DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.41
ORDNI DWAR ID-DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI
25 ta’ Frar, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avviżi Legali 38, 44, 45,
84, 88, 94, 114, 120, 133, 196, 227 u 256 ta’ l-2000, 20 u 294 ta’ l-2001,
137, 296, 315 u 326 ta’ l-2002, 210 ta’ l-2003 u 45 ta’ l-2004.
Titolu.
Infurzar mill-Kunsilli Lokali.
Funzjonijiet 
delelgati.
Emendat:
A.L. 20 ta’ l-2001.
Kap. 363.
2. (1) Skond l-artikolu 33(1)(n) ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att") l-infurzar ta’ -
(a) Bye-Laws magħmulin, jew li jistgħu minn żmien għal
żmien isiru, minn kull Kunsill Lokali taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 34(1) ta’ l-Att,
Kap. 291.
(b) kontravvenzjonijiet dwar dawk ir-reati li jinsabu
elenkati fl-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, li
jidhru taħt l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Ordni,
ikunu funzjoni li qegħda b’dan tiġi delegata lil kull Kunsill Lokali
għar-rigward ta’ kontravvenzjonijiet li jsiru fil-lokalità  relattiva
jew lill-Kumitat Konġunt għar-rigward ta’ kontravvenzjonijiet li
jsiru f’xi lokalità  li taqa’ taħt ir-responsabbilà  tiegħu skond dan l-
Ordni.
(2) Dik id-delega hawn aktar qabel imsemmija għandha sseħħ
għar-rigward ta’ kull Kunsill Lokali sa mid-data murija għar-
rigward ta’ dak il-Kunsill Lokali jew Kumitat Konġunt fit-Tieni
Skeda:
Iżda meta jiġi indikat li dik id-data effettiva tkun għad trid
tiġi stabbilita, dik id-data għandha tiġi stabbilita b’Ordni tal-
Ministru.
Responsabbiltà 
għal toroq arterji u 
distributorji eċċ.
Emendat:
A.L. 20 ta’ l-2001.
3. Skond l-artikolu 33(2) ta’ l-Att, ir-responsabbiltà  għal
toroq arterji u distributorji u l-partiti murija fit-Tielet Skeda qegħda
tiġi delegata lil Kunsilli Lokali jew Kumitat Konġunt, unikament
għall-għanijiet ta’ infurzar kif provdut fl-artikolu 2(1) ta’ dan l-
Ordni.
Applikabilità  ta’ l-
artikolu 36 ta’ l-
Att.
Kap. 291.
4. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), l-
artikolu 36(2), (3), (4) u (5) ta’ l-Att għandu, b’żieda mal-Bye-
Laws, ikun japplika dwar dawk ir-reati elenkati fl-Iskeda li tinsab
ma’ l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja, li hemm murija taħt
l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dan l-Ordni.
(2) Għall-għanijiet ta’ l-artikolu 36(3) ta’ l-Att, il-Kummissarji
għall-Ġustizzja għandhom, b’seħħ mis-17 ta’ April, 2000,
joqogħdu fit-Tribunali Lokali hekk imsemmija skond l-artikolu
4(11) ta’ l-Att dwar il-Kummissarju għall-Ġustizzja.
2 L.S.363.41 ħ
DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI
Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (A.L. 128 ta’ l-1994)
Regolamenti 18, 21, 24, 25, 28 sa 32, 34, 35, 37, 44, 47, 59, 61, 65, 67 sa 103, 105
sa 109, 110(1), 110(2), 110(3), 114 sa 118, 123, 125, 126, 128, 131, 139(1),
139(2), 139(3), 144, 146, 147, 149 sa 151, 154, 156, 158, 162, 163, 170, 176, 178,
195, 197, 228, 229, 235, 237 u 242.
Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10)
Artikolu 38(1)(a), (b), (d), (j), (k), 51 u 52.
Regolamenti dwar is-Sinjali tat-Traffiku u l-Marki tal-Karreġġata (A.L. 94 ta’ l-
1969)
Regolament 2
Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206)
Artikoli 3, 4 u 5
Att dwar l-Edukazzjoni (Kap. 327)
Artikolu 4(1)(b)
Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi tal-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi
Persuni (Kap. 104)
Artikolu 8(1)
Regolamenti dwar l-Użu ta’ Ċintorini tas-Sigurtà  fil-Vetturi bil-Mutur (A.L. 252
ta’ l-2003)
Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Klieb (A.L. 242 ta’ l-2000)
Regolamenti dwar Skemi ta’ Ipparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali)
(A.L. 293 ta’ l-2001)
Regolamenti dwar Attivitajiet li jinħtieġu Permess mill-Kunsilli Lokali (A.L. 119
ta’ l-2002)
Regolamenti dwar Liċenzi mill-Kunsilli Lokali għall-Ftuħ ta’ Wiċċ ta’ Triq (A.L.
313 ta’ l-2002)
L-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65)
It-Tieni Skeda, dwar Ipparkjar jew stennija jew waqfien f’postijiet ipprojbiti
Emendata:
A.L. 256 ta’ l-2000;
A.L. 294 ta’ l-2001;
A.L. 137 ta’ l-2002;
A.L. 315 ta’ l-2002;
A.L. 45 ta’ l-2004.
L-EWWEL SKEDA
(Artikolu 2(1)(b))
Reati elenkati fl-Iskeda li tinsab ma’ l-Att dwar 
il-Kummissarji għall-Ġustizzja, li l-infurzar 
tagħhom qed jiġi delegat lill-Kunsilli Lokali
DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.41 3
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 38 ta’ l-2000;
A.L. 44 ta’ l-2000;
A.L. 45 ta’ l-2000;
A.L. 84 ta’ l-2000;
A.L. 88 ta’ l-2000;
A.L. 94 ta’ l-2000;
A.L. 114 ta’ l-2000;
A.L. 133 ta’ l-2000;
A.L. 196 ta’ l-2000;
A.L. 227 ta’ l-2000;
A.L. 20 ta’ l-2001;
A.L. 296 ta’ l-2002;
A.L. 326 ta’ l-2002;
A.L. 210 ta’ l-2003.
(Artikolu 2(2))
TAQSIMA I
Kunsill Lokali Data tad-delega effettiva
Pembroke, Sliema, Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann 25 ta’ Frar, 2000
Għargħur, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar u San
Pawl il-Baħar 18 ta’ Marzu, 2000
Gżira, Ħamrun, Msida, Pietà  u Ta’ Xbiex 12 ta’ Mejju, 2000
Attard, Balzan, Birkirkara, Dingli, Iklin, Lija, Mdina,
Rabat (Malta) u Santa Venera
8 ta’ Marzu, 2000
Dingli b’effett mill-
ġdid mill-1 ta’
Novembru, 2002
Għaxaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċija,
Tarxien u Żejtun 23 ta’ Mejju, 2000
Floriana 17 ta’ Ġunju, 2003
Marsa Għad irid jiġi stabbilit
Valletta 4 ta’ Lulju, 2000
Qormi, Siġġiewi u Żebbuġ (Malta) 24 ta’ Mejju, 2000
Kirkop, Luqa, Mqabba, Qrendi, Safi u Żurrieq 27 ta’ Ġunju, 2000
Birżebbuġa Għad irid jiġi stabbilit
Rabat (Għawdex), Fontana, Għajnsielem, Għarb,
Għasri, Kerċem, Munxar, Nadur, Qala, Sannat,
Xewkija u Żebbuġ (Għawdex) 2 ta’ Ġunju, 2000
San Lawrenz 4 ta’ Lulju, 2000
Xagħra 29 ta’ Settembru, 2000
Birgu, Bormla, Fgura, Kalkara, Marsaskala u Żabbar 28 ta’ Lulju, 2000
Isla 4 ta’ Novembru, 2000
Xgħajra 17 ta’ Lulju, 2003
TAQSIMA II
Kumitat Konġunt Data tad-delega effettiva
Kumitat Konġunt tal-Kunsilli Lokali ta’ Attard,
Balzan, Birkirkara, Iklin, Lija, Mdina, Rabat u Santa
Venera għar-rigward tal-lokalità  ta’ Mtarfa 1 ta’ Novembru, 2002
4 L.S.363.41 ħ
DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI
IT-TIELET SKEDA
(Artikolu 3)
Ħwejjeġ inklużi taħt ir-responsabbiltà  tal-Kunsilli Lokali
unikament għall-għanijiet ta’ infurzar
Oqsma Industrijali:
Qasam Industrijali Attard Limiti ta’ Attard
Qasam Industrijali Bulebel Limiti taż-Żejtun
Qasam Industrijali Ħal Far Limiti ta’ Birżebbuġa
Qasam Industrijali Kordin Limiti ta’ Paola
Qasam Industrijali Luqa Limiti ta’ Luqa
Qasam Industrijali Marsa Limiti tal-Marsa
Qasam Industrijali Ricasoli Limiti tal-Kalkara
Qasam Industrijali San Ġwann Limiti ta’ San Ġwann
Qasam Industrijali Xewkija Limiti tax-Xewkija
Villaġġ tas-Snajja’ Għawdex Limiti ta’ l-Għarb
Villaġġ tas-Snajja’ Ta’ Qali Limiti ta’ Attard
L-Ajruport Limiti ta’ Luqa Limitament għal arei fuq barra
b’aċċess pubbliku li mhumiex
arei jew żoni ta’ sigurtà .
Bus Terminus Valletta
Bus Terminus Rabat, Għawdex
Il-Portijiet kollha elenkati fl-
Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-
Att dwar l-Awtorità  Marittima
ta’ Malta.
Limitament għall-area ta’ l-art li
tagħmel parti minn port.
Ċentri Soċjali u tas-Saħħa:
Università  ta’ Malta Msida Limitament għal arei ta’ parkeġġ
b’aċċess pubbliku fil-limiti li
jista’ jsir ftehim dwarhom ma’ l-
Università .
Sptar San Luqa Pietà Limitament għal arei fuq barra
b’aċċess pubbliku matul is-
sigħat uffiċjali ta’ dħul għall-
pubbliku.
Radam Magħtab Limiti tan-Naxxar
Radam Wied Fulija Limiti taż-Żurrieq
Radam Qortin Xagħra
Bini Ministerjali tal-Gvern
(ex-Beltissebħ)
Floriana Limitament għal arei fuq barra b
aċċess pubbliku.
Kumpless Sportiv tal-Marsa Limiti tal-Marsa
Kumpless Sportiv Akwatiku,
Marsalforn
Żebbuġ, Għawdex
Stadium Nazzjonali tal-
Football, Ta’ Qali
Limiti ta’ Attard Limitament għal arei ta’ parkeġġ
b’aċċess pubbliku fuq barra
madwar l-istadium u li jagħmlu
parti mill-kumpless.
Ċimiterji:
DELEGA TA’ INFURZAR
MILL-KUNSILLI LOKALI ġ L.S.363.41 5
Ċimiterju ta’ l-Addolorata Limiti ta’ Paola Limitament għal arei ta’ parkeġġ
b'aċċess pubbliku madwar iċ-
Ċimiterju u li jagħmlu parti miċ-
Ċimiterju.
Parki u Mkejjen ta’ Wirt
Nazzjonali:
(Fortijiet u fortifikazzjonijiet jinkludu fosos, glasis u dawk il-partijiet tal-fortijiet jew
fortifikazzjonijiet, li għalkemm ma jidhrux, xorta huma parti minnhom)
Buskett Limiti tas-Siġġiewi
Ta’ Qali Limiti ta’ Attard
Simar San Pawl il-Baħar
Manoel Island
Is-Swar tal-Birgu
Is-Swar ta’ Bormla
Is-Swar taċ-Ċittadella Rabat, Għawdex
Is-Swar tal-Furjana
Is-Swar ta’ l-Imdina
Is-Swar ta’ l-Isla
Is-Swar tal-Belt Valletta
Il-Linji tal-Kottonera
Il-Linji tal-Vittorja
Bieb il-Belt Valletta
Bieb il-Bombi Floriana
L-Akwadott ta’ Wignacourt u
l-Fontana
Is-siti arkeoloġiċi kollha
reġistrati mad-Dipartiment
tal-Mużewijiet.
Limitament għal arei ta’ parkeġġ
madwar siti bħal dawk li jagħmlu
parti mis-siti.
Ġonna u Monumenti:
L-Arena ta’ l-Indipendenza Floriana
Il-Mall Floriana
Il-Ġonna tal-Barrakka t’Isfel Valletta
Il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq Valletta
Il-Ġonna Botaniċi ta’ l-
Argotti
Floriana
Rundle Gardens Rabat, Għawdex
Il-Ġonna tal-Palazz ta’ San
Anton
Attard Limitament għal arei ta’ aċċess
pubbliku.
Il-Ġonna tal-Palazz Verdala Siġġiewi Limitament għal arei ta’ aċċess
pubbliku.
Toroq:
It-toroq arterji u distributorji kollha stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura.
