NOTICE BOARDS
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.31
BYE-LAWS DWAR NOTICE BOARDS
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
17 ta’ Ottubru, 1999
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 37/11/99.
Titolu.
Boards (Kunsill Lokali Mellieħa).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mellieħa;
"notice board" tfisser kull board, tabella, plakka, kartellun, avviż
jew xi mezz jew rappreżentazzjoni magħmula, esebita, imwaħħla
jew inqiegħda f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-
Mellieħa li tkun maħsuba għall-fini ta’ reklami jew pubbliċità  jew
sabiex tgħaddi avviż, tagħrif jew messaġġ lill-pubbliku;
Tqegħid ta’ notice 
boards.
3. Bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni, jew liċenza
meħtieġa taħt xi liġi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twaħħal jew
tqiegħed xi notice board f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalità
tal-Mellieħa, jekk ma tkunx konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti
bil-linji ta’ gwida magħmula jew li jistgħu jiġu magħmula minn
żmien għal żmien mill-Kunsill bis-saħħa ta’ l-artikolu 33(1)(g) ta’
l-Att permezz ta’ Bye-Laws oħrajn.
Notifika lill-
Kunsill.
4. Kull persuna li tkun kisbet il-permess, awtorizzazzjoni jew
liċenza meħtieġa kif stabbilit fl-ordinament 3 għandha, għall-anqas
sebat ijiem qabel ma tesebixxi, twaaħal jew tqiegħed xi notice
board, tagħti avviż bil-miktub lill-Kunsill flimkien ma’ kopja tal-
permess, awtorizzazzjoni jew liċenza.
Reati u pieni.
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws titqies li għamlet
kontravvenzjoni u teħel, meta tinsab ħatja:
5.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għaxar
liri (Lm10);
5.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni ammenda ta’ għoxrin lira
(Lm20);
5.1.3 għat-tielet kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li tiġi wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30); u
5.1.4 fil-każ ta’ reat kontinwat ammenda ta’ ħames liri
(Lm5) għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
