SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA) ġ L.S.363.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.40
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI SLIEMA)
28 ta’ Jannar, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 59/19/99.
Titolu.
(Kunsill Lokali Sliema).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill
skond kif provdut fl-ordinament 4.1;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Sliema;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li tingħatalha
awtorizzazzjoni mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
ordinament 4.1;
"skart industrijali" tfisser kull skart goff mormi minn workshops,
fabbriki jew minn kuntratturi fuq xogħol ta’ kostruzzjoni, iżda ma
tinkludix skart domestiku u/jew kummerċjali;
"skart kummerċjali" tfisser kull xorta ta’ skart mormi minn
ħwienet, ristoranti, intrapriżi, organizzazzjonijiet, lukandi u
stabbilimenti oħra li joperaw fil-kummerċ, iżda ma tinkludix skart
domestiku u/jew industrijali;
"skip" tfisser kull xorta ta’ reċipjent magħluq jew miftuħ, kemm
fuq ir-roti kif ukoll bla roti, kemm tal-metall kif ukoll ta’ xi
materjal ieħor, li jintuża għal skop ta’ rimi ta’ skart domestiku,
kummerċjali jew industrijali;
"żibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti u djar residenzjali, iżda ma
tinkludix skart kummerċjali u/jew industrijali.
Skips użati għal 
rimi ta’ skart 
kummerċjali u/jew 
industrijali.
3.1.1 L-iskips li jintużaw għal rimi ta’ skart kummerċjali u/jew
industrijali għandhom f’kull waqt jinżammu fil-konfini tal-
proprjetà  li minnha jkun qed isir ir-rimi. Dawn jistgħu jinħarġu biss
fil-ħin li jkunu ser jitbattlu.
3.1.2 Ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni mill-Kunsill sabiex
skip għal rimi ta’ skart kummerċjali jew industrijali titpoġġa f’xi
post pubbliku.
Ebda persuna, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, ma
għandha s-setgħa li tqiegħed skip jew bin on wheels f’xi post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  tal-Mellieħa.
Reati u pieni.
kummerċjali u/jew industrijali minn kull post pubbliku, u jekk il-
proprjetarju ta’ l-intrapriża kummerċjali u/jew industrijali jonqos li
jagħmel kif jiġi ordnat mill-Kunsill, dan għandu jitqies li jkun
wettaq kontravvenzjoni u jeħel, meta jinsab ħati, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
2 L.S.363.40 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA)
3.2.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira (Lm20), u
3.2.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
Awtorizzazzjoni 
sabiex jintużaw 
skips għal rimi ta’ 
skart domestiku.
4.1 Kull persuna li trid tuża skip għal rimi ta’ skart li jkun ġej
minn xogħol ta’ rikostruzzjoni fi proprjetà  domestika għandha
tapplika għall-awtorizzazzjoni mill-Kunsill.
4.2 L-applikazzjoni għandha ssie fuq il-formula li tinsab fl-
Iskeda A.
4.3 Kull awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill hi valida għal
perijodu ta’ sebat ijiem li jibdew għaddejin mid-data indikata fl-
applikazzjoni.
4.4 Jekk l-applikant ikun irid juża l-iskip għal perijodu ta;
aktar minn sebat ijiem, ikun meħtieġ li jerġa’ japplika mill-ġdid
kull meta l-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni jiskadi.
4.5 Ma’ kull applikazzjoni għandu jitħallas dritt ta’ għaxar liri
(Lm10) għal kull skip.
4.6 Il-persuna awtotizzata trid taderixxi mal-kondizzjonijiet
stabbiliti fl-Iskeda B u ma’ kull kondizzjoni oħra li l-Kunsill
jiddeċiedi li jkunu xierqa fiċ-ċirkostanzi.
4.7 Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorizzazzjoni mogħtija
minnu skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun sodisfatt li xi waħda
mill-kondizzjonijiet li taħthom tkun ingħata l-awtorizzazzjoni ma
tkunx qegħda tiġi mħarsa mill-persuna awtorizzata, jew jekk ikun
hemm tibdil sostanzjali fiċ-ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill
joħolqu l-ħtieġa li dik l-awtorizzazzjoni tiġi revokata.
4.8 Jekk l-awtorizzazzjoni tiġi revokata mill-Kunsill skond kif
provdut fis-subartikolu ta’ qabel dan, il-Kunsill ma jkunx obbligat
li jħallas lura d-dritt li jkun tħallas ma’ l-applikazzjoni.
Disposizzjonijiet 
ma japplikawx 
għal skips użati fit-
twettieq tal-
funzjonijiet tal-
Kunsill.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws ma japplikawx
għal skips użati minn kuntratturi tal-Kunsill fit-twettieq tas-servizz
bħala parti mill-funzjonijiet statutorji tal-Kunsill.
SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA) ġ L.S.363.40 3
SKEDA A
(Ordinament 4.2)
Applikazzjoni għall-użu ta’ Skip għal Rimi ta’ Skart Domestiku
(Kunsill Lokali Sliema)
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identità : ........................ Nru. tat-Telefon:
...............................
Indirizz ta’ l-Applikant: ........................................................................................
........................................................................................
Indirizz tal-proprjetà
fejn qed isir ix-xogħol: ..........................................................................................
Perijodu li għalih tintalab
l-awtorizzazzjoni: Minn .............................. Sa ............................
...............................................................
Firma ta’ l-ApplikantData
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Għall-Użu Uffiċjali
Nru. ta’ l-Applikazzjoni: ......................
Dritt imħasllas: ......................................... Riċevuta Nru.: ....................................
AWTORIZZAT / MHUX AWTORIZZAT (ħassar kif meħtieġ)
Din l-awtorizzazzjoni hi valida sa ................................................
.....................................................................
Firma tas-Segretarju tal-Kunsill Data
Timbru tal-Kunsill
Nota:Din l-awtorizzazzjoni hi soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-
Bye-Laws kif ukoll għal dawk il-kondizzjonijiet li l-Kunsill jista’ jidhirlu
xierqa u li jingħataw lill-persuna awtorizzata ma’ l-awtorizzazzjoni.
 
4 L.S.363.40 ħ SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA)
SKEDA B
(Ordinament 4.6)
Kondizzjonijiet għall-Użu ta’ Skips Awtorizzati
1. L-iskip għandha tiġi mqiegħda quddiem il-proprjetà  li minnha jkun ser isir
ir-rimi ta’ skart domestiku, jew kif indikat mis-Segretarju tal-Kunsill.
2. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip titbattal hekk kif timtela.
3. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li fl-użu ta’ l-iskip jiġi mħares l-
ambjent, partikolarment billi l-area ta’ madwar l-iskip tinżamm nadifa u ma
jitpoġġiex materjal li jinten fl-iskip.
4. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li fl-użu ta’ l-iskip ma ssirx ħsara fil-
proprjetà  jew fuq il-persuna ta’ terzi persuni.
5. L-awtorizzazzjoni hi bla ħsara għal kull permess, awtorizzazzjoni jew
liċenza oħra li tkun meħtieġa mill-applikant taħt xi liġi oħra.
6. L-awtorizzazzjoni hi valida għal perijodu ta’ sebat ijiem kif indikat fl-
awtorizzazzjoni.
7. Dawn il-kondizzjonijiet huma bla ħsara għal xi kondizzjonijiet oħra li l-
Kunsill jista’ jidhirlu li għandu jagħmel fiċ-ċirkostanzi. Dawn il-
kondizzjonijiet (inklużi l-kondizzjonijiet addizzjonali magħmula mill-
Kunsill) għandhom jingħataw lill-persuna awtorizzata flimkien ma’ l-
awtorizzazzjoni.
