SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.39
BYE-LAWS DWAR SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
3 ta’ Jannar, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 37/18/99.
Titolu.
Bins on Wheels (Kunsill Lokali Mellieħa).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 363.
"bin on wheels" tfisser reċipjent fuq roti li jingħalaq b’għatu,
provdut mill-Kunsill jew taħt awtorità  tiegħu u mqiegħed f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-Mellieħa, għar-rimi ta’ skart
domestiku, iżda ma jinkludix skip;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li jkollha l-permess
jew ir-rappreżentant tagħha u kull resident ta’ xi triq jew parti
minnha li tkun biss il-persuna awtorizzata skond l-ordinament 3.1;
"skart jew żibel domestiku" tfisser kull skart li m’huwiex skart
jew żibel kummerċjali u/jew industrijali, iżda skart tad-dar mormi
minn postijiet ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti jew djar
residenzjali;
"skart jew żibel kummerċjali u/jew industrijali" tfisser kull xorta
ta’ skart li mhux domestiku u jkun mormi minn ħwienet, fabbriki,
intrapriżi, soċjetajiet u entitajiet oħra li joperaw fil-kummerċ u fl-
industrija u tinkludi kull xorta ta’ skart goff in ġenerali, iżda ma
tinkludix żibel jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq jew miftuħ provdut mill-Kunsill,
jew mqiegħed minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-Mellieħa u tinkludi kull
reċipjent ieħor ta’ dan ix-xorta maħsub biex jintuża mill-pubbliku
għad-depożitu ta’ skart kummerċjali u/jew industrijali, iżda ma
tinkludix bin on wheels.
Tqegħid ta’ skips 
jew bins on wheels.
3.1 Ebda persuna, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, ma
għandha s-setgħa li tqiegħed skip jew bin on wheels f’xi post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-Mellieħa.
3.2 Il-Kunsill jista’, madankollu, jawtorizza bil-miktub lil kull
persuna biex tqiegħed skip u bin on wheels matul kull żmien u
f’dak il-post u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu stipulati fil-permess bil-miktub tal-Kunsill, muri fl-Iskeda A.
3.3 Għandu jitħallas lill-Kunsill, meta tinħareġ
awtorizzazzjoni taħt dan l-ordinament -
3.3.1 fil-każ ta’ skip, dritt ta’ ħamsin ċenteżmu (50ċ) kull
jum għal kull skip;
2 L.S.363.39 ħ
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
3.3.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ għaxar ċenteżmi
(10ċ) kull jum għal kull bin.
3.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos milli tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorizzazzjoni bil-miktub, tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
Użu ħażin ta’ skips 
u bins on wħeels.
4.1. Persuna tista’ tinsab ħatja ta’ kontravvenzjoni -
4.2 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati jew imwaħħlin magħhom;
jew tħażżeż jew tagħmel xi marki ta’ kull xorta ma’
xi skip jew bin on wheels mingħajr il-kunsens bil-
miktub tal-Kunsill, jew tal-persuna li jingħatalha
permess biex tqiegħdhom kif stipulat skond l-
ordinament 3, skond il-każ; jew
4.3 wara li tuża l-iskip jew il-bin on wheels tħalli l-għatu
miftuħ jew imbexxaq; jew tiddepożita skart b’mod li
l-għatu ma jkunx jista’ jingħalaq sewwa jew jibqa’
mbexxaq; jew
4.4 tuża l-iskip jew il-bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx dak maħsub għalih; jew jew tiddepożita skart li
l-iskip jew bin on wheels, skond il-każ, ma jkunx
maħsub għalih; jew
4.5 tiddepożita żibel jew skart barra jew maġenb l-iskip
jew il-bin on wheels; jew
4.6 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew il-bin on wheels minn
fejn tkun imqiegħda mill-Kunsill jew minn dil il-
persuna awtorizzata mill-Kunsill, mingħajr l-awtorità
bil-miktub mill-Kunsill; jew
4.7 tiddepożita skart jew żibel domestiku fi skip jew bin
on wheels li mhux provduti mill-Kunsill iżda li jkunu
qed jiġu wżati minn xi persuna li tingħatalha permess
mill-Kunsill skond dawn il-Bye-Laws; jew
4.8 tiddepożita xi skart jew żibel fi skip jew bin on
wheels li ma jkunx f’borża magħluqa ta’ xorta u
materjal approvat mill-Kunsill; jew
4.9 tiddepożita xi skart jew żibel fi skip jew bin on
wheels differenti minn dak li l-Kunsill ikun ta l-
awtorità  bil-miktub lill-istess persuna biex
tiddepożita l-iskart jew żibel fih; jew
4.10 tiddepożita żibel jew skart kemm ta’ xorta
kummerċjali u/jew industrijali kif ukoll ta’ xorta
domestika , liema skart jew żibel ma jkunx
provenjenti mil-lokalità  tal-Mellieħa.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
5.1 Kull persuna li tagħmel jew tmexxi xogħol, għal kollox jew
f’parti, ta’ natura kummerċjali u/jew industrijali fil-konfini tal-
lokalità  tal-Mellieħa u li xogħlha jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji
ta’ stabbilimenti mniżżla taħt il-Kolonna 1 ta’ l-Iskeda B, għandha
tirreġistra mal-Kunsill sabiex ikollha l-awtorità  tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali fl-iskips provduti mill-Kunsill fil-
konfini tal-lokalità  ta-Mellieħa.
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.39 3
5.2 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 5.1, kull
persuna indikata fil-Kategorija Nru. 1 fl-Iskeda B tista’ tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali f’bin on wheels.
5.3 Għal kull reġistrazzjoni taħt l-ordinament 5.1 għandu
jitħallas lill-Kunsill dritt kif muri fil-kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
5.4 Il-Kunsill jista’ għal raġunijiet validi mogħtija bil-miktub,
jiċħad li jirreġistra persuna skond l-ordinament 5.1.
5.5 L-applikant jista’ jibda jagħmel użu mill-iskip jew bin on
wheels biss wara l-applikazzjoni tiegħu tiġi approvata mill-Kunsill
u wara li jkun rċieva l-istess approvazzjoni bil-miktub. Jekk l-
applikant jagħmel użu ta’ skip jew bin on wheels qabel ma jirċievi
din l-approvazzjoni, ikun ħati ta’ kontravvenzjoni.
Reati u pieni.
6.3, kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 4 għandha titqies li tkun wettqet
kontravvenzjoni u, meta tinsab ħatja, tista’ teħel, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
6.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
6.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
6.2 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinamenti 3 u 5.5,
persuna teħel meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira (Lm30).
6.3 F’każ ta’ reat kontinwat persuna teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda oħra ta’ ħames liri (Lm5) għal kull jum li matulu jkompli
r-reat.
6.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jħarrek għal danni ċivili li jkunu saru bl-
għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
Tmiem jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
9. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorità  mogħtija u/jew
iħassar reġistrazzjoni magħmula skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun
sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-kondizzjonijiet li
taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  jew saret ir-
reġistrazzjoni ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li
dik l-awtorità  tiġi revokata jew li dik ir-reġistrazzjoni tiġi mħassra.
F’dan il-każ il-Kunsill ma jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li
jkun diġà  tħallas taħt l-Iskeda B.
4 L.S.363.39 ħ
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA)
SKEDA A
(Ordinament 3.2)
KUNSILL LOKALI MELLIEĦA
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 3 tal-Bye-Laws dwar Skips u
Bins on Wheels (Kunsill Lokali Mellieħa), il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qiegħed
b’dan jawtorizza lil .......................... li joqgħod .......................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru. tal VAT ................. Nru tat-
telefon/fax ................. biex iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini
tal-lokalità  tal-Mellieħa bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
bil-miktub mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra minn fuqha jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill
mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on wheels dawk
il-marki li jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kunsill bil-miktub.
4. L-iskip/bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill,
fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn tiġi l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali Mellieħa) għandhom japplikaw għal
kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-lokalità  tal-Mellieħa.
7. Il-persuna awtorizzata għandha f’kull żmien tieħu dawk il-miżuri kollha
possibbli sabiex fl-użu ta’ l-iskip/bin on wheels jiġi mħares l-ambjent u
għall-protezzjoni taċ-ċittadin.
8. F’kull żmien matul it-terminu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun aċċettabbli
għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex tindennizza lill-
Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew b’konsegwenza
jew in konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-skips/bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax din l-awtorizzazzjoni qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-
perijodu ta’ ............................ li jibda għaddej minn .................................. .
10. Din l-awtorizzazzjoni qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI MELLIEĦA) ġ L.S.363.39 5
SKEDA B
(Ordinament 5.1)
KATEGORIJI TA’ STABBILIMENTI U DRITTIJIET
Kolonna 1 Kolonna 2
KATEGORIJI DRITTIJIET GĦALL-UŻU
TA’ SKIPS
Kategorija Nru. 1
Bars, snack bars, każini, istituzzjonijiet u
organizzazjonijiet oħra, ċentri sportivi,
grocers, fran, butchers, spiżeriji, hairdressers,
salons, bazaars, stationeries, confectioneries,
ħajjata, pet-shops, ħwienet li jbiegħu il-fjuri u
l-pjanti, ħwienet tal-ħwejjeġ, uffiċini, kliniċi,
swali, ħwienet oħra kummerċjali u knejjes,
ħwienet ta’ l-antikità , ironmongers,
mastrudaxxi, ħwienet tal-household
appliances, min jaħdem l-aluminium u
bejjiegħa tal-qubbajt.
L-ebda ħlas.
Reġistrazzjoni mal-Kunsill
biss.
Kategorija Nru. 2
Mobile kiosks u bejjiegħa ta’ fast foods, li
jeħtieġu liċenza temporanja tal-pulizija biex
joperaw waqt jiem ta’ festa fil-lokalità .
Ħlas ta’ Lm 10 għaż-żmien
tal-liċenza
Kategorija Nru. 3
Ristoranti, guest houses, skejjel, djar ta’
anzjani, banek, showrooms, green grocers u
bejjiegħa fit-toroq.
Ħlas ta’ Lm 50 fis-sena
Kategorija Nru. 4
Mechanics, tellara, sprayers, tyre services,
petrol stations, ħaddieda.
Ħlas ta’ Lm 100 fis-sena
Kategorija Nru. 5
Lukandi, holiday complexes, stabbilimenti
industrijali li jinkludu intrapriżi jew
koperattivi u intrapriżi oħrajn, dipartimenti tal-
gvern u korpi parastatali jew korporazzjonijiet,
iżda li m’humiex barrieri, jew siti ta’
kostruzzjoni.
Ħlas ta’ Lm 600 fis-sena
Kategorija Nru. 6
Stabbilimenti industrijali oħra li ma jaqgħux
taħt ebda waħda mill-kategoriji l-oħra murija
f’din l-Iskeda ħlief dawk diġà  inklużi fil-
kategorija Nru. 5.
Ħlas ta’ Lm 400 fis-sena
