha
titħallas bir-rata ta’ sagħtejn għal kull siegħa.
Żidiet għall-għoli 
tal-ħajja.
18. Għandu jingħata lil uffiċjal full-time dawk iż-żidiet li
jingħataw għall-għoli tal-ħajja li jistgħu jiġu stabbiliti minn żmien
għal żmien mill-Gvern.
Performance 
bonus.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000;
A.L. 64 ta’ l-2001.
19. (1) Il-Kunsill jista’ wkoll, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti
lil kull wieħed mill-impjegati tiegħu, fi tmiem ta’ xi sena
finanzjarja, bonus ta’ performance ta’ mhux iżjed minn 6% ta’ l-
aħħar salarju li jkun qed jirċievi:
Iżda fil-każ ta’ dawk l-impjegati li jkunu temmew l-impjieg
qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, dan il-bonus jinħadem pro rata
fuq l-aħħar salarju li kien imħallas lilhom.
(2) Il-livell ta’ performance ta’ l-impjegati tal-Kunsill jiġi
evalwat mis-Segretarju Eżekuttiv, bħala l-kap amministrattiv tal-
Kunsill, fuq il-formula li hemm fl-Iskeda, u dan l-appraisal
flimkien mar-rakkomandazzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv jiġi
preżentat lill-Kunsill għall-approvazzjoni finali.
(3) Jekk ikun ser jingħata l-performance bonus, dan għandu jsir
skond il-kriterji li ġejjin:
0% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali l-ħaddiem
klerikali ma jkunx laħaq il-livell mistenni minnu
skond il-grad li jkun jokkupa;
3% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali l-ħaddiem
klerikali jkun wettaq xogħlu b’mod sodisfaċenti għal
kollox, kif ukoll ikun laħaq livell għoli ta’ kompetenza
u kapaċità  f’xogħlu tant li, b’mod ġenerali, ikunu
ntlaħqu l-objettivi li fiċ-ċirkostanzi setgħu jintlaħqu
jew f’xi każi ukoll eċċedihom. Il-livell ta’
performance meħtieġ f’dan il-każ irid ikun wieħed li
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 9
f’kull ħin il-ħaddiem klerikali jkun laħaq l-objettivi
mistennija mill-kariga;
6% - jekk fil-fehma tal-Kunsill Lokali l-ħaddiem
klerikali mhux biss ikun wettaq xogħlu b’mod
sodisfaċenti għal kollox, iżda li b’mod sinifikanti u
tanġibbli jkun eċċeda l-livell ta’ kompetenza, u ukoll
fejn il-performance tiegħu kienet tali li tkun iżjed
minn dak li normalment hu rikjest mill-kariga.
(4) Dawn il-livelli għandhom jitkejlu permezz ta’ performance
appraisal li ssir fuq il-formula li hemm fl-Iskeda. Dan il-
performance appraisal hu maħsub biex jgħin lill-Kunsill jevalwa l-
livell ta’ performance ta’ l-impjegat.
Akkumular ta’ 
vacation leave.
Emendat:
A.L. 64 ta’ l-2001.
20. (1) Akkumular ta’ vacation leave minn sena għal oħra,
iżda għal mhux aktar minn sentejn wara xulxin, jingħata biss bl-
approvazzjoni bil-miktub mill-Kunsill.
(2) L-impjegat għandu jieħu sebgħin fil-mija (70%) tal-
vacation leave tiegħu sa l-aħħar ta’ Settembru filwaqt li l-bilanċ ta’
tletin fil-mija (30%) għandu jittieħed sa l-aħħar tas-sena.
Leave speċjali bi 
ħlas.
21. Il-kondizzjonijiet dwar leave speċjali bi ħlas kif stipulati
fir-regolament 11 japplikaw mutatis mutandis għall-impjegati tal-
Kunsill Lokali.
Leave għal mard.
regolament 12 japplikaw mutatis mutandis għall-impjegati tal-
Kunsilli Lokali.
Korriment fuq ix-
xogħol.
23. Il-kondizzjonijiet dwar korriment fuq ix-xogħol kif
stipulati fir-regolament 13 japplikaw mutatis mutandis għall-
impjegati tal-Kunsilli Lokali.
TAQSIMA V
Mixxellanji
Żmien tal-kuntratt.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
24. Il-ħatriet kollha fis-servizz tal-Kunsill għandhom isiru
b’kuntratt għal tliet snin u jistgħu wara jiġġeddu għal perijodi oħra
ta’ tliet snin il-wieħed. F’kull każ għandu jintuża d-dokument tal-
kuntratt tax-xogħol kif pubblikat fil-Proċeduri dwar Riżorsi Umani.
Ħatra ta’ Segretarji 
Eżekuttivi, eċċ.
Emenddat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
25. Il-ħatra ta’ Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsill u ta’ impjegati
oħra minn barra s-servizz pubbliku tkun regolata bid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 110(6) tal-Kostituzzjoni.
Riferenzi.
darba ma jkunux riċevuti żewġ riferenzi bil-miktub li jkunu
aċċettabbli.
Prova.
Sostitwit:
A.L. 89 ta’ l-2000.
Emendat:
A.L. 64 ta’ l-2001.
27. Il-ħatra ta’ l-impjegati ġodda, inklużi Segretarji Eżekuttivi,
fil-Kunsill tkun suġġetta għal żmien ta’ prova kif ġej:
(a) min ikun impjegat bħala Segrtarju Eżekuttiv għall-
ewwel darba, dan ikun suġġett għal żmien ta’ prova ta’
sena u jitqiegħed fuq it-tieni notch taħt il-massimu ta’
l-iskala tas-salarju rispettiva. Segretarju Eżekuttiv li
jkollu l-kuntratt tiegħu mġedded ma’ l-istess Kunsill
ma jkunx suġġett għall-ebda żmien ta’ prova ieħor;
10 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
(b) Segretarju Eżekuttiv li wara li jkun temm jew
intemmlu kuntratt ma’ xi Kunsill, jidħol f’kuntratt
ġdid ma’ Kunsill differenti, jkun suġġett għal żmien
ta’ prova ta’ sena u jitpoġġa fuq il-massimu ta’ l-iskala
relattiva tas-salarju;
(ċ) kull ħaddiem klerikali impjegat mal-Kunsill Lokali
jkun suġġett għal żmien ta’ prova ta’ sitt xhur meta
jiffirma l-ewwel kuntratt. Ħaddiem klerikali li jkollu l-
kuntratt tiegħu mġedded ma’ l-istess Kunsill ma jkunx
suġġett għal ebda żmien ta’ prova ieħor:
Iżda jekk impjegat jiġi magħżul sabiex jingħata
kuntratt ma’ l-istess Kunsill fi skala ogħla, allura jkun
suġġet għal żmien ta’ prova ta’ tliet xhur u jirċievi
żewġ notches taħt il-massimu ta’ l-iskala l-ġdida:
Iżda wkoll, jekk impjegat jiffirma kuntratt ma’
Kunsill differenti huwa jkun suġġett għal żmien ta’
prova ta’ sitt xhur. Tul iż-żmien ta’ prova, jekk huwa
jkun ġie impjegat fl-istess skala ta’ salarju li kellu jew
f’waħda anqas mal-Kunsill Lokali preċedenti, dan
jirċievi s-salarju rispettiv, nieqes increment wieħed:
Iżda wkoll, jekk l-impjegat ikun ser jinħatar fi
skala ogħla milli kellu, dan jitqiegħed fuq il-minimum
ta’ l-iskala l-ġdida.
Interess 
pekunjarju.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
28. (1) Jekk Segretarju Eżekuttiv jew impjegat ieħor tal-
Kunsill isir jaf li kuntratt li fih ikollu nteress pekunjarju, dirett jew
indirett, li ma jkunx kuntratt li fih hu jkun parti, ikun sar jew ikun
ser isir mill-Kunsill, dan għandu, kemm jista’ jkun malajr, jikxef l-
interess bil-miktub lill-Kunsill.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jirreġistra dak l-interess fil-
minuti tal-laqgħa tal-Kunsill.
(3) Kull persuna kif imsemmija fis-subregolament (1) li
xjentement ma tikxifx dak l-interess tkun suġġetta għal azzjoni
dixxiplinari li tista’ twassal għat-tkeċċija.
Relazzjoni ma’ 
Segretarju 
Eħekuttiv jew 
impġjegat 
prospettiv.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
29. Ebda Segretarju Eżekuttiv jew impjegat ieħor tal-Kunsill
ma għandu jieħu sehem fil-proċeduri ta’ rakkomandazzjoni jew ta’
intervista ta’ kandidat li japplika għal impjieg mal-Kunsill jekk dak
il-kandidat ikun qarib tas-Segretarju Eżekuttiv jew l-impjegat.
Għall-fini ta’ dan ir-regolament kandidat jitqies li hu hekk qarib
jekk jaqa’ taħt xi waħda mir-relazzjonijiet familjari speċifikati fl-
artikolu 20(4) ta’ l-Att.
Konfidenzjalità .
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
30. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv jew impjegat ieħor ma
għandux jikkomunika lil xi persuna l-kontenut ta’ dokumenti dwar
il-Kunsil1 jekk mhux hekk meħtieġ bil-liġi jew awtorizzat
espressament li jagħmel hekk mill-Kunsill.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv jew xi impjegat ieħor ma jistax jiġi
intervistat jew jagħmel dikjarazzjonijiet pubbliċi lanqas jikxef xi
tagħrif li jkun sar jaf bih waqt il-qadi ta’ dmirijietu jekk ma jkunx
hekk meħtieġ li jagħmel skond l-Att jew jekk ma jkunx hekk
awtorizzat bil-miktub mis-Sindku.
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 11
Kodiċi ta’ Etika.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
31. (1) Is-Segretarju Eżekuttiv u l-impjegati l-oħra tal-Kunsill
għandhom josservaw il-Kodiċi ta’ Etika waqt il-qadi ta’
dmirijiethom.
(2) Is-Segretarju Eżekuttiv u l-impjegati l-oħra tal-Kunsill
għandhom ukoll josservaw d-disposizzjonijiet li jirregolaw l-
imġieba kif indikat fil-Proċeduri dwar Riżorsi Umani.
Assenza tas-
Segretarju 
Eżekuttiv.
Emendat:
A.L. 89 ta’ l-2000.
32. L-ebda membru tal-Kunsil1 ma jista’ jkollu kariga ta’
impjegat tal-Kunsill jew jaġixxi bħala tali fl-assenza tas-Segretarju
Eżekuttiv jew tad-Deputat Segretarju Eżekuttiv, jew xi mpjegat tal-
Kunsill.
12 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
PERFORMANCE BONUS APPRAISAL
Emendata:
A.L. 89 ta’ l-2000. SKEDARegolamenti 6 u 19
Isem ....................................................... Kariga .................................................
Perijodu ta’ l-Evalwazzjoni ..................................................................................
Żmien fil-kariga ..................................................................................................
Kunsill Lokali .....................................................................................................
PERFORMANCE B’MOD ĠENERALI:
ġ Din it-Taqsima għandha sservi biex is-Segretarju Eżekuttiv/l-impjegat ikun jaf
kif kienet il-performance tiegħu b’mod ġeneraliħ
Agħżel il-kaxxa li taħseb li l-aktar tirrifletti, b’mod ġenerali, il-performance tas-
Segretarju Eżekuttiv/impjegat meta mqabbla ma’ dak li hu mistenni minnu. Tista’
tiġġudika billi tevalwa:
hkemm sar tajjeb ix-xogħol fdat lis-Segretarju Eżekuttiv/impjegat; b’liema mod
ġie mwettaq dan ix-xogħol; kemm ix-xogħol kien impenjattiv; u x’riżultati oħra
ġew milħuqa minbarra dan ix-xogħol. L-evalwazzjoni tinkludi tliet skali li juru li
x-xogħol hu ta’ livell aċċettabbli u skala waħda li turi li x-xogħol magħmul mhux
ta’ livell aċċettabbli, skond il-kriterji li ġejjin:
Livell li jeċċedi dak
mistenni
Ix-xogħol imwettaq jeċċedi b’mod
konsistenti u sinifikanti l-objettivi jew dak li
kien mitlub minnu.
Livell
rakkomandabbli
Ix-xogħol imwettaq b’mod konsistenti laħaq
fil-maġġor parti tiegħu l-objettivi jew dak li
mitlub minnu. F’ċerti każi, ir-riżultat jista’
jkun eċċeda dak li kien mitlub, filwaqt li
f’każi oħra jista’ ma jkunx intlaħaq kif
mitlub; madanakollu, b’mod ġenerali, ix-
xogħol imwettaq laħaq l-objettivi jew dak li
kien mitlub.
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 13
2
Ħidma sodisfaċenti B’mod ġenerali, ix-xogħol imwettaq ta’
sikwit laħaq uħud mill-objettivi jew dak li
kien mitlub. Bi ftit titjib f’ċerti oqsma tal-
pjan ta’ ħidma, ix-xogħol imwettaq jista’
jitqies bħala sodisfaċenti.
Livell ta’ xogħol
imwettaq mhux
aċċettabbli
Ix-xogħol imwettaq b’mod konsistenti ma
laħaqx l-objettivi jew dak li kien mitlub.
Jekk ma jintweriex titjib fix-xogħol għandha
tittieħed azzjoni biex is-sitwazzjoni tiġi
rimedjata.
PERFORMANCE BONUS APPROVAT: ........................... %
B’RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL F’LAQGĦA LI SARET NĦAR IL-
.............. ....................................................... tas-sena
SINDKU ............................................ DATA .............................
14 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
3
Miżuri li bihom titkejjel il-Performance:
ġ Din it-Taqsima għandha sservi sabiex turi fid-dettal kif is-Segretarju Eżekuttiv/l-
impjegat irnexxielu jattwa xogħlu billi jiġu stabbiliti t-tajjeb u l-ħażin permezz
ta’ diversi metodi ta’ kejl. Għal kull fattur għandu jintuża l-ispazju mmarkat
"Kummenti", fejn jingħataw eżempji speċifiċi li huma l-aktar qrib lejn il-
performance tas-Segretarju Eżekuttiv/l-impjegat, li jagħtu stampa ċara tal-miżuri
dwar l-effettività  u dawk il fatturi l-oħra li nfluwenzaw il-performance.ħ
MIŻURI TA’ KEJL U
SPJEGAZZJONIJIET
KUMMENTI
1. Volum ta’
Xogħol: Volum ta’
xogħol li twettaq kif
komparat ma’ dak
mitlub.
2. Kwalità  tax-
Xogħol: Preċiżjoni u
xogħol kif preżentat.
3. Għarfien tax-
Xogħol assenjat:
Kemm wieħed hu ntiż
fil-proċeduri, l-apparat
u l-metodi, ir-
responsabbiltajiet u d-
diversi doveri tal-
kariga.
4. Affidabilità : Sa
fejn wieħed jista’
jafdah biex jattwa x-
xogħol assenjat lilu u
dan fiż-żmien stipulat.
Agħti l-kummenti
wkoll dwar attendenza
u puntwalità .
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 15
4
5. Innovazzjoni:
Kemm is-Segretarju
Eżekuttiv/l-impjegat
kontinwament jeżamina
metodi u policies u
jagħmel suġġerimenti
għal titjib.
6. Staff Development:
Kemm tintwera
konsiderazzjoni lejn l-
istaff ta’ taħtu; kemm isir
pjanar dwar ix-xogħol
tal-istaff ta’ taħtu, kif
ukoll monitoring,
evalwazzjoni u żvilupp
tagħhom.
7. Komunikazzjoni:
Kapaċità sabiex
jikkomunika
informazzjoni kemm bil-
fomm kif ukoll bil-kitba.
8. Teamwork:
X’relazzjoni teżisti mal-
kollegi tax-xogħol u
persuni oħra fuq xogħol
relatat mal-Kunsill.
Evalwazzjoni fil-qosor dwar kemm l-impjegat ħu effettiv fuq xogħlu:
Miżura ta’ Performance Għoli Medju Sodisfaċenti Mhux 
aċċettabbli
1. Volum ta’ xogħol
2. Kwalità  tax-xogħol
3. Għarfien tax-
Xogħol
4. Affidabilità
5. Innovazzjoni
6. Staff development
7. Komunikazzjoni
8. Teamwork
16 L.S.363.20 ħ KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI)
5
Marka globali ġ Agħmel x fejn japplikaħ
Jeċċedi dak mistenni minnu 
Livell Rakkomandabbli
Performance Sodisfaċenti
Livell mhux Aċċettabbli
Kummenti ġenerali mis-Sindku:
KUNSILLI LOKALI (RIŻORSI UMANI) ġ L.S.363.20 17
6
Pjan għal titjib fix-xogħol:
ġ Din it-Taqsima hi maħsuba sabiex jiġi formulat pjan biex jitjieb dak is-settur li
hemm bżonn ta’ tijib fih.ħ
Fattur ta’ Performance Rakkomandazzjoni kif jista’ jiġi mtejjeb il-livell
tax-xogħol tas-Segretarju Eżekuttiv/impjegat
Kummenti tas-Segretarju Eżekuttiv/impjegat:
L-evalwazzjoni ta hawn fuq ġiet moqrija u diskussa mas-Segretarju Eżekuttiv/
impjegat:
Sindku Segretarju Eżekuttiv/Impjegat
Data
