SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR) ġ L.S.363.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.36
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR)
22 ta’ Novembru, 1999
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 55/15/99.
Titolu.
(Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"bin on wheels" tfisser reċipjent fuq roti li jingħalaq b’għatu,
għar-rimi ta’ skart domestiku, provdut mill-Kunsill jew imqiegħed
minn xi persuna b’awtorità  tal-Kunsill f’post pubbliku fil-konfini
tal-lokalità  ta’ San Pawl il-Baħar iżda ma tinkludix skip;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li jkollha l-permess
skond l-ordinament 4.3, jew ir-rappreżentant tagħha u kull resident
ta’ xi triq jew parti minnha li tkun l-unika persuna awtorizzata
skond l-ordinament 4.2;
"skart jew żibel kummerċjali u/jew industrijali" tfisser kull xorta
ta’ skart li jkun mormi minn ħwienet, fabbriki, intrapriżi,
soċjetajiet u entitajiet oħra li joperaw fil-kummerċ u fl-industrija u
tinkludi kull xorta ta’ skart goff in ġenerali, iżda ma tinkludix żibel
jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq jew miftuħ provdut mill-Kunsill,
jew mqiegħed minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  ta’ San Pawl il-Baħar, u tinkludi
kull reċipjent ieħor ta’ dan ix-xorta maħsub biex jintuża mill-
pubbliku għad-depożitu ta’ skart kummerċjali u/jew industrijali,
iżda ma tinkludix bin on wheels;
"żibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti jew djar residenzjali iżda
ma tinkludix skart kummerċjali u/jew industrijali.
Użu ta’ skips jew 
bins on wheels.
3. Skip jew bin on wheels jista’ biss jintuża minn persuna
awtorizzata.
Tqegħid ta’ skips 
jew bins on wheels.
4.1 Ebda persuna, ħlief il-Kunsill jew persuna awtorizzata
mill-Kunsill ma tista’ tqiegħed xi skip jew xi bin on wheels f’xi
post pubbliku fil-konfini tal-lokalità  ta’ San Pawl il-Baħar.
4.2 Il-Kunsill jista’ jalloka area li fiha l-użu ta’ l-iskips jew
bins on wheels provduti mill-Kunsill jistgħu jintużaw biss minn
persuni awtorizzati minflok il-ġbir bieb bieb ta’ skart domestiku u
kummerċjali.
4.3 Il-Kunsill jista’, madankollu, jawtorizza bil-miktub lil kull
persuna biex tqiegħed skip jew bin on wheels matul dak iż-żmien u
f’dawk il-postijiet u b’dawk il-pattijiet u kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu stipulati fl-awtorità  bil-miktub tal-Kunsill, murija fl-Iskeda.
2 L.S.363.36 ħ
SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR)
4.4 Meta tinħareġ awtorizzazzjoni taħt dan l-ordinament
għandu jitħallas dritt lill-Kunsill ta’ -
4.4.1 fil-każ ta’ skip, dritt ta’ ħamsa u sebgħin (75)
ċenteżmu kull jum għal kull skip;
4.4.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ għoxrin (20)
ċenteżmu kull jum għal kull bin.
4.5 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos milli tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorizzazzjoni bil-miktub, tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
Użu ħażin ta’ skips 
u bins on wħeels.
5. Ebda persuna ma għandha -
5.1 tuża xi skip jew bin on wheels jekk ma tkunx persuna
awtorizzata; jew
5.2 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati jew imwaħħlin magħhom;
jew tħażżeż jew tagħmel xi marka ma’ xi skip jew bin
on wheels mingħajr il-kunsens tal-Kunsill, jew tal-
persuna li tingħatalha l-awtorità  biex tqiegħdhom
għall-użu tagħha taħt l-ordinament 4, skond il-każ;
jew
5.3 wara li tuża l-iskip jew il-bin on wheels tħalli l-għatu
tagħhom miftuħ jew imbexxaq; jew
5.4 tuża l-iskip jew il-bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx dak maħsub għalih; jew
5.5 meta l-iskip jew il-bin on wheels ikunu mimlija,
tiddepożita xi skart b’mod li l-għatu tagħha ma
jingħalaqx sewwa jew jibqa’ mbexxaq; jew
5.6 meta tiddepożita dak iż-żibel jew skart, ixxerred u
tħalli mxerred barra mill-iskip dak iż-żibel jew skart
u ma tiġbrux; jew
5.7 titfa’ jew tiddepożita xi żibel jew skart ma’ ġenb jew
madwar l-iskip jew bin on wheels; jew
5.8 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel, skart; oġġetti
jew sustanza li ma jkunx ta’ xorta domestika; jew
titfa’ f’xi skip xi skart kummerċjali u/jew industrijali
meta ma jkollhiex l-awtorità  bil-miktub skond dawn
il-Bye-Laws; jew
5.9 tiddepożita fl-iskip jew bin on wheels xi oġġett goff
jew likwidu jew xi skart, żibel, oġġetti jew sustanza
li ma jkunx l-iskop li l-iskip jew il-bin on wheels
tirċievi; jew
5.10 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew il-bin on wheels minn
fejn tkun qiegħda sakemm, fil-każ ta’ skip jew bin on
wheels imqiegħda minn xi persuna bl-awtorità  tal-
Kunsill minn persuna, dik il-persuna ma jkollhiex l-
awtorità  bil-miktub mill-Kunsill biex tagħmel dan;
jew
5.11 tiddepożita skart jew żibel fi skip jew bin on wheels li
mhux provduti mill-Kunsill iżda li jkunu qed jiġu
SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR) ġ L.S.363.36 3
wżati minn xi persuna li tingħatalha awtorità  mill-
Kunsill skond dawn il-Bye-Laws; jew
5.12 tiddepożita f’xi bin on wheels xi żibel domestiku li
ma jkunx tqiegħed f’borża magħluqa, ta’ xorta u
materjal approvat mill-Kunsill; jew
5.13 meta tingħatalha l-awtorità  mill-Kunsill biex tarmi
żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels partikolari,
tarmi żibel jew skart f’xi skip jew bin on wheels
ieħor.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
6.1 Kull persuna li tagħmel jew tmexxi xogħol, għalkollox jew
f’parti, ta’ natura kummerċjali u/jew industrijali fil-konfini tal-
lokalità  ta’ San Pawl il-Baħar għandha ta’ kull sena matul ix-xahar
ta’ Jannar tirreġistra mal-Kunsill l-isem tal-kuntrattur inkarigat
minnha sabiex jiġbor l-iskart kummerċjali u/jew industrijali tagħha.
6.2 Ebda persuna imsemmija fl-ordinament 6.1 m’għandha
tarmi jew tiddepożita skart kummerċjali u/jew industrijali fl-iskips
jew bins on wheels ipprovduti mill-Kunsill fil-konfini tal-lokalità
ta’ San Pawl il-Baħar jekk ma tkunx ingħatat l-awtorità  bil-miktub
għal daqshekk mill-Kunsill.
Reġistrazzjoni 
dwar żvilupp.
7. Kull min għandu l-pussess ta’ proprjetà  immobiljari fejn
ikun ser isir xi żvilupp li ser jiġġenera xi skart għandu l-obbligu li
mhux aktar tard minn ġimgħa qabel ma jibda l-iżvilupp jirreġistra
mal-Kunsill l-isem tal-persuna jew kumpannija li jkun inkariga
sabiex jiġbor l-iskart ġenerat minn tali żvilupp.
Reati u pieni.
8.3, kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 5 għandha titqies li tkun wettqet
kontravvenzjoni u, meta tinsab ħatja, tista’ teħel, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
8.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
8.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
8.2 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinament 4, persuna
teħel meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30), u fil-każ ta’
reat kontinwat, ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull jum li
matulu jkompli r-reat.
8.3 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinament 6.2, persuna
teħel meta tinsab ħatja ammenda ta’ tletin liri (Lm30).
8.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jiġbor danni ċivili li jkunu saru bl-għemil
ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
Tmiem jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
9. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorità  mogħtija u/jew
iħassar reġistrazzjoni magħmula skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun
sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-kondizzjonijiet li
taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  jew saret ir-
reġistrazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li
4 L.S.363.36 ħ
SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR)
dik l-awtorità  tiġi revokata jew li r-reġistrazzjoni titħassar. F’dan
il-każ il-Kunsill ma jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li jkun diġà
tħallas taħt l-ordinament 4.4.
SKIPS
(KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR) ġ L.S.363.36 5
SKEDA
(Ordinament 4.3)
KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAĦAR
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 4 tal-Bye-Laws dwar Skips
(Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar), il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qiegħed
b’dan jawtorizza lil ............................. li joqgħod ....................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru. tal VAT ................. Nru tat-
telefon/fax ................. biex iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini
tal-lokalità  ta’ San Pawl il-Baħar bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
bil-miktub mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra minn fuqha jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill
mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on wheels dawk
il-marki li jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kunsill bil-miktub.
4. L-iskip/bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill,
fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn tiġi l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar) għandhom
japplikaw għal kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-lokalità  ta’ San Pawl
il-Baħar.
7. Il-persuna awtorizzata għandha f’kull żmien tieħu dawk il-miżuri kollha
possibbli sabiex fl-użu ta’ l-iskip/bin on wheels jiġi mħares l-ambjent u s-
saħħa taċ-ċittadin.
8. F’kull żmien matul it-terminu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun aċċettabbli
għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex tindennizza lill-
Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew b’konsegwenza
jew in konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-skips/bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax din l-awtorizzazzjoni qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-
perijodu ta’ ............................ li jibda għaddej minn .................................. .
10. Din l-awtorizzazzjoni qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
