ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.27
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
10 ta’ Settembru, 1999
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 37/7/99.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Mellieħa).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Cap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mellieħa;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattiċi fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xogħol
ta’ l-idejn organizzati mill-Kunsil1 skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalità " tfisser il-lokalità  tal-Mellieħa li tinsab fil-konfini
skond kif stipulat fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att;
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn żmien għal żmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Iżda l-Kunsill jista’ għal raġuni valida (bħa1 meta ma
jkunx hemm l-inqas numru meħtieġ ta’ parteċipanti) iħassar xi kors
li jkun diġà  mħabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jiġu mħabbra b’dik il-manjiera li l-
Kunsill jidhirlu xierqa u jistgħu jkunu miftuħin għall-adulti u għat-
tfal skond kif speċifikat f’dak l-avviż.
3.3 Eliġibiltà  għal dawk il-korsijiet tista’ tkun suġġetta għal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiżiti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
għall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors għandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta mogħtija mill-
Kunsill:
Iżda l-Kunsill iżomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi wieħed mir-
rekwiżiti marbuta mal-kors.
 4.2 Kemm-il darba n-numru ta’ applikazzjonijiet li jidħlu
jaqbeż in-numnz ta’ postijiet vakanti għal xi kors, tingħata
preċedenza skond kif ġej:
4.2.1 l-ewwel priorità  għandha tingħata lir-residenti li
huma reġistrati bħala votanti flr-Reġistru Elettorali
jew fir-Reġistru Speċjali għal-lokalità , u lit-tfal
tagħhom:
Iżda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
preċedenza tingħata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’każ li jkunu daħlu flimkien, jintgħażlu bix-xorti;
2 L.S.363.27 ħ
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
4.2.2 it-tieni prijorità  għandha tingħata lil persuni residenti
fil-lokalità , iżda mhux reġistrati bħala votanti u lil
uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorità  għandha tingħata lil applikanti oħra.
Ħlas ta’ l-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet għandu jsir il-ħlas stabbilit fl-
iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jeżenta
lil kwalunkwe persuna jew klassi ta’ persuni mill-ħlas ta’ dawk id-
drittijiet jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet ta’ xi kors
partikolari għandu jqis l-ispejjeż kollha involuti fih jew marbuta
ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni għalih, numru ta’ l-
applikazzjoni, ammont imħallas, numru ta’ l-irċevuta.
Ħlas lura ta’ 
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill iħallas lura d-drittijiet mħallsa f’xi wieħed mill-
każi li ġejjin:
6.1.1 jitħallas lura d-dritt sħiħ mill-Kunsill, kemm-il darba
tkun saret applikazzjoni u wara l-kors ma jiġix
organizzat;
6.1.2 kemm-il darba l-kors jiġi kkanċellat mill-Kunsill,
titħallas lura dik il-parti tal-miżata li tirrapreżenta l-
proporzjon ta’ sessjonijiet li jkun fadal maħdum fuq
in-numru totali ta’ sessjonijiet għal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 fi kwalunkwe każ ieħor li jista’ minn żmien għal
żmien jiġi stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Kull persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew għal xi
raġuni valida tiġi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkun
intitolata għal ebda ħlas lura ta’ drittijiet.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanċ ta’ flus li jirriżulta min-nominal accounts
rispettivi għandu jintuża biss fit-tisħiħ tal-korsijiet jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attività  oħra mill-Kunsill għall-benefiċċji
tar-residenti fil-lokalità  tiegħu.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.27 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Flower Arrangement (1) Lm13
Flower Arrangement (2) Lm14
Bonsai Lm 5
First Aid Lm10
Malti għall-Barranin (1) Lm20
Malti għall-Barranin (2) Lm20
Drama (1) (età  bejn 4 u 6 snin) Lm16/Lm30
Drama (2) (età  bejn 4 u 6 snin) Lm16/Lm30
Bizzilla (l-ewwel sena) Lm18
Bizzilla (it-tieni sena) Lm20
Bizzilla (it-tielet sena) Lm25
Ħjata (l-ewwel sena) Lm10
Ħjata (it-tieni sena) Lm12
Ġermaniż (l-ewwel sena) Lm25
Arti għall-Kbar (l-ewwel sena) Lm15
Arti għall-Kbar (it-tieni sena) Lm20
Arti għall-Kbar (it-tielet sena) Lm20
Crochet (l-ewwel sena) Lm10
Crochet (it-tieni sena) Lm12
Aġġorn Lm 4
Drama (1) (l-ewwel sat-tielet sena) Lm16/Lm30
Drama (2) (l-ewwel sat-tielet sena) Lm16/Lm30
Żfin (l-ewwel sena) Lm28
Żfin (it-tieni sena) Lm15/Lm28
Żfin (it-tielet sena) Lm15/Lm28
