REKLAMI FUQ GĦAMARA 
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI GŻIRA) ġ L.S.363.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.28
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GĦAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
1 ta’ Ottubru, 1999
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 21/8/99.
Titolu.
fuq Għamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Gżira).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"għamara tat-toroq" tfisser kull ħaġa, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjetà  tal-Kunsill jew taħt ir-responsabbilità  tiegħu li
għalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, ġnien jew
post ieħor pubbliku, tkun imdaħħla ġo post bħal dak jew imwaħħla
miegħu jew imqiegħda fuqu u tinkludi dustbins, bankijiet, qsari,
ċnut, ħitan, balavostri, kolonni, roundabouts, central strips u
traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Gżira;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twaħħal jew tqiegħed xi reklam fuq għamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tinkludi avviż.
Awtorizzazzjoni 
għal reklamar fuq 
għamara tat-toroq.
3.1 Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi reklam fuq xi għamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalità
tal-Gżira mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jew wara
applikazzjoni bil-miktub għal hekk li ssir lill-Kunsill jew wara
sejħa pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Iżda din l-awtorizzazzjoni għandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mar-rekwiżiti li hemm stabbiliti
fil-linji ta’ gwida maħruġa jew li jistgħu jiġu maħruġa minn żmien
għal żmien mill-Kunsill taħt l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Iżda wkoll dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu
mdaħħla fil-kuntratt li għandu jirregola l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur taħt l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill joħroġ sejħa pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill għandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proċeduri applikabbli għal Kunsilli Lokali.
Dan il-kuntratt ikun validu għal perijodu ta’ sena li jista’
jiġi mġedded għal perijodu ta’ sena oħra.
3.4 Fil-għoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
2 L.S.363.28 ħ
REKLAMI FUQ GĦAMARA 
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI GŻIRA)
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juża l-ispazju fejn jistgħu
jitwaħħlu reklami fuq għamara tat-toroq anke billi jbiegħ l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dan il-każ l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jeħtieġu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Iżda l-kuntrattur ma’ jistax juża jew ibiegħ l-ispazju għal
xi reklam li jkun projbit bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz stabbilit
mill-Kunsill f’dak il-kuntratt.
3.5 Għal kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws għandu jitħallas dritt ta’ mhux aktar minn
ħamsin ċenteżmu għal kull jum li matulu jibqa’ mwaħħal ir-reklam:
Iżda fil-każ ta’ awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill wara
sejħa pubblika, id-dritt li jitħallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokument ta’ l-offerta milqugħa.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tingħata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli għal kull permess jew liċenza meħtieġa
taħt kull liġi oħra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jagħti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil għaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalità , jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imniżżlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jagħmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubbliċi mingħajr ħlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet oħra soġġetta għall-kondizzjoni li r-reklam
jitneħħa fi żmien ġimgħa minn meta jiskadi ż-żmien li għalih tkun
ħarġet l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
mogħtija taħt dawn il-Bye-Laws teħel, meta tinsab ħatja, ammenda
ta’ għoxrin lira (Lm20) għal dik il-kontravvenzjoni, flimkien ma’
ammenda oħra ta’ lira (Lm1) għal kull ġurnata li tkun kisret xi
waħda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi
kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
