SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.48 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.48
BYE-LAWS DWAR SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
14 ta’ Mejju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 67/5/2000.
Titolu.
Bins on Wheels (Kunsill Lokali Żurrieq).
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra:
Kap. 363.
"bin on wheels" tfisser reċipjent fuq roti li jingħalaq b’għatu,
provdut mill-Kunsill jew taħt awtorità  tiegħu u mqiegħed f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  taż-Żurrieq, għar-rimi ta’ skart
domestiku, iżda ma jinkludix skip;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Żurrieq;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li jkollha permess jew
ir-rappreżentant tagħha u kull resident ta’ xi triq jew parti minnha li
tkun biss il-persuna awtorizzata skond l-ordinament 3.1;
"skart jew żibel domestiku" tfisser kull skart li m’huwiex skart
jew żibel kummerċjali u/jew industrijali, iżda skart tad-dar mormi
minn postijiet ta’ abitazzjoni magħduda appartamenti u djar
residenzjali;
"skart jew żibel kummerċjali u/jew industrijali" tfisser kull xorta
ta’ skart li mhux domestiku u li jkun mormi minn ħwienet, fabbriki,
intrapriżi, soċjetajiet u entitajiet oħra li joperaw fil-kummerċ u fl-
industrija u tinkludi kull xorta ta’ skart goff in ġenerali, iżda ma
tinkludix żibel jew skart domestiku;
"skip" tfisser reċipjent magħluq jew miftuħ provdut mill-Kunsill,
jew mqiegħed minn xi persuna bl-awtorità  tal-Kunsill f’post
pubbliku fil-konfini tal-lokalità  taż-Żurrieq u tinkludi kull reċipjent
ieħor ta’ din ix-xorta maħsub biex jintuża mill-pubbliku għad-
depożitu ta’ skart kummerċjali u/jew industrijali, iżda f’kull każ
ma’ tinkludix bin on wheels.
Tqegħid ta’ bins on 
wheels u skips.
3.1 Ebda persuna, għaqda, organizzazzjoni, awtorità  jew
intrapriża oħra mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, ma għandha
s-setgħa li tqiegħed skip jew bin on wheels f’xi post pubbliku fil-
konfini tal-lokalità  ta’ Żurrieq.
3.2 Il-Kunsill jista’, madankollu jawtorizza bil-miktub lil xi
persuna biex tqiegħed skip u/jew bin on wheels matul kull żmien u
f’dak il-post u b’dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu
jkunu stipulati fil-permess bil-miktub tal-Kunsill, muri fl-Iskeda A.
3.3 Għandu jitħallas lill-Kunsill, meta tinħareġ
awtorizzazzjoni taħt dan l-artikolu -
3.3.1 fil-każ ta’ skip, dritt ta’ ħamsin ċenteżmu kull jum
għal kull skip;
2 L.S.363.48 ħ
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
3.3.2 fil-każ ta’ bin on wheels, dritt ta’ għaxar ċenteżmi
kull jum għal kull bin.
3.4 Kull persuna li tikser xi disposizzjoni ta’ dan l-ordinament,
jew li tonqos milli tħares xi waħda mill-kondizzjonijiet stipulati fl-
awtorizzazzjoni bil-miktub tkun ħatja ta’ kontravvenzjoni.
Użu ħażin ta’ bins 
on wheels.
4.1 Persuna tista’ tinsab ħatja ta’ kontravvenzjoni jekk:
4.2 tagħmel xi ħsara lil xi skip jew bin on wheels jew
tħassar xi marki stampati jew imwaħħlin magħhom;
jew tħażżeż jew tagħmel xi marki ta’ kull xorta ma’
xi skip jew bin on wheels mingħajr il-kunsens bil-
miktub tal-Kunsill, jew tal-persuna li tingħatalha
permess biex tqegħdhom kif stipulat taħt l-
ordinament 3, skond il-każ; jew
4.3 wara li tuża l-iskip jew il-bin on wheels tħalli l-għatu
tagħha miftuħ jew imbexxaq; jew tiddepożita skart
b’mod li l-għatu ma jkunx jista’ jingħalaq sewwa jew
jibqa’ mbexxaq; jew
4.4 tuża l-iskip jew il-bin on wheels għal xi għan li ma
jkunx maħsub għalih kif deskritt fl-ordinament 4.2;
jew tiddepożita skart li l-iskip jew bin on wheels,
skond il-każ, ma jkunx maħsub għalih; jew
4.5 tiddepożita żibel jew skart barra jew ma ġenb l-iskip
jew bin on wheels; jew
4.6 tneħħi jew iċċaqlaq l-iskip jew il-bin on wheels minn
fejn tkun imqiegħda mill-Kunsill fl-ispazju mmarkat
b’sinjal ta’ żebgħa fl-art li jkollu l-kliem "SKIP", jew
minn dik il-persuna awtorizzata mill-Kunsill,
mingħajr l-awtorità  bil-miktub mill-Kunsill; jew
4.7 tiddepożita skart jew żibel domestiku fi skip jew bin
on wheels li mhux provduti mill-Kunsill iżda li jkunu
qed jiġu wżati minn xi persuna li tingħatalha permess
mill-Kunsill skond dawn il-Bye-Laws; jew
4.8 tiddepożita xi skart jew żibel fi skip jew bin on
wheels li ma jkunx f’borża magħluqa ta’ xorta u
materjal approvat mill-Kunsill; jew
4.9 tiddepożita xi skart jew żibel fi skip jew bin on
wheels differenti minn dak il-Kunsill ikun ta l-
awtorità  bil-miktub lill-istess persuna biex
tiddepożita l-iskart jew żibel fih; jew
4.10 tiddepożita żibel jew skart kemm ta’ xorta
kummerċjali u/jew industrijali kif ukoll ta’ xorta
domestika, liema skart jew żibel ma jkunx
provenjenti mil-lokalità  taż-Żurrieq.
Reġistrazzjoni ta’ 
stabbilimenti 
kummerċjali u 
industrijali.
5.1 Kull persuna li tagħmel jew tmexxi xogħol għal kollox jew
f’parti ta’ natura kummerċjali u/jew industrijali fil-konfini tal-
lokalità  taż-Żurrieq u li xogħlha jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji ta’
stabbilimenti mniżżla taħt il-Kolonna 1 ta’ l-Iskeda B, għandha
tirreġistra mal-Kunsill sabiex ikollha l-awtorità  tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali fl-iskips provduti mill-Kunsill fil-
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.48 3
konfini tal-lokalità  taż-Żurrieq.
5.2 Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 5.1, kull
persuna indikata fil-Kategorija Nru. 1 fl-Iskeda B tista’ tarmi skart
kummerċjali u/jew industrijali f’bin on wheels.
5.3 Għal kull reġistrazzjoni taħt l-ordinament 5.1 għandu
jitħallas lill-Kunsill dritt kif muri fil-kolonna 2 ta’ l-Iskeda B.
5.4 Il-Kunsill jista’, għal raġunijiet validi mogħtija bil-miktub,
jiċħad li jirreġistra persuna skond l-ordinament 5.1.
5.5 L-applikant jista’ jibda jagħmel użu mill-iskip jew bin on
wheels biss wara l-applikazzjoni tiegħu tiġi approvata mill-Kunsill
u wara li jkun irċieva l-istess approvazzjoni bil-miktub. Jekk l-
applikant jagħmel użu ta’ l-iskip jew bin on wheels qabel ma
jirċievi din l-approvazzjoni, ikun ħati ta' kontravvenzjoni.
Reati u pieni.
kull persuna li tikser jew li tonqos li tħares xi waħda mid-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 4 għandha titqies li tkun wettqet
kontravvenzjoni u, meta tinsab ħatja, tista’ teħel, sakemm ma tkunx
applikabbli piena ogħla taħt xi liġi oħra -
6.1.1 għall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ għoxrin
lira, u
6.1.2 għat-tieni kontravvenzjoni jew għal kull
kontravvenzjoni oħra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira.
6.2 F’każ ta’ kontravvenzjoni taħt l-ordinamenti 3 u 5.5,
persuna teħel, meta tinsab ħatja, ammenda ta’ tletin lira.
6.3 F’każ ta’ reat kontinwat persuna teħel, meta tinsab ħatja,
ammenda oħra ta’ ħames liri għal kull jum li matulu jkompli r-reat.
6.4 L-għoti ta’ piena taħt dan l-ordinament ikun bla ħsara
għall-jedd tal-Kunsill li jħarrek għal danni ċivili li jkunu saru bl-
għemil ta’ xi kontravvenzjoni taħt dawn il-Bye-Laws.
Tmiem jew tħassir 
ta’ reġistrazzjoni.
7. Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorità  mogħtija u/jew
iħassar ir-reġistrazzjoni magħmula skond dawn il-Bye-Laws jekk
ikun sodisfatt li xi wieħed mill-pattijiet jew mill-kondizzjonijiet li
taħthom tkun ingħatat l-imsemmija awtorità  jew saret ir-
reġistrazzjoni, ma jkunx ġie mħares, jew jekk ikun hemm tibdil
sostanzjali f’ċirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill joħolqu l-ħtieġa li
dik l-awtorità  tiġi revokata jew li dik ir-reġistrazzjoni tiġi mħassra.
F’dan il-każ il-Kunsill ma jkunx meħtieġ li jħallas lura xi dritt li
jkun diġà  tħallas lill-Kunsill taħt l-Iskeda B.
4 L.S.363.48 ħ
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ)
SKEDA A
(Ordinament 3.2)
KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ
BIS-SAĦĦA tas-setgħat mogħtija bl-ordinament 3 tal-Bye-Laws dwar Skips u
Bins on Wheels (Kunsill Lokali Żurrieq), il-Kunsill Lokali Żurrieq qiegħed b’dan
jawtorizza lil ............................. li joqgħod ........................................................
Nru tal-Liċenza ...................... Nru tal-Karta ta’ l-Identità  ...................... ( ) isem ta’
intrapriża jew kumpannija ................................. Nru. tal VAT ................. Nru tat-
telefon/fax ................. biex iqiegħed ................. skip/s / bin/s on wheels fil-konfini
tal-lokalità  taż-Żurrieq bil-pattijiet u kondizzjonijiet li ġejjin:
1. L-iskip/bin on wheels għandha tkun ta’ kobor, tip u lewn kif jiġi approvat
bil-miktub mill-Kunsill.
2. Ebda marka m’għandha tkun stampata fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on
wheels jew tiġi mħassra minn fuqha jekk mhux bil-kunsens tal-Kunsill
mogħti bil-miktub.
3. Għandhom jiġu stampati fuq jew imwaħħla ma’ l-iskip/bin on wheels dawk
il-marki li jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kunsill bil-miktub.
4. L-iskip/bin on wheels għandha tiġi mqiegħda f’dak il-lok li jindika l-Kunsill,
fuq il-pjanta hawn mehmuża provduta mill-istess Kunsill.
5. Il-persuna awtorizzata għandha tiżgura li l-iskip/bin on wheels tiġi mbattla
kull ................ jew hekk kif timtela, liema mit-tnejn tiġi l-ewwel.
6. Il-Bye-Laws dwar Skips (Kunsill Lokali Żurrieq) għandhom japplikaw għal
kull skip/bin on wheels imqiegħda fil-lokalità  taż-Żurrieq.
7. Il-persuna awtorizzata għandha f’kull żmien tieħu dawk il-miżuri kollha
possibbli sabiex fl-użu ta’ l-iskip/bin on wheels jiġi mħares l-ambjent u
għall-protezzjoni taċ-ċittadin.
8. F’kull żmien matul it-terminu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-persuna
awtorizzata għandu jkollha polza tas-sigurtà  xierqa, li tkun aċċettabbli
għall-Kunsill, kontra r-riskju ta’ terzi persuni u sabiex tindennizza lill-
Kunsill f’każ ta’ talbiet ta’ terzi minn ħsarat li jkunu sofrew b’konsegwenza
jew in konnessjoni mat-tqegħid jew l-użu ta’ dawn l-skips/bins on wheels.
9. Kemm-il darba l-Kunsill ma jirrevokax din l-awtorizzazzjoni qabel iż-żmien
speċifikat minħabba inadempjenza tal-persuna awtorizzata ma’ xi waħda
mill-kondizzjonijiet fuq imsemmija, din l-awtorizzazzjoni tkun valida għall-
perijodu ta’ ............................ li jibda għaddej minn .................................. .
10. Din l-awtorizzazzjoni qiegħda tingħata mal-ħlas ta’ Lm ............. .
................................ ....................................
Sindku Segretarju
SKIPS U BINS ON WHEELS 
(KUNSILL LOKALI ŻURRIEQ) ġ L.S.363.48 5
SKEDA B
(Ordinament 5.1)
KATEGORIJI TA’ STABBILIMENTI U DRITTIJIET
Kolonna 1 Kolonna 2
KATEGORIJI DRITTIJIET GĦALL-UŻU
TA’ SKIPS
Kategorija Nru. 1
Bars, snack bars, każini, istituzzjonijiet u
organizzazjonijiet oħra, ċentri sportivi,
grocers, green grocers, fran, butchers,
spiżeriji, hairdressers, salons, bazaars,
stationeries, confectioneries, ħajjata, pet-
shops, ħwienet li jbiegħu il-fjuri u l-pjanti,
ħwienet tal-ħwejjeġ, uffiċini, kliniċi, swali,
ħwienet oħra kummerċjali u knejjes, ħwienet
ta’ l-antikità , ironmongers, mastrudaxxi,
ħwienet tal-household appliances, min jaħdem
l-aluminium u bejjiegħa tal-qubbajt.
L-ebda ħlas.
Reġistrazzjoni mal-Kunsill
biss.
Kategorija Nru. 2
Mobile kiosks u bejjiegħa ta’ fast foods, li
jeħtieġu liċenza temporanja tal-pulizija biex
joperaw waqt jiem ta’ festa fil-lokal.
Ħlas ta’ Lm 10 għaż-żmien
tal-liċenza
Kategorija Nru. 3
Ristoranti, guest houses, skejjel, djar ta’
anzjani, banek, showrooms, supermarkets u
bejjiegħa fit-toroq.
Ħlas ta’ Lm 50 fis-sena
Kategorija Nru. 4
Mechanics, tellara, sprayers, tyre services,
petrol stations, ħaddieda.
Ħlas ta’ Lm 100 fis-sena
Kategorija Nru. 5
Lukandi, holiday complexes, stabbilimenti
industrijali li jinkludu intrapriżi jew
koperattivi u intrapriżi oħrajn, dipartimenti tal-
gvern u korpi parastatali jew korporazzjonijiet,
iżda li m’humiex barrieri, jew siti ta’
kostruzzjoni.
Ħlas ta’ Lm 600 fis-sena
Kategorija Nru. 6
Stabbilimenti industrijali oħra li ma jaqgħux
taħt ebda waħda mill-kategoriji l-oħra murija
f’din l-Iskeda ħlief dawk diġà  inklużi fil-
kategorija Nru. 5.
Ħlas ta’ Lm 400 fis-sena
