 REKLAMI FUQ L-INTERNET U ABBONAMENT 
FL-INTERNET (KUNSILL LOKALI XAGĦRA) ġ L.S.363.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.44
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ L-INTERNET
U ABBONAMENT FL-INTERNET
(KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
7 ta’ Mejju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 63/1/2000.
Titolu.
fuq l-Internet u Abbonament fl-Internet (Kunsill Lokali Xagħra).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Xagħra;
"persuna" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
biex tqabbad mal-Web-page tal-Kunsill skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-ordinament 3.2;
"reklam" tinkludi promozzjoni kummerċjali jew mhux
kummerċjali;
"Web-page" tfisser aċċess ta' informazzjoni fuq sistema u
database permezz ta’ Internet, deskritt bhala l-World Wide Web
(WWV), liema Web-page tista’ tkun reklamata fuq dawk li jissejħu
Web Search Engines.
2.2 F’dawn il-Bye-Laws, kull espressjoni li dwarha hemm
tifsira fl-Att, ikollha l-istess tifsira kif mogħtija fl-Att.
Web-page uffiċjali 
tal-Kunsill.
3.1 Il-Kunsill għandu jkollu Web-page fuq l-Internet li
għandha tinkludi l-informazzjoni fuq il-Kunsill u l-lokalità  li l-
Kunsill jagħżel li jinkludi.
3.2 Ghandu jkun hemm Web-page uffiċjali waħda dedikata
esklużivament lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra:
Iżda l-Kunsill jista’ jawtorizza persuna biex tinkludi jew
tqabbad dik il-Web-page ma’ jew fuq xi Web-page oħra, sew bi ħlas
sew mingħajr ħlas skond kif jiddeċiedi l-Kunsill.
Awtorizzazzjoni 
bil-miktub.
3.3 L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ordinament 3.2 għandha
tingħata mill-Kunsill bil-miktub.
Penali.
ordinamenti 3.2 u 3.3 teħel ammenda ta’ għoxrin lira (Lm20)
flimkien ma’ lira (Lm1) għal kull jum li matulu l-Web-page tal-
Kunsill tkun aċċessibbli fuq il-Web-page ta’ dik il-persuna ħatja
mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub.
Awtorizzazzjoni 
għar-reklamar fuq 
il-Web-page tal-
Kunsill.
4.1 Il-Kunsill jista’ jikkuntratta, skond ir-regolamenti u
proċeduri li japplikaw skond l-Att, ma’ entitajiet sew kummerċjali
sew mhux kummerċjali biex dawk l-entitajiet jirreklamaw bi ħlas
fuq il-Web-page tal-Kunsill.
4.2 Il-kuntratt imsemmi fl-ordinament 4.1 ikun validu għal
perijodu ta’ sena li jista’ jiġi mġedded għal perijodu ieħor ta’ sena.
2 L.S.363.44 ħ
 REKLAMI FUQ L-INTERNET U ABBONAMENT 
FL-INTERNET (KUNSILL LOKALI XAGĦRA)
Il-Kunsill jirriserva d-dritt li jirrifjuta li jġedded il-kuntratt u jekk
dan it-tiġdid jiġi miċħud, għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu bil-
miktub għal dak iċ-ċħid lill-persuna konċernata.
Rati ta’ 
abbonament.
5. Il-Kunsill qed jintroduċi skema ta’ sħubija fl-Internet ta’
Lm5 fis-sena u għoti tas-servizz bi prezz ta’ għoxrin ċenteżmu għal
kull perijodu ta’ ħmistax-il minuta. Min ma jħallasx sħubija
jingħata s-servizz bi prezz ta’ 40 ċenteżmu għall-perijodu ta’
ħmistax-il minuta.
