SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD) ġ L.S.363.22 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.22
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI ATTARD)
11 ta’ Ġunju, 1999
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 12/2/99.
Titolu.
(Kunsill Lokali Attard).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
"bin on wheels" tfisser reċipjent fuq roti li jingħalaq b’għatu,
għar-rimi ta’ skart domestiku, provdut mill-Kunsill jew imqiegħed
minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post pubbliku fil-konfini
tal-lokalità  ta’ Attard iżda ma tinkludix skip;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Attard;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li jkollha permess jew
ir-rappreżentant tagħha u kull resident ta’ xi triq jew parti minnha li
tkun biss il-persuna awtorizzata skond l-ordinament 4.2;
"skart jew żibel kummerċjali u/jew industrijali" tfisser kull xorta
ta’ skart li mhux domestiku u li jkun mormi minn ħwienet, fabbriki,
intrapriżi, soċjetajiet u entitajiet oħra li joperaw fil-kummerċ u fl-
industrija u tinkludi kull xorta ta’ skart goff in ġenerali, iżda ma
tinkludix żibel jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq jew miftuħ provdut mill-Kunsill,
jew mqiegħed minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post
pubbliku fil-konflni tal-lokalità  ta’ Attard u tinkludi kull reċipjent
ieħor ta’ din ix-xorta maħsub biex jintuża mill-pubbliku għad-
depożitu ta’ skart kummerċjali u/jew industrijali, iżda ma’
tinkludix bin on wheels;
"żibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti u djar residenzjali iżda ma
tinkludix skart kummerċjali u/jew industrijali.
Użu ta’ skips jew 
bin on wheels.
3. Skip jew bin on wheels għandu jintuża minn persuna
awtorizzata.
Setgħa għat-
tqegħid ta’ skips 
jew bins on wheels.
4.1 Ebda persuna, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, ma
għandha s-setgħa li tqiegħed xi skip jew xi bin on wheels f’xi post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  ta’ Attard.
4.2 Il-Kunsill jista’ jalloka area li fiha l-użu ta’ l-iskips u bins
on wheels provduti mill-Kunsill jistgħu jintużaw biss minn persuni
awtorizzati, u dan minflok il-ġbir ta’ skart domestiku u
kummerċjali li jinġabar bieb bieb.
4.3 Iżda l-Kunsill jista’ jawtorizza bil-miktub lil xi persuna
biex tqiegħed skip jew bin on wheels matul kull żmien u f’dak il-
post u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jkunu
stipulati fil-permess bil-miktub tal-Kunsill, muri fl-Iskeda A.
4.4 Għandu jitħallas lill-Kunsill, meta tinħareġ
2 L.S.363.22 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD)
awtorizzazzjoni taħt dan l-artikolu:
4.4.1 Fil-każ ta’ skip, dritt ta’ ħamsin (50) ċenteżmu kull
jum għal kull skip;
4.4.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ għaxar ċenteżmi
kull jum għal kull bin.
4.5 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos li tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorizzazzjoni, tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
Użu ħażin ta’ 
skips.
5. Ebda persuna ma għandha -
5.1 tuża xi skip jew bin on wheels jekk ma tkunx persuna
awtorizzata; jew
5.2 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati jew imwaħħlin magħhom;
jew tħażżeż jew tagħmel xi marki ma’ xi skip jew bin
on wheels mingħajr il-kunsens bil-miktub tal-Kunsill,
jew tal-persuna li tingħatalha permess biex
tqegħdhom għall-użu tagħha taħt l-ordinament 4,
skond il-każ; jew
5.3 wara li tuża l-iskip jew il-bin on wheels tħalli l-għatu
tagħha, jekk ikun hemm, miftuħ jew imbexxaq; jew
5.4 tuża l-iskip jew il-bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx maħsub għalih; jew
5.5 meta l-iskip jew il-bin on wheels tkun mimlija,
tiddepożita xi skart b’mod li l-għatu tagħha ma
jingħalaqx sewwa jew jibqa’ mbexxaq; jew
5.6 meta tiddepożita dak iż-żibel jew skart ixxerred barra
mill-iskip u ma tiġbrux; jew
5.7 titfa’ jew tiddepożita xi żibel jew skart ma’ ġenb jew
madwar l-iskip; jew
5.8 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel, skart, oġġetti
jew sustanza li ma jkunx ta’ xorta domestika; jew
titfa’ f’xi skip xi skart kummerċjali u/jew industrijali
meta ma jkollhiex l-awtorità  bil-miktub skond dawn
il-Bye-Laws; jew
5.9 tiddepożita fl-iskip jew bin on wheels xi oġġett goff
jew likwidu jew xi skart, żibel, oġġetti jew sustanza
li l-iskip jew il-bin on wheels ma tkunx maħsuba li
tirċievi; jew
5.10 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew il-bin on wheels minn
fejn tkun qegħda sakemm, fil-każ ta’ skip jew bin on
wheels imqegħda minn xi persuna bl-awtorità  tal-
Kunsill, ma jkollhiex l-awtorizzazzjoni bil-miktub
biex tagħmel dan; jew
5.11 tiddepożita skart jew żibel fi skip jew bin on wheels li
mhux provduti mill-Kunsill iżda li jkunu qed jiġu
wżati minn xi persuna li tingħatalha permess mill-
Kunsill skond dawn il-Bye-Laws; jew
5.12 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel domestiku li
SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD) ġ L.S.363.22 3
ma jkunx tqiegħed f’borża magħluqa, ta’ xorta u
materjal approvat mill-Kunsill; jew
5.13 fil-każ ta’ skip, tarmi jew tiddepożita żibel jew skart
kummerċjali u/jew industrijali li ma jkunx
provenjenti minn ġo Attard stess, sakemm mhux bl-
awtorità  bil-miktub tal-Kunsill u ma’ reġistrazzjoni
jew ħlas jekk il-każ ta’ dritt kif muri fil-Kolonna 2
ta’ l-Iskeda B; jew
5.14 meta tingħatalha l-awtorità  mill-Kunsill biex tarmi
żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels partikolari,
tarmi żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels oħra.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
6.1 Kull persuna li tagħmel jew tmexxi xogħol għal kollox jew
f’parti ta’ natura kummerċjali u/jew industrijali fil-konfini tal-
lokalità  ta’ Attard u li xogħlha jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’
stabbilimenti mniżżla fl-Iskeda B, għandha tirreġistra mal-Kunsill
sabiex ikollha l-awtorità  tarmi skart kummerċjali u/jew industrijali
fl-iskips provduti jew awtorizzati mill-Kunsill fil-konfini tal-
lokalità  ta’ Attard.
6.1.1 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 6.1,
kull persuna indikata fil-Kategorija 1 fi Skeda B
tista’ tarmi skart kummerċjali u/jew industrijali f’bin
on wheels.
6.2 Għal kull reġistrazzjoni taħt l-ordinament 6.1 għandu
jitħallas lill-Kunsill dritt kif muri fil-kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
6.3 Il-Kunsill jista’, għal raġunijiet validi mogħtija bil-miktub,
jiċħad li jirreġistra persuna skond l-ordinament 6.1.
6.4 Ebda persuna murija fil-kolonna 1 ta’ l-Iskeda B ma
għandha tarmi jew tiddepożita skart kummerċjali u/jew industrijali
fl-iskips jew bins on wheels ipprovduti jew awtorizzati mill-Kunsill
fil-konfini tal-lokalità  ta’ Attard sakemm issir ir-reġistrazzjoni
mal-ħlas tad-dritt dovut taħt il-kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
Reati u pieni.
kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 5 għandha titqies li tkun wettqet
kontravvenzjoni u, meta tinsab ħatja, tista’ teħel, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
7.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
7.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
7.2 F’każ ta’ kontrawenzjoni taħt l-ordinament 4, persuna
teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30), u fil-każ
ta’ reat kontinwat, ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull
jum li matulu jkompli r-reat.
7.3 F’każ ta’ kontrawenzjoni taħt l-ordinament 6.4, persuna
teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’ tletin lira (Lm30).
7.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament jkun bla ħsara -
4 L.S.363.22 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD)
(a) għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor danni ċivili li jkunu
saru bl-għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-
Laws, u
(b) għall-jedd tal-Kunsill li jirrevoka l-permess mogħti u/
jew iħassar ir-reġistrazzjoni magħmula bis-saħħa ta’
dawn il-Bye-Laws.
Tmiem jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
8. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorità  mogħtija , u, jew
iħassar reġistrazzjoni magħmula skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun
sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-kondizzjonijiet li
taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  jew saret ir-
reġistrazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li
dik l-awtorità  tiġi revokata jew li r-reġistrazzjoni titħassar. F’dan
il-każ il-Kunsill ma jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li jkun diġà
tħallas taħt l-Iskeda B.
SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD) ġ L.S.363.22 5
SKEDA A
(Ordinament 4.3)
KUNSILL LOKALI ATTARD
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 4 tal-Bye-Laws dwar Skips
(Kunsill Lokali Attard), il-Kunsill Lokali ta’ Attard qiegħed b’dan jawtorizza lil
........................................... li joqgħod .................................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru. tal VAT ................. Nru tat-
telefon/fax ................. biex iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini
tal-lokalità  ta’ Attard bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
bil-miktub mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra minn fuqha jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill
mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on wheels dawk
il-marki li jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kunsill bil-miktub.
4. L-iskip/bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill,
fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn tiġi l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali Attard) għandhom japplikaw għal
kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-lokalità  ta’ Attard.
7. Il-persuna awtorizzata għandha f’kull żmien tieħu dawk il-miżuri kollha
possibbli sabiex fl-użu ta’ l-iskip/bin on wheels jiġi mħares l-ambjent u s-
saħħa taċ-ċittadin.
8. F’kull żmien matul it-terminu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun aċċettabbli
għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex tindennizza lill-
Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew b’konsegwenza
jew in konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-skips/bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax din l-awtorizzazzjoni qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-
perijodu ta’ ............................ li jibda għaddej minn .................................. .
10. Din l-awtorizzazzjoni qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
6 L.S.363.22 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI ATTARD)
SKEDA B
(Ordinament 6.1)
KATEGORIJI TA’ STABBILIMENTI U DRITTIJIET
Kolonna 1 Kolonna 2
KATEGORIJI DRITTIJIET GĦALL-UŻU
TA’ SKIPS
Kategorija Nru. 1
Bars, snack bars, każini, istituzzjonijiet u
organizzazjonijiet oħra, ċentri sportivi,
grocers, fran, butchers, spiżeriji, hairdressers,
salons, bazaars, stationeries, confectioneries,
ħajjata, pet-shops, ħwienet li jbiegħu il-fjuri u
l-pjanti, ħwienet tal-ħwejjeġ, uffiċini, kliniċi,
swali, ħwienet oħra kummerċjali u knejjes,
ħwienet ta’ l-antikità , ironmongers,
mastrudaxxi, ħwienet tal-household
appliances, u min jaħdem l-aluminium u
bejjiegħa tal-qubbajt.
L-ebda ħlas.
Reġistrazzjoni mal-Kunsill
biss
Kategorija Nru. 2
Mobile kiosks u bejjiegħa ta’ fast foods, li
jeħtieġu liċenza temporanja tal-pulizija biex
joperaw waqt jiem ta’ festa fil-lokal.
Ħlas ta’ Lm 10 għaż-żmien
tal-liċenzja
Kategorija Nru. 3
Lukandi, ristoranti, holiday complexes, guest
houses, skejjel, djar ta’ l-anzjani, banek,
showrooms, green grocers u bejjiegħa fit-
toroq.
Ħlas ta’ Lm 50 fis-sena
Kategorija Nru. 4
Mechanics, tellara, sprayers, tyre services,
petrol stations, ħaddieda.
Ħlas ta’ Lm 100 fis-sena
Kategorija Nru. 5
Stabbilimenti industrijali li jinkludu intrapriżi
jew koperattivi u intrapriżi oħrajn, dipartimenti
tal-gvern u korpi parastatali jew
korporazzjonijiet, iżda li m’humiex barrieri,
jew siti ta’ kostruzzjoni.
Ħlas ta’ Lm 600 fis-sena
Kategorija Nru. 6
Stabbilimenti industrijali oħra li ma jaqgħux
taħt ebda waħda mill-kategoriji l-oħra murija
f’din l-Iskeda ħlief dawk diġà  inklużi fil-
kategorija Nru. 5.
Ħlas ta’ Lm 400 fis-sena
